Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #2195 Sitting 22 1998-12-07 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Tiswija tas-servizzi ta' l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tissewwa l-ħsara fis-servizz ta' l-ilma li għandhom dawn il-persuni li qed nagħti n-numri tar-riferenza tagħhom tal-Water Services Corporation numru 11220 u numru 014750?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba magħmula mill-Onor. Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma biex tieħu l-passi meħtieġa.
Leg 9 PQ #2196 Sitting 22 1998-12-07 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Ħsarat

Question

Jista' l-Minsitru jgħid kemm-il ħsara ġiet irrapportata, jew inkella biex isir xogħol li għandu x'jaqsam mas-servizz ta' l-ilma, f'kull lokalita' separata fit-tieni distrett, meta kull waħda ġiet irrapportata u meta sar ix-xogħol?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #2197 Sitting 22 1998-12-07 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxi Interni — Sahra

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema/jew jekk teżisti sistema kif jinħadem l-overtime fid-Dipartiment ta' l-Income Tax? Jaħseb il-Ministru li l-overtime f'dan id-dipartiment għandu jkun mqassam fuq kulħadd l-istess biex ma ssir diskriminazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Bħala regola meta jkun qed isir overtime fid-dipartiment dan isir fis-sezzjonijiet kollha iżda wħud mill-ħaddiema jintbagħtu jaħdmu f`sezzjonijiet oħra fejn hemm xogħol x`iwettqu. Impjegati oħra jingħataw xogħol speċifiku x`jagħmlu waqt l-overtime skond il-prijoritajiet stabbiliti mid-dipartiment. Sakemm hu possibli l-overtime jitqassam fuq l-impjegati kollha, iżda hemm ċirkostanzi fejn ċertu xogħol tekniku jrid isir minn nies tekniċi partikolari.
Leg 9 PQ #2198 Sitting 22 1998-12-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom plc — Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi raġuni għaliex ċerti kontijiet tal-Maltacom inħarġu bil-frekwenza ta' anqas minn xahrejn?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #2201 Sitting 22 1998-12-07 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Proprjeta' b'Ref. No. 253/97

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex konxju li fil-Gudja hemm post li ġie ddikjarat bħala proprjeta' skedata b'Ref. No. 253/97 u bħala konsegwenza Triq San Mark li kienet twessgħet fi żmien Gvern Nazzjonalista reġgħet djieqet fl-Amministrazzjoni Laburista bir-riżultat li issa t-triq hija idjaq minn żewġ metri? Il-Ministru huwa konxju li r-residenti oġġezzjonaw għal aktar minn darba għal dan l-iskedar bla bażi, anke qabel ma ġiet sketata permanentement,iżda ma kellhomx il-mezzi biex jagħmlu appell bl-ispiża ta' Lm80? Jikkonsidra l-Ministru li l-provvediment li biex wieħed jappella minn deċiżjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, fejn wieħed irid iħallas is-somma ta' Lm80 jmurx kontra id-drittijiet tal-bnedmin u li qed ikun hemm ċirkostanzi fejn minħabba din ir-restrizzjoni il-ġustizzja qed tiġi mxekkla? Jikkonsidrax ukoll il-Ministru jekk, fejn kien hemm każi li ma ġewx appellati minħabba dan il-provvediment, għandhomx jiġu kkonsidrati mill-ġdid?

Response (BORG, TONIO)

Din il-parti tat-Triq baqgħet fl-istat oriġinali tagħha u hija triq karatteristika bħal toroq oħra fir-raħal tal-Gudja. Din it-triq hija iżjed wiesgħa minn żewġ metri u fil-fatt tintuża mit-traffiku bħala one way. Skond l-informazzjoni li għandha l-Awtorita`, l-unika oġġezzjoni għal dan l-iskedar (li ġie meqjus bħala rikonsiderazzjoni) sar minn terza persuna li toqgħod f`din il-parti tat-triq. L-iskedar ta` din il-proprjeta` mhux bla bażi u fil-fatt kull skedar isir fuq il-Policy Guidelines u l-livelli ta` protezzjoni indikati fil-Pjan ta` Struttura. Din l-istruttura ġiet skedata bħala Grad 2 minħabba dan li ġej: (i) minħabba l-karatteristiċi ta` l-arkitettura vernakulari (ii) minħabba li tagħmel parti mill-qalba tar-raħal Fuq it-tieni punt ta` min jgħid illi hija karatteristika tar-raħal Malti li jkollok toroq b`dawn il-karatteristiċi li bla dubju jagħtu d-dimensjoni storika ta` l-ispazju u tessitura urbana. Minħabba dawn il-kwalitajiet, it-talbiet ta` din it-terza persuna twieżnu u nstabu li huma bla bażi. L-Awtorita` ta` l-Ippjanar, minkejja l-provvedimenti tal-liġi, ikkunsidrat l-oġġezzjoni tat-terza persuna bħala rikonsiderazzjoni mingħajr ebda ħlas. Izda ta` min jgħid li t-terza persuna ma` tista` bl-ebda mod toġġezzjoni għall-iskedar u terza persuna tista` biss tappella skond Att Nru I ta` l-1992. Is-sistema u proċedura preżenti tipprevedi li jkun hemm żewġ possibbilitajiet sabiex wieħed joġġezzjoni għall-iskedar (a) b`rikonsiderazzjoni (bla ħlas) u (b) b`appell għad-deċiżjoni tal-Bord ta` l-Ippjanar (tmenin lira). Il-ħlas ta` appell huwa stabbilit bil-liġi u hija proċedura tal-Qrati. L-Awtorita` ta` l-Ippjanar dejjem tikkunsidra kull talba minħabba li l-konsultazzjoni hija fundamentali fil-proċess ta` l-Ippjanar. Kemm-il darba li l-Awtorita` ma taqbilx ma talbiet proposti ma jfissirx li qed tinjora dawn it-talbiet. 07.12.98

Żurrieq — Dawl fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi opportuni sabiex Triq Widnet il-Baħar u Triq Ġdida fi Triq Widnet il-Baħar fiż-Żurrieq jiġu mdawwla?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba magħmula mill-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #2211 Sitting 22 1998-12-07 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Infiq ta' flus

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mid-Dipartiment tas-Saħħa fl-ewwel 11-il xahar ta' din is-sena u fl-istess żmien is-sena l-oħra għal dak li jirrigwarda mediċini?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-Flus li tħallsu mid-Dipartiment fuq xiri ta' mediċini fl-ewwel 11-il xahar ta' din is-sena u s-sena l-oħra kienu dawn: Sena Perjodu LM __________________________________________________ 1997 01-Jan-97 sa 30-Nov-97 6737,812 (*) 1998 01-Jan-98 sa 30-Nov-98 6,377,896 (#) __________________________________________________ __ (*) Iċ-ċifra tikkorispondi maċ-ċifri uffiċjali kif jidhru fil-kotba tat-Teżor. (#) Din iċ-ċifra hija estimu peress li r-rikonċiljazzjoni mat-Teżor għax-xahar ta' Novembru għada ma saritx.
Leg 9 PQ #2212 Sitting 22 1998-12-07 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Tlaqqim kontra l-Hepatitis B

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema tfal ta' l-iskola qed jitlaqqmu kontra l-Hepatitis B mid-Dipartiment tas-Saħħa? Kemm tlaqqmu tfal s'issa? Kemm sewa dan it-tilqim?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-programm ta'tilqim fl-iskejjel kontra l-Hepatitis B isir fil-ħames sena tal-iskola primarja. Dan il-programm jinkludi l-iskejjel tal-Gvern, tal-Knisja kif ukoll dawk privati. Fis-sena skolastika 1997-98 kienu tlaqqmu 82% ta' dawk eliġibbli. Il-programm ta' din is-sena għadu għaddej u għalhekk mhux possibli li wieħed jgħid kemm tlaqqmu tfal.
Leg 9 PQ #2213 Sitting 22 1998-12-07 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Każijiet ta' Haemophilis Influenzae Type B

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' Haemophilis Influenzae Type B (HIB) meningitis mindu d-Dipartiment tas-Saħħa sar joffri dan il-tilqim b'xejn? Kemm kien qed ikun hemm minn dawn il-każijiet qabel, sena b'sena? Kemm sewa dan it-tilqim, sena b'sena mindu sar jingħata fiċ-ċentru tas-saħħa tal-Furjana?

Response (DEGUARA, LOUIS)

It-tilqim tal-Haemophilis Influenzae Type B (HIB) bdiet tingħata b'xejn mid-Dipartiment tas-Saħħa mill-20 ta' Ġunju 1996. Minn dak iż-żmien sa llum kellna żewġ każi konfermati ta' Meningite kaġunata mill-HIB. Iż-żewġ każi seħħew din is-sena (1998). Fit-tabella t'hawn taħt tidher statistika li turi sena b'sena kemm kellna każi ta' Meningite kaġunata minn Haemophilis Influenzae f'residenti Maltin mill-1990 sa l-aħħar ta' Novembru 1998. Sena Nru. ta' każi _________________________________ 1990 2 1991 2 1992 2 1993 2 1994 4 1995 - 1996 1 1997 - sa Novembru 1998 2 ____________________________________ Għal dan it-tilqim fl-1996 ntefqet is-somma ta' Lm16,101.78 u fl-1997 ntefqet is-somma ta' Lm26,210.22.
Leg 9 PQ #2216 Sitting 22 1998-12-07 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Gassijiet tossiċi

Question

Jista' l-Ministru jibda jara li jsiru analiżi tad-diversi gassijiet tossiċi minħabba l-inċineratur ta' l-Isptar San Luqa bħalma tagħmel il-Korporazzjoni Enemalta fil-każ tal-Power Station tagħha peress li d-Dipartiment tas-Saħħa għandu jkun minn ta' l-ewwel biex jagħti eżempju għal dak li jirrigwarda tniġġis ta' l-arja?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tas-Saħħa qed jistudja x'metodi ta' analiżi għall-gassijiet tossiċi f'arja jistgħu jsiru f'akwati ta' madwar l-inċineratur ta' l-Isptar San Luqa.

Żabbar — Triq Lia

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi rranġata fiha l-parti ta' Triq Lia f'Ħaż-Żabbar li qed tkun ta' inkonvenjent kbir speċjalment meta tagħmel ix-xita?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal-mistoqsija Nru 1912 (Seduta Nru 21)

Petrol/sigaretti — Dħul miż-żieda tal-prezz

Question

Jista' l-Ministru issa jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 1906?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Zurrieq — Triq Widnet il-Baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li Triq Widnet il-Baħar u triq oħra ġdida fi Triq Widnet il-Baħar fiż-Żurrieq tingħata wiċċ stante illi issa s-servizzi kollha ġew installati?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi għar-risposta ta` PQ 2056 (Seduta 20)
Leg 9 PQ #2248 Sitting 22 1998-12-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Petroleum

Question

B'riferenza għar-rapporti li dehru fl-istampa lokali nhar l-1 ta' Diċembru 1998, jista' l-Ministru jikkonferma li l-Enemalta qed tikkonsidra serjament li tipprivatizza d-distribuzzjoni tal-petroleum? Hemm xi taqsimiet oħra li qed jiġu kkonsidrati?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kien hemm taħdidiet preliminari bejn il-Korporazzjoni, is-sidien tal-pompi tal-petrol u l-GRTU dwar id-distribuzzjoni tal-petroleum. Naturalment il-Korporazzjoni, qabel tasal għal xi deċiżjoni, trid tikkunsidra l-pożizzjoni tal-ħaddiema.
Leg 9 PQ #2249 Sitting 22 1998-12-07 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Prim Ministru Taljana D'Alena — Diskussjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jelabora dwar id-diskussjonijiet li kellu mal-Prim Ministru Taljan d'Alena dwar l-ittraffikar ta' l-immigranti illegali? Se jitwaqqaf xi pjan ta' azzjoni?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #2250 Sitting 22 1998-12-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Aħbarijiet/Current affairs

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma rapporti li dehru fil-ġurnali li l-aħbarijiet u l-curret affairs tal-PBS aktarx li jiġu hived-off?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Public Broadcasting Services m'għandha ebda informazzjoni dwar ir-rapporti li dehru fuq il-ġurnali li jsemmu l-hiving off tat-Taqsima ta' l-Aħbarijiet u l-Ġrajjiet Kurrenti.

Persuni b'Diżabilita' — Hydro therapy home equipment

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji li jimxi fuqhom id-dipartiment fir-rgiward ta' kif suppost jinħareġ is-sussidju għal xiri ta' hydrotherapy home equipment għal persuni b'diżabilita' miċ-Ċentru Ħidma Soċjali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li jagħti nformazzjoni dwar is-Servizz Għajnuniet Speċjali fi ħdan il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita', li jinkludi l-kriterji li fuqhom issir l-għażla minn fost l-applikanti għal dan is-servizz. Din l-informazzjoni tapplika għax-xiri ta' kull apparat assistiv, inkluz hydrotherapy home equipment. 7.12.98
Leg 9 PQ #2263 Sitting 22 1998-12-07 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Scrapyard

Question

B'riferenza għall-kopja ta' ittra, li qed tintbagħat separatament jista' l-Ministru jgħid jekk din l-iscrapyard hijiex qed topera bla permess? Jekk fl-affermattiv, x'passi ttieħdu min-naħa tal-Ministru u x'passi ttieħdu min-naħa ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Ittieħdu passi mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar kontra s-sidien ta` kull scrapyard li hija bla permess f`Birebbuġia. Inħarġu Enforcement Notices, u l-kwestjoni hija quddiem il-Bord ta` l-Appell dwar l-Ippjanar. 07.12.98

Djar — Kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jagħtina t-tagħrif dwar kull kuntratt ta': (a) bini ta' flats ġodda; (b) maintenance contracts? (1) Data ta' meta nbeda x-xogħol; (2) data ta' meta se jitlesta x-xogħol; (3) kemm diġa' tħallas il-kuntrattur; (4) kemm tlesta xogħol minn kull kuntratt partikolari; (5) min hu l-kuntrattur; (6) jekk ikun nbidel il-kuntrattur qabel ma l-kuntratt jkun tlesta jistgħu jingħataw id-dettalji ta' min ħa l-kuntratt u għaliex inbidel il-kuntrattur?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u għalhekk Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra. 7.12.98