Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jaħdmu bla permess mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum? Mil-liema nazzjonalita' huma?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn il-5 ta' Settembru, 1998, u t-3 ta' Diċembru, 1998, in-numru ta' persuni barranin li nqabdu jaħdmu bla permess kien ta' 8, u dawn kienu mill-Jugoslavja, mill-Libja u mill-Eġittu.
07.12.98pm
Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandha l-Korporazzjoni Enemalta sabiex jonqos it-tniġġiż mill-Power Station tal-Marsa? Jista' l-Ministru jgħid meta saru l-aħħar analiżi tad-diversi gassijiet tossiċi, kemm kienu u jekk kenux f'livell aċċettabbli?
Dipartiment tas-Saħħa — Applikazzjonijiet għad-djar ta' l-anzjani
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti fl-aħħar ta' Novembru 1998 għal: (i) dħul f'San Vinċenz; (ii) dħul fi djar ta' l-anzjani tal-gvern?
Kemm minnhom joqogħdu (i) il-Belt; (ii) il-Ħamrun; (iii) il-Furjana; (iv) u l-Pieta'?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Sa l-aħħar ta' Novembru 1998 kien hemm 682 anzjan li kienu qed jistennew biex jidħlu fir-Residenza ta' San Vinċenz. Minn dawn kien hemm 20 mill-Belt, 36 mill-Ħamrun, 10 mill-Furjana u 10 mill-Pieta'.
Sa l-aħħar ta' Novembru 1998 kien hemm 575 anzjan li kienu qed jistennew biex jidħlu fid-Djar ta' l-Anzjani tal-Gvern. Minn dawn kien hemm 26 mill-Belt, 32 mill-Ħamrun, 13 mill-Furjana u 8 mill-Pieta'.
7.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu qed jirreġistraw nies għax-xogħol fl-aħħar ta' Novembru 1998? Kemm minnhom joqogħdu: (i) il-Belt; (ii) il-Ħamrun; (iii) il-Furjana; (iv) il-Pieta'?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta' Settembru 1998 kien ta' 7,184. Minn dawn kien hemm 250 joqgħodu l-Belt, 292 joqgħodu il-Ħamrun, 69 joqgħodu il-Furjana u 62 joqgħodu il-Pieta'.
L-aħħar figuri ppubblikati huma ta' Settembru 1998.
7.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti għal akkomodazzjoni alternattiva fl-aħħar ta' Novembru 1998? Kemm minnhom joqogħdu: (i) il-Belt; (ii) il-Ħamrun; (iii) il-Furjana; (iv) il-Pieta'?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi fl-aħħar ta' Novembru 1998 kien hemm 3198 applikazzjoni pendenti quddiem id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali, li fosthom kien hemm 331 li saru minn applikanti mill-Belt Valletta, 144 li saru minn applikanti mill-Hmarun, 78 li saru minn applikanti mill-Furjana u 26 saru minn applikanti mill-Pieta'.
7.12.98
Jista' l-Prim Ministru jgħid minn Jannar sa Novembru 1998 kemm tressqu nies il-qorti minħabba pussess/traffikar ta' drogi? Kemm minnhom joqogħdu: (i) il-Belt; (ii) il-Ħamrun; (iii) il-Furjana; (iv) il-Pieta?
Response (BORG, TONIO)
Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 2078 f'Seduta 20.
Ninsab infurmat li l-informazzjoni dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija hu kif ġej : -
Lokalita' Numru ta' persuni
--------- ----------------
Valletta 15
Ħamrun 2
Floriana 3
Pieta' 7
07.12.98pm
Jista' l-Ministru jgħid fil-Port Workers Scheme jekk hemmx xi restrizzjoni ta' żmien li fih impjieg jista' jintiret minn wieħed mill-ulied tal-ħaddiema tax-xatt?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li skond ir-Regolament dwar il-Ħaddiema tal-Port 1993, l-eliġibilta għall-mili ta` vakanza hija limitata għall-iben, jew għall-akbar mill-eta` minn fost l-ulied subien, ta` ħaddiem tal-port li kien reġistrat bħala tali fis-17 ta` Settembru, 1990, u li jirtira jew li jgħaddi bord mediku skond id-disposizzjoni ta` dawn ir-regolamenti jew li jmut.
Jikkonferma l-Ministru li fl-iskola Guże' Despott, Bormla hemm nuqqas ta' siġġijiet u mwejjed fil-klassijiet? X'beħsiebu jagħmel il-Ministru sabiex din is-sitwazzjoni tiġi rranġata?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tingħabar l-informazzjoni, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema nieqsa mill-full compliment għall-iskola Guże' Despott, Bormla? Għal-liema suġġetti hemm għalliema nieqsa f'din l-istess skola?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinġabar l-informazzjoni, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Billi tħabbar li s-Central Bank mhux se jibqa' responsabbli għall-qasam regolatorju, jista' l-Ministru jikkonferma li dan issa se jgħaddi għand iċ-Ċentru għas-Servizzi Finanzjarji? Jekk iva, x'wassal lill-Gvern biex jieħu din id-deċiżjoni?
Response (DALLI, JOHN)
Kif għedt f`paġina 91 tad-Diskors tal-Budget, `irridu nerġgħu naqbdu t-triq biex il-Bank Ċentrali jinża mir-rwol regolatorju tiegħu u jikkonċentra fuq il-politika monetarja.`
Nista` nikkonferma li dan ser jsir u rwol regolatorju hemm il-ħsieb li ngħadduh għand iċ-Ċentru għas-Servizzi Finanzjarji.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi fit-taħdidiet li l-Gvern kellu għaddejjin mat-Trade Fair Corporation dwar ix-xiri ta' l-art tat-trade fair grounds?
Response (DALLI, JOHN)
Kif jaf tajjeb l-Onor. Interpellant jeżisti diżgwid bejn id-diversi rappreżentanti ta` l-għaqdiet fi ħdan il-Korporazzjoni tal-Fieri rigward il-proposta tal-Gvern dwar għajnuna mitluba mill-Korporazzjoni għax-xiri tat-trade fair grounds. Dan id-diżgwid bejn il-partijiet ikkonċernati għadu ma ġiex riżolt u għaldaqstant it-taħdidiet li l-Gvern kellu mal-Korporazzjoni għadhom ma tkomplewx.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid ma' liema uffiċjali tal-Gvern Amerikan saru taħdidiet s'issa? X'laqgħat hemm ippjanati għall-ġejjieni qarib?
Response (MARCO, GUIDO DE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-perijodu indikat, saru taħdidiet ma' Mr. Thomas Pickering, Sotto Segretarju tad-Dipartiment ta' l-Istat, fid-19 ta' Settembru fi New York, ma' Ms. Carolee Heilemann, Direttriċi tal-Western European Affairs tad-Dipartiment ta' l-Istat, fil-23 ta' Settembru f'Malta u ma' Ms. Sandra Willet Jackson, Senior Director u Coordinator Business Affairs tad-Dipartiment ta' l-Istat, fit-8 ta' Ottubru f'Malta.
Huwa previst illi fil-futur qrib, uffiċjal mill-qasam tal-Kummerċ fid-Dipartiment ta' l-Istat għandu jagħmel żjara f'Malta biex jistudja l-possibilta' ta' tkattir tal-investiment Amerikan f'Malta u d-Desk Officer għal Malta fid-Dipartiment ta' l-Istat għandha wkoll tagħmel żjara ta' familjarizazzjoni.
Jista' l -Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ tal-produzzjoni ta' l-ilma mill-impjanti tar-reverse osmosis, kemm huwa msoffi matul il-ġurnata u kemm matul il-lejl?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ntuża l-impjant tal-combined cycle fil-Power Station ta' Delimara u jekk dan ġiex ikkummissjonat? Qed jintuża regolari? Hemm xi problemi?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Billi fl-estimi li għadhom kemm ġew ippreżentati ma ssemmew l-ebda inċentivi għall-użu ta' enerġija alternattiva, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dan in-nuqqas jiġi rimedjat?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-użu ta' enerġija alternattiva mhux eskluż mill-amministrazzjoni preżenti u kwalsiasi proposta għall-istess tkun kunsidrata.
Billi fl-1992 il-Gvern diġa' kellu parir biex ix-xogħol li kienet tagħmel il-Kumpannija Polymetrics jgħaddi għand kumpannija Maltija, jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li dan ma sarx dak iż-żmien u kellu jkun gvern ieħor biex jagħmel dan aktar tard?