Jista' l-Ministru jgħid jekk ħarġux tenders matul l-1998 għax-xiri ta' chlorine għall-użu tal-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq?
Jekk fl-affermattiv, minn ħa t-tender?
Kemm fil-fatt kienet in-nefqa matul din is-sena għax-xiri ta' chlorine?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-Bord Amministrattiv tal-Pixxina Nazzjonali ħareġ quotations għax-xiri ta chlorine għall-użu tal-Pixxina. L-offerta intrebħet minn Messrs N. Cordina Marketing. In-nefqa sal-25 ta' Novembru kienet ta' LM7,323.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtara u kemm kienet in-nefqa għax-xiri ta' pitrolju għall-użu tal-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li mill-bidu tas-sena sal-25 ta' Novembru 1998 inxtraw 59,005 litri pitrolju u 314,859 light heating oil. In-nefqa totali ammonat għal Lm41,811.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont li ntnefaq biex jinxtara l-ilma sabiex timtela' l-pool li hemm fil-kumpless f'Tal-Qroqq?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li sar barter agreement mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għall-provvista ta' 2500 metru kubu ta' ilma minn Marzu ta' din is-sena bi tpattija għal servizz ta' reklamar għal perjodu ta' sentejn. S'issa għadu ma nħareġ ebda kont tad-dawl u ilma.
Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Ħlas tal-kontijiet tad-dawl/ilma/telephones
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-ammont ta' flus li tħallas għal kontijiet tad-dawl u l-ilma u tat-telephones matul l-1998?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ammont ta' flus li tħallas għall-kontijiet tad-dawl u l-ilma u tat-telephones sal-lum kienu jammontaw għal Lm35,630 dak li hu vot tal-Ministeru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni bl-HIV li jieħdu l-benefiċċji mogħtija mid-Dipartiment tas-Saħħa sena b'sena fl-aħħar ħames snin?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-persuni bl-HIV illi ħadu benefiċċju bi flus mogħtija mid-Dipartiment tas-Saħħa fl-aħħar ħames snin huwa kif ġej:
1994 - 10
1995 - 9
1996 - 7
1997 - 7
1998 - 7
Il-persuni bl-HIV illi bbenefikaw minn trattament mediku mogħti mid-Dipartiment tas-Saħħa huwa bejn wieħed u ieħor kif ġej:
1994 - inqas minn 10
1995 - inqas minn 10
1996 - inqas minn 10
1997 - 11
1998 - 20
Billi din il-ġimgħa isemma li persuna b'interess f'mard venerju qed tiġi mħajjra taħdem f'Malta, jista' l-Ministru jgħid xi kwalifiki ta' speċjalizzazzjoni għandha din il-persuna?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-persuna li għaliha qed jirreferi l-Onor. Interpellant għandha diplomi ta' speċjalizzazzjoni fil-Venereoloġija u Dermatoloġija prattika mill-Universatijiet ta' Londra u Wales rispettivament. Din il-persuna tokkupa l-post ta' konsulent fil-Genitouninary Medicine mal-Ministru tad-Difiża Ingliż u ilha taħdem bħala speċjalista f'dan il-qasam sa mill-1984 f'diversi sptarijiet militari tar-Renju Unit.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'maintenance fil-kumpless tal-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq fl-1998 xahar b'xahar sa Settembru?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-nefqa fuq il-manutenzjoni fil-kumpless tal-Pixxina Nazzjonali sa Settembru 1998 kinet hekk:
Jannar Lm 213
Frar Lm 277
Marzu Lm 26
April Lm1139
Mejju Lm 441
Ġunju Lm 477
Lulju Lm 202
Awissu Lm 151
Settembru Lm 877
TOTAL Lm3803
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul ta' flus minn teams lokali u barranin u għaqdiet li għamlu użu mill-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq sa Settembru 1998?
Response (GALEA, LOUIS)
Id-dħul tal-Pixxina Nazzjonali mill-bidu tas-sena sa Settembru 1998 kien ta' Lm21,785 minn teams u għaqdiet lokali u Lm16,350 minn teams barranin.
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill-1945 sal-lum, kemm inqabdu sajjieda barranin fl-ibħra Maltin riservati għas-sajd lokali? Min kienu? Meta nqabdu? Meta tressqu l-qorti?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li id-Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura m'huwiex f'pożizjoni li jagħti risposta minħabba li ma jżommx records billi f'każi simili hu jigi nvolut biss bħala xhud.
Għalhekk din il-mistoqsija għandha ssir lill-Ministru koncernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm lil ALE milli twettaq il-ħidma tagħha f'dik li hi t-tneħħija ta' karozzi abbandunati mit-toroq ta' l-ibliet u rħula tagħna bir-riżultat li dawn qed joħolqu problemi kbar għar-residenti, kif ukoll għal kunsilli lokali li, minkejja rapporti għal xhur sħaħ mhux qed jirnexxilhom isibu ko-operazzjoni mingħand min għandu r-responsabbilta' li jwarrab dan l-inkonvenjent?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi minkejja d-diffikultajiet loġistiċi u n-nuqqas ta` trasport speċjali meħtieġ, il-Pulizija kontinwament tneħħi vetturi abbandunati fit-toroq, tant li din is-sena, sat-23 ta` Novembru, tneħħew 182 vettura ta` dan it-tip.
Ninsab infurmat ukoll, li kien hemm każijiet fejn intlaħaq ftehim bejn il-Kunsilli Lokali u l-Pulizija biex vetturi abbandunati jitneħħew mill-Kunsill taħt is-sorveljanza tal-Pulizija.
Qed isiru diskussjonijiet biex tiġi eżaminata l-possibilita` li dan ix-xogħol ikun jista`, bħal fil-każ tat-towing / clamping, isir mill-privat taħt is-sorveljanza tal-pulizija.
04.12.98
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjani għall-istallazzjoni ta' lift biex is-sular li tinsab fuqu l-Kamra tal-Parlament, kif ukoll kmamar oħra li huma ta' interess għall-pubbliku, isiru aktar aċċessibbli għal persuni b'diżabilita' u għall-anzjani?
Jekk it-tweġiba hi fin-negattiv, jista' l-Ministru jgħid jekk almenu hux qiegħed jikkonsidra proġett żgħir bħal dan biex l-aċċessibbilta' dejjem tiżdied għal kulħadd?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
It-tweġiba hija fl-affermattiv u għal dan il-għan hemm tender li diġa' ġiet ippublikata u tagħlaq f'Diċembru biex il-lift propost ikun jista' jsir.
Jista' l-Ministru jindika meta se tibda l-ħidma tant meħtieġ biex jinbnew culverts u jsir xogħol ieħor relatat fis-Swieqi biex tkun eliminata l-problema ta' l-ilma tax-xita li din il-lokalita' tant tbati minnha?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Jiena ninsab infurmat illi ser isiru studji fuq l-'upgrading' meħtieġ fi Triq is-Swieqi biex isiru culverts għall-ilma tax-xita biex tibda tittaffa l-problema ta' l-għargħar f'din il-lokalita'.
Dan ix-xogħol irid isir b'kollaborazzjoni mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, id-Dipartiment tad-Drenaġġ u d-Dipartiment tat-Toroq biex ikun hemm koordinazzjoni sħiħa għat-tisħiħ infrastrutturali meħtieġ fi Triq is-Swieqi.
Din is-sistema trid tkun disinjata biex tifforma sinsla fuq liema jkunu jistgħu jiġu mqabbda toroq oħra mingħajr ma jkun hemm problemi.
Peress li persuna li isimha qed jintbagħat separatament u li ottjeniet permess biex taħdem ta' parker permezz ta' frodi fl-applikazzjoni tant li kontriha qed jittieħdu proċeduri kriminali, jista' l-Ministru jgħid għaliex din qed titħalla taħdem għad-detriment ta' ħaddieħor li għandu permess regolari? Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-liċenzja ta' din il-persuna ma ġietx sospiża kif soltu jsir?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi dan il-każ għadu sub judice. Dwar is-sospensjoni, kanċellament jew nuqqas ta` tiġdid tal-liċenzja, qed jiġi investigat il-każ, u tittieħed deċiżjoni skond il-parir legali.
04.12.98
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm il-Korporazzjoni Enemalta rċeviet ilmenti dwar diesel ħażin jew imħallat bl-ilma f'dawn l-aħħar ħames snin? Jista' l-Ministru jgħid xi grad hu d-diesel li jitqassam fil-pompi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Enemalta irċeviet 25 ilment dwar diesel imħallat bl-ilma matul dawn l-aħħar 5 snin. Rigward il-kwalita' tad-diesel, il-Korporazzjoni timporta diesel 0.5 sulphur ta' kwalita' Ewropea.
Jista' l-Ministru jgħid: (a) kemm-il tender ta' valur aktar minn Lm1,000 ġiet approvata mid-deskasteru tiegħek; (b) il-valur ta' kull tender; (ċ) lil min ġiet awarded; u (d) in-natura (provvita, xogħol, servizz) ta' kull tender mill-5 ta' Settembru, 1998 sa' l-1 ta' Diċembru, 1998?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant dwar tenders b'valur t'aktar minn Lm1,000 li ġew approvati bejn il-5 ta' Settembru u l-1 ta' Diċembru 1998 hi kif jidher hawn taħt:
DIPARTIMENT GħALL-KURA TA' L-ANZJANI
Kuntrattur Valur In-Natura tat-Tender
__________ _____ ____________________
Forestals (Appliances) Ltd 15,901 'Equipment' tad-'Dining Room'
tar-Residenza San Vinċenz
Forestals (Appliances) Ltd 10,217 Forn għall-kċina tar-Residenza San
Vinċenz
DIPARTIMENT TAL-BINI U TISWIJA TA' DJAR
Kuntrattur Valur In-Natura tat-Tender
__________ _____ ____________________
Schembri & Bros. Ltd. 12,120 Kiri ta' Krejnijiet
Lino Chircop 11,498 Kiri ta' Krejnijiet
Roc-A-Go Crane Services 14,100 Kiri ta' Krejnijiet
Integrated Business Sys. 18,480 Xiri ta' liċenzji għall-programm
AutoCad R 14
Intercomp Ltd. 1,095 Xiri ta' A3 Laser Printer
Lelmar Co. Ltd. 2,613 Xogħol ta' elettriku fil-Housing
Estate Tal-Pieta'
Domark Ltd. 9,129 Bdil ta' soqfa f'Raħal Ġdid,
Ħal-Luqa u l-Birgu
TopServ Ltd. 6,192 Stallar ta' lifts fi Blk 2, Bormla
(St. Helen's Gate)
Joe's Garage 13,870 Kiri ta' Karozzi
4.12.98
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid: (a) kemm ġew konklużi akkordji bilaterali bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u l-1 ta' Diċembru, 1998; u (b) jagħti lista ta' l-akkordji li għadhom pendenti u li bħalissa qed jiġu negozjati ma' pajjiżi barranin?
Response (MARCO, GUIDO DE)
B'risposta għall-mistoqsija numru 2155 qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' akkordji li huma fi stadju ta' negozjati.
Mill-5 ta' Settembru l'hawn ġew iffirmati żewġ ftehim fil-5 u l-21 ta' Ottubru. L-ewwel wieħed ma l-Indja dwar is-Servizzi bl-Ajru u t-tieni mal-Kroazja li jittratta l-Ħelsien mit-Taxxa Doppja.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti għal kull ambaxxata: (a) l-estimates of expenditure għas-sena 1998; u (b) l-infiq attwali matul dik is-sena?
Response (MARCO, GUIDO DE)
L-infieq previst minn kull ambaxxata Maltija għal matul l-1998 huwa dak dettaljat f'pagni 108 sa 112 ta' l-Estimi Ġenerali tal-Gvern fil-pubblikazzjoni uffiċċjali ta' l-Istamperija tal-Gvern. Ma nistax nagħti l-infieq attwali ta' kull ambaxxata ta' l-1998 peress li s-sena finanzjarja għadha ma ngħalqitx.
Jista' l-Viċi Prim Ministru, għall-perijodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-1 ta' Diċembru, 1998, jagħti lista tal-kuntratti li ngħataw b'direct order u għal kuntratt: (a) jindika x'kien il-kuntratt; (b) min għamel l-ispecifications; (ċ) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (d) lil min intalbu l-quotations; (e) kemm kienet kull quote; (f) min rebaħ il-kuntratt; (g) ingħataw extensions fuq il-kuntratt oriġinali; u (h) kemm kien il-valur totali tagħhom?
Response (MARCO, GUIDO DE)
Ma ngħata ebda kuntratt, b'ordni diretta jew xort'ohra, mill-Ministeru tiegħi fil-perijodu ndikat mill-Onorevoli Membru.
Jista' l-Ministru, għall-perijodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-1 ta' Diċembru, 1998, jagħti lista tal-kuntratti li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt: (a) jindika x'kien l-kuntratt; (b) min għamel l-ispecifications; (ċ) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (d) lil min intalbu l-quotations; (e) kemm kienet kull quote; (f) min rebaħ il-kuntratt; (g) ingħataw extensions fuq il-kuntratt oriġinali; u (h) kemm kien il-valur totali tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lil l-Interpellant għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1269. Ma għandi xejn aktar xi nżid ma dik l-informazzjoni.
4.12.98
Jista' l-Prim Ministru, għall-perijodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-1 ta' Diċembru, 1998, jagħti lista tal-kuntratti li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt: (a) jindika x'kien il-kuntratt; (b) min għamel l-ispecifications; (ċ) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (d) lil min intalbu l-quotations; (e) kemm kienet kull quote; (f) min rebaħ il-kuntratt; (g) ingħataw extensions fuq il-kuntratt oriġinali; u (h) kemm kien il-valur totali tagħhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u risposta tingħata
f'seduta oħra.