Jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm hemm pazjenti fl-Isptar Monte Carmeli? Kemm minnhom ilhom hemm: anqas minn sena; bejn sena u ħames snin; bejn ħamsa u għaxar snin; bejn għaxra u 15-il sena; bejn 15 u 20 sena; bejn 20 u 25 sena; bejn 25 u 30 sena; u aktar minn 30 sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fit-30 ta' Novembru 1998, fl-isptar Monte Carmeli, kien hemm 542 (281 irġiel u 261 nisa) residenti. Dawn il-pazjenti ilhom fl-isptar Monte Carmeli kif jidher hawn taħt:
Inqas minn sena sena u ħames snin ħames snin u għaxar
snin
irġiel 54 53 33
nisa 54 58 27
______________________________________________ ___________________
Total 108 111 60
għaxar u ħmistax- ħmistax u għoxrin għoxrin u ħamsa
il sena sena u għoxrin sena
irġiel 19 28 24
nisa 25 15 14
______________________________________________ ____________________
Total 44 43 38
ħamsa u għoxrin u tletin sena aktar minn tletin sena
irġiel 23 47
nisa 14 54
______________________________________________ _____________________
Total 37 101
Jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm hemm occupational therapists jaħdmu fl-Isptar Monte Carmeli? Kemm minnhom huma allokati on full time basis f'dan l-isptar u kemm huma maqsumin bejn l-Isptar Monte Carmeli u sptarijiet oħra?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fl-isptar Monte Carmeli hemm għaxar occupational therapists li jaħdmu fuq bażi full time (il-principal, sebgħa junior staff u tnejn fuq rotation ta' erba xhur). Tnejn minn dawn l-għaxra jaħdmu għal ġurnata kull wieħed fil-ġimgħa ġewwa s-Psychiatric Unit fl-isptar San Luqa.
Barra dawn l-għaxra, hemm żewġ terapisti oħra jaħdmu fil-komunita' u huma allokati fil-Qormi Day Centre.
Jista' l-Ministru jgħid kif skond id-diskors tal-Budget il-petrol kellu jinbiegħ 32c u fil-fatt qed jinbiegħ 32c5?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-prezz tal-petrol huwa ta' 32c5 il-litru u mhux 32c. Infatti t-text tas-sezzjoni dwar is-sisa fuq il-petrol fid-diskors tal-Budget 1999 kien fih żball tipografiku. Dan l-iżball kien korrett permezz ta' stqarrija għall-istampa numru 2115 maħruġa mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni fis-26 ta' Novembru 1998.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif lill-Kamra dwar l-ammont ta' petrol bla ċomb li ntuża mill-1992 'il hawn sena b'sena?
Jista' l-Ministru jagħti l-istess tagħrif dwar l-użu ta' petrol normali?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-pajjiżi Ewropej kollha għandhom tariffi preferenzjali għall-petrol bla ċomb?
Jista' l-Ministru jgħid kif dawn it-tariffi preferenzjali issa tneħħew f'Malta bħala riżultat tal-Budget 1998/99?
Response (BONNICI, JOSEF)
Kif intqal fid-diskors għall-Budget 1999, il-prezz tal-petrol bla ċomb għall-konsumatur ġie l-istess bħal dak tal-petrol normali, peress li nħossu li l-poplu huwa konxju biżżejjed tal-effett li l-għażla ta' tali tip ta' petrol għandha fuq l-ambjent.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra minn kemm nies hija komposta is-Sezzjoni tal-Klieb mal-Kontrollur tad-Dwana u kemm saru spezzjonijiet u sejbiet mill-istess sezzjoni fis-snin 1995, 1996, 1997 u 1998?
Response (DALLI, JOHN)
Is-Sezzjoni tal-Klieb tad-Dwana hija komposta minn tmienja min-nies li wieħed minnhom huwa wkoll l-instructor.
Dwar id-dettalji mitluba fuq kemm saru spezzjonijiet u sejbiet mill-istess sezzjoni fis-sena 1995, 1996, 1997 u 1998 qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni bħala `Table A` u `Table B`.
Wieħed irid jgħid ukoll illi:
a. Bejn Jannar 1995 u Awissu 1997 is-sezzjoni kienet komposta min uffiċjal u għaxar assistenti.
b. fis-sena 1997 kien hemm anki tibdil fis-sistema tat-Targetting biex l-Ispezzjonijiet ikunu ikkonċentrati fejn ikun l-aktar meħtieġ.
c. Il-figuri tas-sena 1998 jinkludu biss il-figuri sa Novembru 1998.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx ikkonsidrat u ppjanat sabiex fil-futur qarib isir ġnien publiku aħjar ġewwa l-Fgura bejn is-Swar tal-Kottonera u l-abitat b'mod li wieħed ikun jista' jimxi minn barra tulhom, mill-Malta Drydocks sa l-aħħar?
Response (ZAMMIT, NINU)
Is-suġġeriment tal-Onor. Interpellant ser jiġi mgħoddi lill-Awtorita kompetenti li qed tippjana ir-rijabilitazzjoni tal-area kollha msemmija fid-domanda.
Jista' l-Ministru jibgħat numru ta' nies sabiex inaddfu u jġibu fi stat tajjeb dik il-parti ta' ġnien pubbliku li hemm fl-aħħar ta' Cottonera Avenue, Fgura inti u sejjer lejn Ħaż-Żabbar?
Response (ZAMMIT, NINU)
Din il-lokalita' taqa taħt l-awtonomija tal-Kunsill Lokali tal-Fgura li għandu kuntratt ma entita privata biex isir ix-xogħol mixtieq fir-raħal tiegħu.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta hemm ippjanat li t-triq li għandha is-servizzi kollha mgħoddija u ċioe' Triq Orlando, Żabbar ġewwa ir-raħal tax-Xgħajra, issir?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant ser isir skond il-prijoritajiet tax-xogħol tad-Dipartiment, naturalment wara li jiġi assigurat li s-servizzi kollha meħtieġa jkunu tqegħdu fil-post.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk jikkonsidrax li jagħmel lista aċċessibbli għal pubbliku, tat-toroq li hemm il-ħsieb li jsiru tul is-sena li ġejja bid-dati relattivi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li programm ta` xogħolijiet ghad-diversi lokalitajiet għadu qiegħed jitfassal u informazzjoni dwaru tkun tista` tingħata aktar `il quddiem.
Jista' l-Ministru jinvestiga li jagħti tagħrif lill-Kamra dwar il-każ ta' pazjenta li isimha qed jintbagħat separatament, liema pazjenta hija omm ta' familja żgħira u li timxi fuq il-krozzi u li kellha tiġi operata f'daharha minn Dr Lehovski imma nqabżet biex jiġu operati każi anqas urġenti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-kirurgu l-Profs. Jan Lehovski FRCS huwa espert fil-qasam ta' operazzjonijiet fuq l-ispina. Inġieb l-isptar San Luqa bejn it-23.11.98 u s-27.11.98. Waqt dawn il-ħamest'ijiem, huwa ra u eżamina 78 pazjent Malti u minnhom kien hemm 15 li kellhom bżonn intervent kirurġiku. Il-Professur Lehovski irnexxielu jagħmel 12-il operazzjoni, bosta minnhom ta' natura kumplikata u waħda jew tnejn li bħalhom qatt ma saru Malta. B'hekk il-pazjent Malti ġie moqdi bl-aqwa kura possibli u f'pajjiżu. L-istess professur kellu jagħżel liema operazzjonijiet kellhom jieħdu preċedenza. FFil-fehma esperta tiegħu, u b'deċiżjoni klinika u wara li ħa in kunsiderazzjoni ż-żmien għad-dispożizzjoni, huwa ddeċieda li l-każijiet maġġuri li saru kienu aktar urġenti mill-każ implikat f'din il-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ ta' wieħed li ismu u l-ID Card number tiegħu qed jintbagħtu separatament li billi huwa każ ta' trapjant tal-kliewi kien ġie assenjat xogħol ta' driver biex ma jbatix fl-amministrazzjoni preċedenti, u issa reġgħuh lura jaħdem bix-xift D, N, R, u O bi tbatija kbira għal saħħtu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika l-post fejn taħdem il-persuna li għaliha qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-programm ta' għoti ta' tarmac għall-ewwel darba hemmx inkluża t-Triq fix-Xatt ta' l-Isla li tagħti għall-Ponta, li wara l-proġett li sar bil-kostruzzjoni ta' din it-triq minn Gvern Nazzjonalista tħalliet parti sostanzjali minnha mingħajr tarmak?
Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda jiffunzjona l-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera u jekk huwiex se jsegwi fil-passi li ħa l-Gvern Laburista meta ħatar fih membru minn kull Kunsill Lokali tal-Kottonera?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Hija l-intenzjoni ta' dan il-Ministeru illi l-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera jiġi maħtur fil-bidu tas-sena l-ġdida u jibda jiffunzjona minnufih. Il-Gvern għandu l-intenzjoni illi jaħtar membru minn kull Kunsill Lokali fuq dan il-Kumitat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li s-sistema tad-drenaġġ fix-Xatt ta' l-Isla tkunx mibdula minħabba l-inkonvenjent li qed ibatu minnu r-residenti u l-komunita' kummerċjali ta' l-inħawi?
Jista' l-Ministru jsemmi t-talbiet għal street lighting ġdid mill-Kunsilli Lokali ta' Bormla, Birgu, Isla u Kalkara u kemm minnhom ġew milqugħa mill-1995 sal-lum?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba hija kif ġej:
KUNSILL LOKALI TALBIET APPROVATI
Bormla 31 17
Birgu 21 17
Isla 13 10
Kalkara 24 18
Total 89 62
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Water Services Corporation għandhiex pjanijiet speċifiċi sabiex jinbidlu mains ta' l-ilma fl-Isla? Jekk fl-affermattiv, liema huma dawn it-toroq?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għandha pjanijiet biex jinbidlu mains ta' l-ilma fl-Isla. L-għażla tat-toroq għadha qed tiġi analizzata.