B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 797, jista' l-Ministru jirrispondi t-tieni parti ta' l-istess mistoqsija li ma tanix tweġiba għaliha?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jiċċara l-Mistoqsija tiegħu u jgħid jekk l-informazzjoni li qed jitlob hiex dwar il-Membri tal-Bord eżistenti jew dwar dawk li skada t-terminu tagħhom.
07.12.98
B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sa l-10 ta' Novembru, 1998 u għad-dikasteru li għalih il-Prim Ministru huwa responsabbli, jista' l-Prim Ministru: a) jagħti lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; b) jagħti indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; c) jgħid kemm intnefaq ma' kull aġenzija; d) jgħid kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi tal-media li hawn Malta; e) jagħti lista ta' l-istamperiji (minbarra dik tal-Gvern) li ġew użati; f) jagħti indikazzjoni ta' x'ġie stampat u l-kwantita' ta' l-istampar; g) jgħid kemm intnefaq ma' kull stamperija; h) jagħti lista tal-kumpanniji ta' l-iscanning li ġew użati u jgħid kemm intnefaq ma' kull kumpannija?
Kemm kien hemm persuni/ditti li kienu joffru s-servizzi ta' reklamar lill-istess dikasteru/Ministeru qabel il-5 ta' Settembru, 1998 u twaqqfu mill-Gvern preżenti? Liema kienu? Għalfejn twaqqfu? Min tqabbad flokhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra żewġ tabelli li juru l-
informazzjoni mitluba.
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Aġenziji tar-reklamar
Question
B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sa l-10 ta' Novembru, 1998 u għad-dikasteru li għalih il-Viċi Prim Ministru huwa responsabbli, jista': a) jagħti lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; b) jagħti indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; c) jgħid kemm intnefaq ma' kull aġenzija; d) jgħid kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi tal-media li hawn Malta; e) jagħti lista ta' l-istamperiji (minbarra dik tal-Gvern) li ġew użati; f) jagħti indikazzjoni ta' x'ġie stampat u l-kwantita' ta' l-istampar; g) jgħid kemm intnefaq ma' kull stamperija; u h) jagħti lista tal-kumpanniji ta' l-iscanning li ġew użati u jgħid kemm intnefaq ma' kull kumpannija?
Kemm kien hemm persuni/ditti li kienu joffru s-servizzi ta' reklamar lill-istess dikasteru/Ministeru qabel il-5 ta' Settembru, 1998 u twaqqfu mill-Gvern preżenti? Liema kienu? Għalfejn twaqqfu? Min tqabbad flokhom?
Response (MARCO, GUIDO DE)
Il-Ministeru tiegħi ma kienx jeħtieġ li jingaġġa s-servizzi ta' aġenziji ta' reklamar fix-xahrejn bejn il-5 ta' Settembru u l-10 ta' Novembru 1998.
Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Aġenziji tar-reklamar
Question
B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sa l-10 ta' Novembru, 1998 u għad-dikasteru li għalih il-Ministru huwa responsabbli, jista': (a) jagħti lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; b) jagħti indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; c) jgħid kemm intnefaq ma' kull aġenzija; (d) kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi tal-media li hawn Malta; e) jagħti lista ta' l-istamperiji (minbarra dik tal-Gvern) li ġew użati; f) jagħti indikazzjoni ta' x'ġie stampat u l-kwantita' ta' l-istampar; g) jgħid kemm intnefaq ma' kull stamperija; h) jagħti lista tal-kumpanniji ta' l-iscanning li ġew użati u jgħid kemm intnefaq ma' kull kumpannija?
Kemm kien hemm persuni/ditti li kienu joffru s-servizzi ta' reklamar ta' l-istess dikasteru/Ministeru qabel il-5 ta' Settembru, 1998 u twaqqfu mill-Gvern preżenti? Liema kienu? Għalfejn twaqqfu? Min tqabbad flokhom?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet quddiem l-awtoritajiet tal-Pulizija mill-kunsilli lokali għal: 1) ftuħ ta' għases fejn bħalissa m'hemmx jew mhux qed jinfetħu; 2) ftuħ ta' għases fuq bażi permanenti fejn illum qed jinfetħu għal xi sigħat biss; 3) stazzjonar ta' aktar pulizija fid-distrett tagħhom; u mil-liema kunsill lokali saru?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn żmien għal żmien il-Pulizija tirċievi talbiet dwar is-suġġett tal-Mistoqsija li jiġu kkunsidrati skond ir-riżorsi disponibbli u l-esiġenzi tas-servizz fiż-żmien li ssir it-talba.
07.12.98
Bord għall-Kontroll tat-Traffiku — Talbiet mill-kunsilli lokali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet mill-kunsilli lokali quddiem il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku biex fid-distrett tagħhom jiġu stallati traffic lights? Minn liema kunsill saret kull talba u fejn hemm it-talba, f'liema toroq iridu jsiru?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li matul l-aħħar 12-il xahar il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku approva talbiet għall-Pelikan Lights u Traffic Lights mill- Kunsilli Lokali, kif ġej:
PELICAN LIGHTS
a) Attard - Triq l-Imdina (Windsor Showroom).
b) Attard - Triq Ħal Warda (fil-viċinanza ta` l-Iskola
Primarja).
c) Attard - Triq Santa Katarina (fil-viċinanza tal-Cake Box
Confectionery).
d) B`Kara - Triq Psaila (post għad irid jiġi determinat).
e) B`Kara - Triq l-Imsida ( fil-viċinanza tad-Day to Day).
f) B`Kara - Triq Ganu kantuniera ma` Triq Naxxar.
g) B`Kara - Triq Fleur-de-Lys maġenb Triq il-Passju.
h) B`Kara - By Pass maġenb Triq Geronimo Abos.
i) B`Kara - By Pass maġenb ir-Roundabout ta` Triq Ganu.
j) B`Kara - Triq Naxxar kantuniera ma` Triq Sir Ugo Mifsud.
k) Ħamrun - Triq San Ġuzepp maġenb il-Knisja ta` San Gejtanu.
l) Ħamrun - Triq San Ġuzepp (fil-viċinanza ta` Triq Schembri).
m) Luqa - (fil-viċinanza tal-Head Office tal-Korporazzjoni
tas-Servizzi ta' l-ilma).
n) Luqa - (fil-vicinza tal-Head office ta` l-Air Malta).
o) Marsa - Triq it-13 ta` Diċembru (fil-viċinanza ta`
Spencer Hill).
p) Marsaskala - Triq ix-Xatt (post għad irid jiġi
determinat).
q) Marsaskala - Pjazza Dun Tarċis Agius.
r) Marsaskala - Triq iż-żonqor (post għad irid jiġi
determinat).
s) Marsaskala - Triq Żabbar (post għad irid jiġi determinat).
t) Mosta - Triq il-Kostituzzjoni (fil-viċinanza ta` Casa
Arkati).
u) Qormi - Triq Manwel Dimech (post għad irid jiġi
determinat).
v) Qormi - Triq l-Imdina (post għad irid jiġi
determinat).
w) Qormi - Triq Qormi (fil-viċinanza ta` Danny Cremona
School of Agriculture).
x) Siġġiewi - Triq Mons. Mikiel Azzopardi (fil-By Pass),
(zewġ installazzjonijiet għadhom iridu jiġu
determinati).
TRAFFIC LIGHTS
a) Balzan - Vjal De Paule kantuniera ma` Triq l-Imdina.
b) Ħamrun - Triq San Ġuzepp kantuniera ma` Triq Qormi u
Pjazza San Pawl.
c) Ħamrun - Triq il-Kapillan Mifsud kantuniera ma` Triq
Villambrosia.
d) Mosta - Triq Bidnija intersezzjoni ma` Triq Mosta.
e) Naxxar - Salini - Triq Naxxar kantuniera ma` Triq
il-Kosta.
Ma dawn it-talbiet hemm oħrajn li għadhom qed jiġu kkunsidrati, u oħrajn li ġew approvati qabel. Minbarra hekk, f`bosta każi għad iridu jittieħdu `l passi meħtieġa biex dawn il-lights jiġu stallati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tuck shops fl-iskejjel ta' l-Istat li ngħataw b'tender pubbliku? X'kontroll hemm biex jiġi żgurat li l-prodotti li jinbiegħu - ikel u xorb - huwa tajjeb għall-istudenti u konformi mar-regolamenti tas-saħħa? Isir xi kontroll fuq it-tuck shops ta' l-iskejjel privati u tal-knisja biex ikun magħruf li dak li qed jinbiegħ huwa ta' ġid għat-tfal?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li f'sitta u għoxrin skola ta' l-Istat it-tmexxija ta' Tuck Shops ingħataw b'tender pubbliku.
Fl-ewwwl ta' Ottubru 1998 id-Dipartiment tas-Saħħa ntalab jagħmel spezzjonijiet f'dawn it-Tuck Shops biex ikunu żgurati l-iġjene fil-post u s-saħħa fil-prodotti għal-bejgħ mit-Tuck Shop.
Id-Direttur tal-Kummerċ intalab ukoll biex jagħmel spezzjonijiet rigward il-kontroll tal-prezzijiet.
Spezzjonijiet bħal dawn isiru perjodikament matul is-sena skolastika.
Id-Diviżjoni m'għandiex kontroll fuq it-tmexxija tat-Tuck Shops fi skejjel privati u dawk tal-Knisja.
Peress li fl-artiklu tiegħu fil-gazzetta "In-Nazzjon" tal-ġimgħa li għaddiet dwar l-iSkolaSport, is-Segretarju Parlamenti fil-ministeru tiegħek ma semma xejn dwar l-għawm li qiegħed isir fil-Pixxina Nazzjonali taħt din l-iskema, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji dwar: 1) kemm hemm tfal, adulti, eċċ li qed jieħdu sehem f'din id-dixxiplina; 2) kemm hemm għalliema li qed jagħtu s-sehem tagħhom u kemm jitħallsu; 3) isir xi ħlas mill-Gvern lill-Pixxina Nazzjonali? Kemm?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li hemm 560 tfal u madwar 80 adult li qed jattendu għall-lezzjonijiet tal-għawm taħt l-iskema Skolasport. Dawn qegħdin imqassma fil-Pixxina Nazzjonali f' Tal-Qroqq u fil-pixxina tar-Razzett tal-Ħbiberija f'Wied il-Għajn.
B'kollox hemm 20 għalliem li jitħallsu bir-rata ta' Lm5.10 għal kull sessjoni ta' sagħtejn u nofs.
Il-ħlas minn naħa tal-Gvern huwa ta' Lm1655 lill-Pixxina Nazzjonali u Lm1500 lir-Razzett tal-Ħbiberija għall-perjodu Ottubru 1998 sa Mejju 1999.
Mill-5 ta' Settembru, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru elezzjonijiet każwali għall-kunsilli lokali? F'liema belt/raħal? F'kemm-il każ ma kienx hemm nominazzjonijiet? F'kull belt/raħal ġewx co-opted membri fejn ma kienx hemm nominazzjonijiet? Kemm minn dawn kienu maħtura minn kandidati li kienu ħadu sehem fl-elezzjonijiet oriġinali? F'liema bliet/irħula mistennija jsiru l-elezzjonijiet għall-kunsilli lokali s-sena d-dieħla? Meta se jsiru? Kemm huwa stmat li jqumu dawn l-elezzjonijiet?
Matul din is-sena, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm oġġezzjonijiet mill-kunsilli lokali għall-bini/estensjonijiet jew xort'oħra fil-belt/raħal taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar? F'liema lokalitajiet kienu u dwar xiex kienu dawn l-oġġezzjonijiet? Kemm minn dawn intlaqgħu mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar? Kemm hemm pendenti? Kemm ġew irtirati?
Response (BORG, TONIO)
Jien infurmat li ma jeżistux oġġezzjonijiet pendenti jew milqugħa. Kull oġġezzjoni li l-Awtorita` ta` fuq applikazzjonijet għal żvilupp, tiġi kkunsidrata waqt l-evalwazzjoni ta` l-iżvilupp propost. Għaldaqstant jeżistu biss applikazzjonijiet pendenti jew milqugħa.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li tirreferi għall-oġġezzjonijiet li saru fuq applikazzjonijiet għal żvilupp li saru fl-1998.
07.12.98
Jista' l-Ministru jgħid xi drittijiet għandha l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament li tieħu ħsieb il-ġenituri tagħha li joqogħdu fl-istess indirizz għal allowance peress li tieħu ħsieb il-ġenituri tagħha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet nfurmata bid-drittijiet tagħha u dan b'ittra tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali tas-26 ta' Novembru 1998.
7.12.98
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk minn meta twaqqfet sal-lum, x'rapporti u xi pjani ta' azzjoni ħejjiet il-Management Efficiency Unit? Fiex waslu f'dik li hi implimentazzjoni d-diversi inizjattivi li ħadet l-MEU?
Jista' l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol li ġew jagħmlu f'pajjiżna żewġ persuni mill-World Bank u l-IMF minn Settembru 1998 'l hawn? X'kien il-ġudizzju tagħhom fuq is-sitwazzjoni finanzjarja fil-pajjiż? X'kienu r-rakkmandazzjonijiet tagħhom dwar passi rimedjali għas-sitwazzjoni finanzjarja
Response (DALLI, JOHN)
Kif għedt fit-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1149, ma` l-espert mill-Bank Dinji, li hu ekonomista ewlieni, iddiskutejna t-tibdil meħtieġ fir-rappurtar ta` l-istatistika finanzjarja biex dan ikun konformi mal-prattika internazzjonali u biex inkunu f`qagħda aħjar li naraw b`mod ċar u trasparenti d-diffetti strutturali fil-finanzi pubbliċi tagħna. Minn dan l-eserċizzju bdilna l-mod tal-preżentazzjoni tal-fond konsolidat kif ippreżentajnih fl-aħħar budget.
Ma` l-espert l-ieħor, li hu ekonomista rtirat li qabel kien jaħdem mal-Fond Monetarju Internazzjonali, iddiskutejna d-dħul mill-ġdid tat-taxxa fuq il-konsum.
Jista' l-Ministru jikkonsidra li jerġa' jieħu lis-sinjuri li isimhom qed jintbagħat separatament li jaħdmu t-tarzna, lura lejn l-iskola primarja f'Tas-Sliema, fejn kienu jagħmlu ħafna xogħol siewi sa Settembru 1998, peress li anke bid-dħul ta' part-time cleaner il-problemi f'din l-iskola se jibqgħu mingħajr ix-xogħol tajjeb li kienu jagħmlu dawn il-persuni?
Response (GALEA, LOUIS)
Ġejt infurmat li dawn il-persuni ġew irtirati mid-Dipartiment mill-Awtoritajiet tat-Tarzna ser nistħarreġ il-proposta ta' l-Onor. Membru.
Jistgħu jittieħdu passi mill-pulizija biex ma jħallux il-bougamvilla ta' barra r-ristorant (Rebecca) fi Triq it-Tagħam, fil-Mellieħa tkompli tingombra l-bankina u toħloq inkonvenjent għal min jgħaddi u għal ġirien?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ttieħdu l-passi meħtiega biex dan l-inkonvenjent jitneħħa.
07.12.98
Jista' l-Ministru jgħid x'awtorizzazzjoni għandu ċertu persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, li wara l-ħin tax-xogħol imur fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni biex jieħu karozza u jagħmel użu permanenti minnha?
Response (GALEA, LOUIS)
Ġejt informat li ma ingħata awtorizzazzjoni lill-ebda persuna biex tagħmel użu permanenti minn karozza fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, imma ingħataw struzzjonijiet biex il-karozzi tat-Taqsima tal-maintenance jintużaw minn impjegati u f'ħinijiet skond l-eżiġenzi, u ma jibqgħux jintużaw esklussivament mill-istess persuni. Fil-fatt il-persuna in kwistjoni użat, wara l-ħin tax-xogħol, waħda mill-karozzi għal xogħol tat-Taqsima tal-Maintenance u wara irritornatha lura lill-inkarigat mit-Taqsima.
Jista' l-Prim Ministru ġentilment jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-AFM tingaġġa suldati fiż-żmien qarib? Meta kien l-aħħar ingaġġ li sar u kemm kienu daħlu?
Jista'l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Ministeru wara sentenza mill-Qorti ta' l-Appell li fiha kien hemm referenza għall-Motor Vehicles Regulations? X'passi ħa jew beħsiebu jieħu l-Gvern wara din is-sentenza?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni meħtieġa qiegħda tinġabar u tingħata f`xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li ssir manutenzjoni tal-Pixxina Nazzjonali minħabba li hemm postijiet minnha bil-madum qed jinqala'?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li diġa' beda programm ta' manutenzjoni tal-Pixxina Nazzjonali li għandu jitlesta sa l-aħħar ta' Frar 1999. Il-manutenzjoni ta' l-equipment tal-Plant Room ser isir waqt ix-shutdown fi żmien il-Milied.
Dwar il-problema tal-madum, il-Bord qed jistenna rapport minn għand il-konsulenti li ġew imqabbda biex jiġi stabbilit minn fejn tirriżulta din il-ħsara.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-għawwiema (ta' eta' żgħira) li jmorru jittrejnjaw flimkien mal-coach fil-Pixxina Nazzjonali fis-6.00 a.m. (qabel l-iskola) m'għadhom jitħallew jużaw waħda mill-kmamar li hemm vojta taħt it-taraġ fejn joqogħdu l-ispetaturi?
Billi d-dressing room tinsab kemm xejn 'il bogħod, possibbli li dawn it-tfal jerġgħu jitħallew jużaw waħda minn dawn il-kmamar għax qed jispiċċaw iħossu l-bard sakemm jinżlu mid-dressing room għal ġol-Pixxina jew meta jitilgħu mill-pixxina li hi heated għal ġod-dressing room?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-kmamar li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant qed jiġu użati bħala uffiċċji minn Assoċjazzjonijiet Sportivi u mill-Amministrazzjoni tal-Pixxina.
Qaluli li hemm il-ħsieb li ssir xorta ta' tunnel li twassal mill-pixxina għad-dressing rooms.