Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kumpannija Polymetrics — Direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders lill-Kumpannija Polymetrics Co. Ltd tul l-operat tagħhom hawn Malta?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

WSC — Spiża kapitali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża kapitali mill-Water Services Corporation: (a) għall-impjant tar-Reverse Osmosis taċ-Ċirkewwa; u (b) għall-impjant tar-Reverse Osmosis ta' Pembroke?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #2269 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għall-Ambjent

Għarix — Kumpless lil Perit Mintoff

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1012, jista' l-Ministru jirrispondi t-tieni parti tad-domanda u jgħid f'liema data sar il-ħlas?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ħlas sar b'cheque fit-30 ta' Ottubru 1998.
Leg 9 PQ #2271 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ħaddiema

Question

B'rifernza għall-mistoqsija parlamentari numru 1655 u r-risposta sussegwenti, jista' l-Ministru jgħid: (a) kemm hu n-numru ta' dawk il-pulizija li ġew maqlugħa minn posthom biex jimlew post vakant bl-assenza ta' l-uffiċjali tal-pulizija mal-gate tal-Kwartieri Ġenerali u kemm-il shift kellu jiġi covered; (b) minn liema sezzjonijiet dawn il-pulizija bdew jiġu maqlugħa sabiex jiġi replaced dan il-post temporanjament vakant; u (ċ) kemm ilu dan l-uffiċjal tal-pulizija mal-gate nieqes u jekk dan hux każ ta' mard fit-tul u meta se jiġi replaced?

Response (BORG, TONIO)

M'għandi xejn xi nżid mat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1655 f'Seduta 15. 07.12.98pm

Swieqi — Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti xi indikazzjoni dwar meta toroq fil-lokalita' tas-Swieqi, li l-kontribuzzjonijiet tagħhom ilhom li tħallsu snin twal, se jkunu asfaltati biex ir-residenti jeħilsu minn inkonvenjent qawwi li ilhom jissaportu żmien twil wisq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-toroq indikati mill-Onor. Interpellant huma tat-tip li għad iridu jiġu asfaltati għal l-ewwel darba. Dawn it-toroq isiru aktar `il quddiem, u dan wara li jiġi assigurat li s-servizzi kollha jitqegħdu fil-post.
Leg 9 PQ #2275 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Partit Nazzjonalista — Wegħda elettorali Nru. 170

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm flus ivvotati fil-budget dwar il-wegħda elettorali tal-Partit Nazzjonalista Nru. 170?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed isiru l-analiżi neċessarji biex jiġu stabbiliti l-parametri li fihom irid jopera dan il-unit meta jitwaqqaf. Dan ser isir minn riżorsi finanzjarji u tekniċi eżistenti fid-Dipartiment tas-Saħħa. Fondi speċifiċi jiġu allokati aktar tard.
Leg 9 PQ #2276 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għaqdiet sportivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm iltaqgħu ma' għaqdiet sportivi taż-żgħażagħ u volontarji, hu jew is-segretarju parlamentari jew it-tnejn flimkien? Jista' l-Ministru jgħid min kienu dawn l-għaqdiet jew organizzazzjonijiet, meta ltaqgħu magħhom u x'kien is-suġġett diskuss?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinġabar l-informazzjoni, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #2277 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għaqdiet taż-Żgħażagħ — Talbiet għall-għajnuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu talbiet għal għajnuna għal inizjattivi minn Għaqdiet taż-Żagħżagħ issa li l-applikazzjoni għalqet fit-30 ta' Novembru, 1998? Kemm hemm flus ivvotati għal dawn it-talbiet? Min huma l-għaqdiet li applikaw, x'inhu l-proġett jew l-attivita' tagħhom u kemm hi s-somma li ġiet mitluba? Min se jiddeċiedi dwar kif se jingħataw dawn il-fondi?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinġabar l-informazzjoni, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #2278 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għall-Ambjent

Mitħna tax-Xarolla — Inkursjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan sabiex l-inkursjoni u ċioe' l-post ħdejn il-Mitħna tax-Xarolla, fiż-Żurrieq tiġi organizzata peress illi din saret parti perikoluża?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #2279 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Interim From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AG — Cleaners

Question

Jista' l-Prim Ministru jieħu passi sabiex jiġi aċċertat li jkun hemm cleaners fl-uffiċini ta' l-Avukat Ġenerali tal-Main Guard faċċata tal-Palazz, peress li f'dan il-bini ilu ma jkun hemm tindif minn cleaners sa minn Ottubru 1996 u tali tindif huwa ormai impellenti u noċiv għas-saħħa ta' l-impjegati?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Djar — Akkomodazzjonijiet alternattivi

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm applikazzjonijiet pendenti minn persuni mill-Gudja, Raħal Ġdid, Tarxien, Santa Luċija u Marsa għal post alternattiv? Jista' l-Ministru jara li tiġi mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-ismijiet u bl-indirizzi rispettivi ta' kull waħda minn dawn il-persuni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi hemm 331 applikazzjoni pendenti mill-postijiet indikati mqassmin kif ġej: Gudja 8 Paola 107 Tarxien 51 St. Luċija 50 Marsa 115 Mhux il-każ li jiġu mxanndra l-ismijiet tal-applikanti minn dawn il-lokalitajiet. 7.12.98
Leg 9 PQ #2282 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tal-Finanzi

Single parent families

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se tiswa l-emenda rigward is-single parent families hekk kif imħabbra fil-Budget li għadu kif inqara?

Response (DALLI, JOHN)

Din il-miżura hija b`effett mill-1 ta` Jannar, 1999 u għalhekk id-Dipartiment tat-Taxxi Interni jkun jaf kemm familji ntlaqtu minnha meta jintbagħtu l-formoli tad-dħul relattivi. Id-database tad-dipartiment ma jindikax kemm familji jistgħu jintlaqtu minnha minħabba li informazzjoni dwar kemm it-taxpayers reġistrati miegħu ikollhom tfal dipendenti ma tinżammx.

Persuni b'diżabilita' — Home help

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-vot dedikat għal dawk in-nies li jsofru minn xi diżabilita' u japplikaw għall-home help?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-vot dedikat għal dawk in-nies li jsofru minn xi diżabilita' u japplikaw għall-'home help' jagħmel parti mill-vot totali ta' Lm895,000 taħt Item 4064 'Home Help/Care Services Scheme'. 7.12.98

Persuni b'diżabilita' — Home help

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies li jsofru minn xi diżabilita' u li applikaw għal home help u għadhom fuq il-waiting list preżentement?

Response (GONZI, LAWRENCE)

4 persuni li jsofru minn xi diżabilita' għadhom fuq il-'waiting list tal-'Home Help/Care Services Scheme. 7.12.98

Sptar San Luqa — Detox Unit - Pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jelenka minn liema lokalitajiet kienu ġejjin dawk li ffrekwentaw id-Detox Unit fl-Isptar San Luqa, sena b'sena, matul dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Agenzija Sedqa li taħtha jaqha ċ-Ċentru tad-Detox twaqqfet fl-1994 u għaldaqstant l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tmur lura sas-sena 1994 u mhux qabel, kif mitlub. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni li turi l-lokalitajiet ta' persuni differenti li matul is-snin rispettivi bejn 1994 u 1997 ffrekwentaw iċ-Ċentru tad-Detox sena b'sena. 7.12.98