Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bighi — Restawr

Question

In vista tar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 964 rigward il-Palazz ta' Bighi, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra liema partijiet oħra tal-post se jiġu restawrati u x'proposti hemm għalihom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-bini li fadal u li għandu bżonn ikun restawrat huwa l-'West Wing' u l-'Infections Wing'.

Kunsill ta' l-Arti

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx il-ħsieb li jiġi mwaqqaf u stabilit Kunsill ta' l-Arti fformat minn artisti, mużiċisti u persuni tal-palk?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-kwestjonijiet kollha li għandhom x'jaqsmu mal-promozzjoni tal-kultura u l-arti qed jiġu konsidrati mill-ġdid bil-ħsieb li nasal għal deċiżjoni dwar l-aħjar strutturi għal dan l-iskop.

Bormla — Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra minn kemm persuni huwa ffurmat l-uffiċċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali ġewwa Bormla? X'inhuma l-gradi rispettivi li dawn għandhom u hemmx bżonn ta' aktar nies, in vista tax-xogħol kbir li hemm?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-istaff ta' l-Ufficcju Distrettwali tas-Sigurta' Soċjali ta' Bormla hu kif indikat hwan taħt: Staff Eżistenti Kompliment _______________ __________ 1 Welfare Officer Grad 3 1 0 Uffiċċjal Eżekuttiv 1 3 Skrivani 2 1 Skrivan li jagħmel xogħol fuq Distretti 1 oħra meta jinħass il-bżonn (Floater) 1 Messaġġier 1 u Charwoman li tattendi darba fil-ġimgħa biex tnaddaf il-post. Ma jidhirx li hemm ħtieġa li l-istaff jiżdied għax skirvana minnhom hija mistennija li tilħaq Uffiċċjal Eżekuttiv għall-aħħar ta' April u għalhekk mistennija li tibqa' taħdem f'dan l-Uffiċċju f'din il-kariga. Nixtieq inżid ukoll li hu mistenni li fl-ewwel xhur tas-sena d-dieħla ser ikunu kompjuterizzati l-pagamenti tal-Assistenza Soċjali dwar id-disimpjegati. Dan għandu jħaffef ix-xogħol fl-Uffiċċju Distrettwali. Minbarra dan għaddejjin taħdidiet biex l-Employment and Training Corporation tiftaħ uffiċċju tagħha fil-lokal. Dan ifisser li r-reġistrazzjoni ta' persuni, li jsir minn impjegati tal-Korporazzjoni, fil-futur qarib mhux ser isir aktar fl-Ufficcju Distrettwali iżda f'post ieħor. Dan għandu inaqqas ix-xogħol fl-Uffiċċju Distrettwali msemmi. 4.12.98
Leg 9 PQ #1996 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Studji dwar grit blasting

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk id-Dipartiment tas-Saħħa għamilx studji li minnhom jirriżulta li l-proċess msejjaħ bħala grit blasting huwa ta' ħsara għas-saħħa tal-bnedmin u fil-każ li iva, dawn jiġu ppreżentati, u fil-każ le, dawn isiru?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li ma sar l-ebda studju mid-Dipartiment tas-Saħħa dwar l-effetti tal-grit blasting fuq is-saħħa tal-bniedem. Id-Dipartiment qed jikkonsidra jekk dan għandux isir fil-futur.
Leg 9 PQ #1997 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Xgħajra — Drenaġġ

Question

In vista tar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 962 rigward il-problema tad-drenaġġ fix-Xgħajra, jista' l-Ministru jieħu ħsieb li jkun hemm pjan li permezz tiegħu l-problema mhux tiġi kkontrollata wara li sseħħ, iżda li tiġi evitata kompletament billi forsi jkun hemm għeluq ta' kull ftuħ u jkun hemm pipes akbar u aktar adegwati?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi d-Dipartiment tad-Drenaġġ huwa konxju tal-problema li teżisti fix-Xgħajra u għalhekk qiegħed jagħmel manutenzjoni regolari fuq din il-parti tas-sistema, liema sistema hija soġġetta għall-influss qawwi ta' drenaġġ li joriġina minn diversi 'farms' u li konsegwentement ikollu kontenut għoli ta' solidi li jistgħu jikkawżaw 'stoppages' mingħajr ebda indikazzjoni preliminari. Nifhem illi l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għal possibilita' li l-'manholes' tad-drenaġġ jiġu magħluqa biex ma jirriżulta l-ebda fawran minn l-istess 'manholes'. Ninsab infurmat ukoll illi dan ma jistax isir minħabba li dawn il-'manholes' iridu jkunu aċċessibbli għal skopijiet ta' manutenzjoni. Id-Dipartiment tad-Drenaġġ qiegħed ukoll jevalwa numru ta' offerti għal servizz ta' konsulenza fuq it-tisħiħ infrastrutturali għan-Nofs in-Nhar ta' Malta. Din il-konsulenza hija intiża biex tissaħaħ is-sistema eżistenti, fejn jinsab li hemm bżonn, u biex jinbena jew jinbnew in-numru ta' impjanti għat-tisfija tad-drenaġġ meħtieġa. Din għandha wkoll l-implikazzjoni illi f'dan iż-żmien l-entitajiet kummerċjali konċernati jirregolarizzaw irwieħhom għall-provvedimenti ta' l-Avviż Legali Numru 8 ta' l-1993.
Leg 9 PQ #2023 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Interim From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartimenti governattivi — Karozzi ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk iddaħħlux karozzi ġodda tal-kiri mill-elezzjoni tal-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum ta' kumpanniji oħra li ma kenux qabel jagħmlu xogħol f'dipartimenti ta-gvern? Jekk iva, kemm ġew mikrija karozzi u min hija l-kumpannija?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

No response available.
Leg 9 PQ #2035 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

Diskors tal-Budget — Arretrati

Question

Peress li fid-diskors tal-Budget il-Ministru qal li l-impjegati tal-Gvern se jieħdu arretrati ta' Lm234 kull persuna, jista' l-Ministru jgħid għal-liema snin se jieħdu dawn l-arretrati ta' Lm78 fis-sena?

Response (DALLI, JOHN)

L-impjegati kollha tal-Gvern sejrin jirċievu Lm78 għal kull sena bejn l-1996 u l-1998.
Leg 9 PQ #2036 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kalaxlokk — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-futur tal-ħaddiema ta' Kalaxlokk? X'inhuma l-pjanijiet tal-gvern sabiex dawn il-ħaddiema jkollhom moħħhom mistrieħ dwar l-impjieg tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

B'risposa għall-mistoqsija parlamentari numru 2036 ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejjin diskussjonijiet mmexxija mis-Segretarju Parlamentari, l-Onor. Dr. George Hyzler, li jinvolvu fost oħrajn lill-General Workers Union, in-N.O.V.I.T.A., il-MIMCOL, u l-kumpaniji interessati fl-akkwist tal-makkinarju tal-Kalaxlokk, bl-iskop li jintlaħaq ftehim sodisfaċenti u aħħari, bl-inqas piż finanzjarju fuq il-Gvern u fl-aħjar interess tal-ħaddiema.
Leg 9 PQ #2037 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Port Ħieles — Terminal 2 - Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern dwar ingaġġ ta' ħaddiema (meta u jekk ikun hemm bżonn) għal Terminal 2 tal-Freeport? Kif se ssir sejħa għal dan it-tip ta' mpjieg, meta u jekk issir?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern jagħti l-informazzjoni dwar il-pjanijiet tiegħu għal Terminal 2 tal-Freeport meta jkun opportun. Jekk u meta jkun hemm bżonn ta' ingaġġ taż ħaddiema s-sejħa mtkun skond il-provvedimenti ta' l-att li jirregola l-ingaġġ ta' nies fżkorpi parastatali.
Leg 9 PQ #2038 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Ħlas għal servizz

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, intbagħtet tħallas għal xogħol li sar mill-Water Services Corporation, meta suppost dan ix-xogħol isir b'xejn kif imħabbar fl-aħħar budget ta' Gvern Laburista?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li x-xogħol fis-servizz ta' l-ilma fir-residenza tal-persuna li għaliha qed jirreferi l-onor. Interpellant sar fit-30 taż April 1997. Dak iż-żmien l-ispiża biex jinbidel is-servizz kienet responsabbilta' tal-Konsumatur. Ix-xogħol beda jsir bla ħlas wara s-6 ta' Novembru 1997 peress li l-ispiża għall-istess xogħol kienet ġiet inkorporata fis-service charge ta' Lm24 fis-sena li kien introduċa l-Gvern Laburista.
Leg 9 PQ #2039 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Isla — Triq Santa Katerina

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 939 dwar il-ftuħ ta' uffiċċju distrettwali tas-saħħa pubblika fl-Isla, jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment għandux xi target date meta se jinfetaħ l-uffiċċju għal pubbliku?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Kif diġa ndikajt fit-tweġiba għall-Interpellanza Nru. 939, id-Dipartiment qiegħed jiffinalizza proċeduri mad-Dipartiment tal-Politika Soċjali sabiex l-Uffiċċju distrettwali tas-Saħħa Pubblika fl-Isla jiġi funzjonabbli. Għaldaqstant id-Dipartiment, waqt li qed jagħti prijorita' lil din il-kwistjoni, ma jistax jiffissa target date speċifika meta l-uffiċċju se jinfetaħ għall-pubbliku.
Leg 9 PQ #2040 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Isla — Ponta ta' l-Isla - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jsemmi meta beħsiebha l-Korporazzjoni Enemalta tagħmel it-tiswijiet neċessarji sabiex il-parti magħrufa bħala l-Ponta ta' l-Isla, tkun mill-ġdid mixgħula, issa li ilha aktar minn xahar u nofs mingħajr dan is-servizz?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-lanterni li hemm fil-Ponta ta' l-Isla kienu provduti mill-Kunsill Lokali u għalhekk l-istess Kunsill ġie mgħarraf dwar l-istat ta' dawn il-lanterni.
Leg 9 PQ #2082 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Permessi għal rave parties

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1437 u r-risposta li ngħatat, jista' l-Ministru jgħid jekk ir-rave parties li saru Għawdex kellhomx bżonn ta' permess mill-pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-post fejn saru dawn iż-żewġ rave parties, li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant, huwa liċenzjat biex isiru disco dances matul is-sena kollha u allura ma kellhomx bżonn permess ieħor. 04.12.98

Persuni f'każi ta' sataniżmu — Kura

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi persuni li qegħdin taħt il-kura tas-social workers wara li kellhom diversi problemi wara li kienu mdaħħla f'każi ta' sataniżmu u/jew okkult? Jekk iva, kemm huwa dan in-numru ta' persuni u x'eta' għandhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Bħalissa, żewġ persuni qegħdin jiġu mgħejuna mis-Social Workers ta' l-SWDP li għandhom problemi li jistgħu jkollhom x'jaqsmu ma' sataniżmu u/jew okkult. L-etajiet ma jistgħux jingħataw minħabba konfidenzjalita''. 4.12.98
Leg 9 PQ #2084 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Ambjent

Gżira — Club tal-football

Question

Dwar il-proġett ta' Manoel Island, jista' l-Ministru jelabora kif u taħt liema kondizzjonijiet il-club tal-football tal-Gżira se jkun jista' jagħmel użu mill-faċilitajiet sportivi ġodda li se jinbnew fil-proġett imsemmi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Fuq dan is-suġġett għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet meħtieġa mal-partijiet konċernati.

Vetturi bil-mutur — Ħlas ta' liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' liċenzji ta' vetturi bil-mutur li m'humiex imħallsa skond il-liġi llum?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta` liċenzji ta` vetturi bil-mutur li m`humiex imħallsa skond il-liġi llum huwa 7887. Id-Dipartiment ikkonċernat ser jagħmel sforz biex flimkien mal-pulizija jara jekk dawn il-liċenzji fil-fatt humiex ta` vetturi li għadhom qed jintużaw, inkella ta` dawk li ġew `scrapped'.
Leg 9 PQ #2086 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Mobile phones — Dħul minn liċenzji

Question

Billi fl-estimi għall-1999 hemm li l-gvern se jdaħħal somma flus fuq mobile phone licences, jista' l-Ministru jelabora dwar dan?

Response (DALLI, JOHN)

Is-somma li tidher taħt `mobile phone licences` tinkludi d-drittijiet li l-kumpanija Vodafone għandha tħallas lir-Regolatur tat-Telekomunikazzjonijiet skond l-Att Nru. XXXIII ta` l-1997 imsejjaħ Att biex jirregola t-Telekomunikazzjoni.
Leg 9 PQ #2087 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Sporting licences

Question

Billi fl-estimi għall-1999 hemm li l-Gvern se jdaħħal somma flus aktar fuq sporting licences, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn humiex se jogħlew?

Response (DALLI, JOHN)

L-`isporting licences` mhumiex se jogħlew. Il-Gvern se jdaħħal somma flus aktar peress li xi `sporting licences` ta` l-1998 se jidħlu fl-1999. Il-proċess ta` tiġdid ta` dawn il-liċenzji ttardja sakemm ġie installat u implimentat il-programm kompjuterizzat u minħabba hekk it-tiġdid beda` fl-aħħar ta` Mejju 1998 flok f`Jannar 1998.
Leg 9 PQ #2091 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti, kemm dawk full-time kif ukoll dawk part-time fil-Ministeru tiegħu, inkluż fis-segretarjat? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm qed jitħallsu?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub diġa' ingħata fi tweġibiet għal Mistoqsijiet Parlamentari preċedenti.
Leg 9 PQ #2092 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Vot Kapitali Numru 13

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif hu ppjanat li jintnefqu l-flus li huma vvotati taħt il-Vot Kapitali Numru 13?

Response (GALEA, LOUIS)

In-nefqa kapitali sejra tkopri commitments li diġa' jeżistu u proġetti kapitali oħra li bħalissa qed ikunu ppjanati.