Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu tfal taħt is-16-il sena l-qorti, sena b'sena, għal dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta` persuni taħt is-sittax-il sena li ttelgħu l-Qorti, sena b`sena, bejn l-1989 u s-26 t`Ottubru, 1998 kien kif ġej:-
Sena Numru Ta` Persuni
____ _________________
1989 74
1990 87
1991 110
1992 89
1993 116
1994 118
1995 108
1996 121
1997 41
1998 146
07.12.98
Jista' l-Ministru jgħid x'wassal lill-Gvern biex inaqqas il-kontribuzzjonijiet għall-Bord tal-Koperattivi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-allokazzjoni fil-Budget għall-Bord tal-Koperattivi ġie mnaqqas minħabba li t-talba ta' l-istess Bord kienet anqas minn dik li kienet allokata fis-sena finanzjara 1998.
7.12.98
Jista' l-Ministru jgħid b'kemm se jgħollew l-bunkering throughput fees u l-container security seals?
Response (DALLI, JOHN)
Nixtieq lil-Onor. Membru jindika minfejn ħa l-impressjoni li se jgħollew il-`bunkering fees` kif jidhru fl-iskeda li tinsab ma` l-Att Nru. VIII ta` security seals` għaliex imkien ma ngħatat l-impressjoni li dan se jseħħ.
Għalhekk ma nistax ngħidlu b`kemm se jgħollew.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 1861 billi bi żvista saret lil Ministru ieħor u li tgħid hekk: Billi r-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 1499 mhijiex kompluta, jista' l-Ministru jara li jirrispondi l-partijiet li ħalla barra?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ir-risposta ta' l-ewwel parti tal-mistoqsija hija kif diġa' mniżżla fir-risposta ta' Mistoqsija Parlamentari Numru 1499 (Seduta 15).
Rigward it-tieni parti, l-ilma kollu li joħroġ mill-impjant ta' Sant'Antnin jintuża mill-Agrikoltura u mill-Industrija. L-ilma jintrema biss meta dan ma jkunx ta' kwalita' tajba, f'każijiet rari, iżda ma jeżistux statistiċi dwar dan.
Dwar it-tielet u r-raba' parti, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel dawn il-mistoqsijiet lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru, għall-perijodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-1 ta' Diċembru, 1998, jagħti lista tal-kuntratti li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt: (a) jindika x'kien il-kuntratt; (b) min għamel l-ispecifications; (ċ) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (d) lil min intalbu l-quotations; (e) kemm kienet kull quote; (f) min rebaħ il-kuntratt; (g) ingħataw extensions fuq il-kuntratt oriġinali; u (h) kemm kien il-valur totali tagħhom?
Response (ZAMMIT, NINU)
(a) Matul il-perjodu 5 ta' Settembru sa' l-1 ta' Diċembru 1998, il-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd uża, b'emerġenza, għall-ġarr ta' għamara ta' l-uffiċċju, l-istess kuntratturi, jiġifieri Borg Brothers tas-Siġġiewi, li kienu ngħataw il-kuntratt mill-amministrazzjoni ta' qabel u bl-istess rata li biha kienu rebħu dak il-kuntratt, jiġiefieri Lm30 kull vjaġġ. B'kollox dan it-trasport laħaq is-somma ta' Lm390.
Barra minn hekk, kien jinħtieġ ukoll ġarr kemm ta' għamara kif ukoll kwantitajiet kbar ta' files u oġġetti anċillari bħalhom minn sular għall-ieħor u minn kamra għall-oħra u dan dam sejjer mill-24 ta' Settembru sa' l-1 ta' Ottubru, 1998. Għal dan is-servizz, il-kuntratturi ngħataw is-somma ta' Lm270. (ara PQ 538)
(b) Bejn id-9 ta' Settembru, 1998 sal-1 ta' Diċembru 1998 kien jenħtieġ li tinkera karozza self drive mingħand il-Butterfly Garage, li hu l-Kuntrattur uffiċċjali tad-Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi ta' dan il-Ministeru, għal erba' perjodi separati. din il-vettura, li nkriet għall-użu ta'l-Onorevoli Ministru ta' l-Agrikoltura u Sajd, ma kinitx taqa' taħt l-istess kundizzjonijiet u specifications tal-kuntratt preżenti. Minħabba li l-karozza uffiċjali (GM) ta' l-Onorevoli Ministru fl-erba' okkażjonijiet kienet bill-ħsara, il-kiri tal-karozza kien inevitabbli, u kull darba kellu jsir b'urġenza, għalhekk ġie deċiż li ssir direct order mingħand il-Butterfly Garage. Dan il-kiri sar bl-Lm10 kuljum u sa' 1 ta' Diċembru tkun tħalset is-somma ta' Lm460.
(c) Kuntratt b'direct order ingħata lill-BIOMAR għal ikel tal-ħut fiċ-Centru tal-Akwakultura. L-ispecifications għamilhom Mr. Malcolm Pace Debono u għamlu l-award Dr Alain le Breton, konsulent Franċiż u Mr Alex Meilak, Hatchery Manager. L-ammont kien ta FF 30968,00(Lm2200). Xi sena ilu kien sar board ta' għażla għal dan it-tip ta' ikel tal-ħut. Kienu ntalbu 5 Quotations. Billi dan instab li hu l-aħjar, minn dak iż-żmien saret issir din id-direct order.
(d) Direct order ieħor ingħata lill-Ferme Marine de Douhet (FMD) biex inxtraw larvae ta' jum Centru tal-Akwakultura. L-ispecifications għamilhom Mr Alex Meilak, hatchery manager u l-award sar minn Mr Alex Meilak stess u Dr Alain Le Breton. L-ammont kien ta' FF 21055,00 (Lm 3500).
Ir-raġunijiet għalfejn ingħatat din id-direct order hu li (a) FMD hija 'hatchery' approvata għall-importazzjoni ta' ħut żgħir ġewwa Malta; (b) il-ħut huma ta' l-aqwa kwalita' u (c) huma kienu l-uniċi hatchery li kellhom il-larvae x'joffru għal bejgħ t'dak iż-żmien.
Jista' l-Ministru, għall-perijodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-1 ta' Diċembru, 1998, jagħti lista tal-kuntratti li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt: (a) jindika x'kien il-kuntratt; (b) min għamel l-ispecifications; (ċ) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (d) lil min intalbu l-quotations; (e) kemm kienet kull quote; (f) min rebaħ il-kuntratti; (g) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali; u (h) kemm kien il-valur totali tagħhom?
Jista' l-Ministru, għall-perijodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sa l-1 ta' Diċembru, 1998, jagħti lista tal-kuntratti li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt: (a) jindika x'kien il-kuntratt; (b) min għamel l-ispecifiations; (ċ) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (d) lil min intalbu l-quotations; (e) kemm kienet kull quote; (f) min rebaħ il-kuntratt; (g) ingħataw extensions fuq il-kuntratt oriġinali; u (h) kemm kien il-valur totali tagħhom?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru tat-Trasport u Komunikazzjoni — Kuntratti
Question
Jista' l-Ministru, għall-perijodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sa l-1 ta' Diċembru, 1998, jagħti lista tal-kuntratti li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt: (a) jindika x'kien il-kuntratt; (b) min għamel l-ispecifications; (ċ) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (d) lil min intalbu l-quotations; (e) kemm kienet kull quote; (f) min rebaħ il-kuntratt; (g) ingħataw extensions fuq il-kuntratt oriġinali; u (h) kemm kien il-valur totali tagħhom?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata aktar `il quddiem.
Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet ta' l-iskejjel reġistrati biex jgħallmu l-Ingliż lil barranin kif ukoll l-ismijiet tad-Directors of Studies ta' dawn l-iskejjel u l-kwalifiki relevanti ta' dawn il-persuni?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinġabar l-informazzjoni, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1841, jista' l-Ministru jgħid jekk sal-lum il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u l-Korporazzjoni Enemalta ġewx ikkonsultati jew għallinqas ġewx mitluba japprovaw it-tariffi l-ġodda ta' l-ilma u l-elettriku, iva jew le?
Response (BONNICI, JOSEF)
Kif diġa' għidt fit-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija numru 1841, il-Gvern ikkonsulta mal-partijiet soċjali kollha, kif ukoll mal-management tal-Korporazzjonijiet konċernati qabel wasal biex ħa l-miżura soċjali ta' roħs fit-tariffi tad-dawl u ta' l-ilma.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers fid-Dipartiment tas-Saħħa mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum? Mil-liema dipartimenti u għal-liema dipartimenti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mill-5 ta' Settembru sat-2 ta' Diċembru 1998 ġew trasferiti 80 impjegat li minnhom 69 ġo Dipartimenti li jaqgħu f'dan il-Ministeru u 11 f'Ministeri oħra. Minn dawn it-80 impjegat 48 talbu li jiġu trasferiti huma stess waqt li l-bilanċ kienu trasferiti skond l-esiġenzi tas-servizz.
Minbarra dawn kien hemm 16 impjegat ieħor li talbu u marru fis-Segretarjati ta' Ministri u Segretarji Parlamentari oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu nies b'senter bla permess mill-5 ta' Settembru, 1998?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant għall-perijodu 5 ta` Settembru, 1998, sat-30 ta Novembru, 1998, kien kif ġej:-
Settembru 12
Ottubru 1
Novembru 8
07.12.98
Ministeru tat-Trasport u Komunikazzjoni — Kuntratti
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista ta' kuntratti mogħtija bis-sistema ta' direct order, quotations u tenders mid-Dipartiment tat-Toroq mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum,inkluż l-valur ta' kull kuntratt?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħolijiet mogħtija mid-Dipartiment tat-Toroq lill-Kuntratturi mill-5 ta` Settembru 1998 sa l-aħħar ta` Novembru 1998 huma kif murija fl-iskeda li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Jista' l-Minsitru jgħid b'liema mod qiegħed jiġi propost li l-gvern jipprivatizza l-kumpless White Rocks?
Response (DALLI, JOHN)
Il-Privatizzazzjoni tal-Kumpless White Rocks se tkun parti mill-Programm tal- Privatizzazzjoni li l-Gvern qed jaħdem fuqu u li se jiddikjara ruħu fuqu fil-futur immedjat.
B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 1789, jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ħlas li ġie ntrodott mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma kull meta wieħed japplika għas-servizzi ta' l-ilma, kemm-il darba din mhux frontage contribution?
Response (BONNICI, JOSEF)
Kif se jiġi indikat fl-Avviż Legali dwar il-fornitura ta' l-ilma
is-service charge ta' Lm70 li ser jiġi introdott jinkludi l-materjal u x-xogħol meħtieġ biex jitwassal l-ilma mill-main tat-triq sal-proprjeta' tal-konsumatur u jinkludi wkoll il-ħlas tad-drenaġġ.