Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħxejjex friski — Produzzjoni

Question

Jikkonferma l-Ministru li fil-bidu ta' din is-sena l-klima affettwat il-produzzjoni lokali tal-ħaxix frisk u kien hawn skarsezza fil-produzzjoni tal-ħxejjex friski mkabbra lokalment? Jikkonferma l-Ministru li l-Gvern kellu jirrikorri għall-miżuri temporanji sabiex jiġu mpurtati ħxejjex bil-levy imnaqqsa sabiex l-industrija tat-turiżmu u l-konsumaturi jkollhom provvista biżżejjed? Kemm fil-fatt kienu l-kwantitajiet u l-varjetajiet impurtati? Paragunat ma' snin oħra, jista' l-Ministru jgħid kemm niżel it-tunnellaġġ tal-produzzjoni lokali tal-ħaxix frisk kawża ta' klima tax-xita qalila li għaddiet bejn Diċembru 1997 u Frar 1998?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jiena nfurmat li kien hawn skartezza ta' ħxejjex friski fil-bidu ta' din is-sena jiġifieri fi żmien meta l-istess Interpellant kien responsabli mill-istess qasam. Il-Gvern li hu kien jifforma parti minnu naqqas il-levy fuq xi ħxejjex. Il-kwantitajiet ta' prodotti li ġew impurtati bil-levy mnaqqsa kienu hekk: Patata 912,075kgs Pastard 11,477kgs Kabocci 29,330kgs Il-bejgħ ta' ħxejjex u frott mill-pitkalija ta' Malta u Għawdex kien hekk: Dicembru 1996 - Frar 1997 - 7,658,505kgs Dicembru 1997 - Frar 1998 - 5,099,882kgs Il-Kamra għandha tkun infakkra li minkejja l-ammessjoni tal-Onor. Interpellant stess dwar il-ħsara li kienet saret fir-raba bejn Dicembru 1997 - Frar 1998 il-bdiewa affettwati ma nagħtaw l-ebda kumpens finanzjarju. Minflok, Lm8,000 mil-flus allokati għat-tiswija ta' ħsarat ikkaġonati mill-maltemp kienu ġew użati biex b'xi mod jigħatta il-falliment finanzjarju li kien hemm fl-esportazzjoni tal-ħaxix lejn L-Ingilterra li tant konna nisimgħu dwaru fuq il-meżżi tax-xandir.

Agriculture Export Marketing Board — Membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jaħtar il-membri ta' l-Agriculture Marketing Board?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nassumi li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-Agricultural Export Marketing Board. Billi t-terminu tal-membri tal-Board imsemmi għadu ma skadix, il-membri tal-Board għadhom qed iservu fuq dan il-Board sakemm jiskadi t-terminu jew jiġu appuntati membri oħra skond il-ħtieġa jew kif ikun il-waqt.
Leg 9 PQ #1250 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Aġenziji tar-reklamar

Question

B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sa l-10 ta' Novembru, 1998 u għad-dikasteru li għalih il-Ministru huwa responsabbli, jista': a) jagħti lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; b) jagħti indikazzjoni ta' kampanji afdati lilhom; c) jgħid kemm intnefaq ma' kull aġenzija; d) kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi tal-media li hawn Malta; e) jagħti lista ta' l-istamperiji (minbarra dik tal-Gvern) li ġew użati; f) jagħti indikazzjoni ta' x'ġie stampat u l-kwantita' ta' l-istampar; g) jgħid kemm intnefaq ma' kull stamperija; h) jagħti lista tal-kumpanniji ta' l-iscanning li ġew użati u jgħid kemm intnefaq ma' kull kumpannija? Kemm kien hemm persuni/ditti li kienu joffru s-servizzi ta' reklamar lill-istess dikasteru/Ministeru qabel il-5 ta' Settembru, 1998 u twaqqfu mill-Gvern preżenti? Liema kienu? Għalfejn twaqqfu? Min tqabbad flokhom?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub qed jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #1251 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Aġenziji tar-reklamar

Question

B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sa l-10 ta' Novembru, 1998 u għad-dikasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista': a) jagħti lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; b) jagħti indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; c) jgħid kemm intnefaq ma' kull aġenzija; d) kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi tal-media li hawn Malta; e) jagħti lista ta' l-istamperiji (minbarra dik tal-Gvern) li ġew użati; f) jagħti indikazzjoni ta' x'ġie stampat u l-kwantita' ta' l-istampar; g) jgħid kemm intnefaq ma' kull stamperija; h) jagħti lista tal-kumpanniji ta' l-iscanning li ġew użati u jgħid kemm intnefaq ma' kull kumpannija? Kemm kien hemm persuni/ditti li kienu joffru s-servizzi ta' reklamar lill-istess dikasteru/Ministeru qabel il-5 ta' Settembru, 1998 u twaqqfu mill-Gvern preżenti? Liema kienu? Għalfejn twaqqfu? Min tqabbad flokhom?

Response (REFALO, MICHAEL)

Fil-perjodu msemmi mill-Onor Membru, kienu biss l-National Tourism Organisation - Malta (NTOM) u l-Institute of Tourism Studies (ITS) mid-dikasteru li għalih jien responsabbli li għamlu użu minn aġenziji ta' reklamar. Dwar l-National Tourism Organisation - Malta (NTOM), jien infurmat li fis-swieq turistiċi ewlenin għal Malta, din l-Organizzazzjoni tqabbad aġenziji ta' reklamar barranin biex jikkoordinaw il-kampanji ta' reklamar tal-Gżejjer Maltin fil-pajjiżi rispettivi tagħhom. Lokalment, ġew utilizzati s-servizzi ta' erba' aġenziji differenti matul dan il-perjodu. Dawn kienu: Ink Design Icon Design MCD Ltd Mizzi Graphics L-aġenziji ta' reklamar barranin ġew fdati bil-kampanji pubbliċitarji għal Malta fil-pajjiż rispettiv tagħhom. Lokalment, l-aġenziji ta' reklamar ġew utilizzati għall-attivitajiet organizzati mill-NTOM, inklużi parati, ta' In Guardia, u l-Festivals ta' l-Imdina u l-International Choir Festival. Dwar (b) u (ċ) tal-Mistoqsija, t-tagħrif mitlub huwa ta' natura kummerċjali u għalhekk ma jkunx xieraq li jingħata pubbliċita'. L-istamperiji li ġew utilizzati mill-NTOM huma dawk il-ħamsa li rebħu t-tenders rispettivi għax-xogħol ta' l-istampar ta' l-NTOM, jiġifieri: Gutenberg Press Beck Graphics Alpaprint Interprint Progress Press Dawn l-istamperiji għamlu xogħol ta' stampar ta' materjal pubbliċitarju li l-NTOM tuża' fil-kampanji promozzjonali tagħha kemm barra minn Malta, kif ukoll konnessi ma' attivitajiet lokali bħal dawk imsemmija aktar 'l fuq. It-tagħrif mitlub f'(ġ) tal-Mistoqsija, huwa ta' natura kummerċjali u għalhekk ma jkunx xieraq li jingħata pubbliċita'. Erba' kumpaniji ta' l-iscanning ġew utilizzati għax-xogħol ta' l-NTOM f'dan il-perjodu. Dawn kienu: Gutenberg Press Pixel Services Ltd Ritescan Ltd Repro House It-tagħrif mitlub dwar kemm intnefaq ma' kull kumpanija huwa ta' natura kummerċjali u għalhekk ma jkunx xieraq li jingħata pubbliċita'. It-tweġiba għall-aħħar paragrafu hija fin-negattiv f'kull każ. Dwar l-Institute of Tourism Studies (ITS), jien infurmat li l-aġenzija ta' reklamar li tqabbdet biex tingħata pubbliċita' għall-First Malta International Students' Culinary Competition kienet l-M.A.S. Communications Limited. Dan sar wara sejħa li saret għal kumpaniji interessati. L-aġenzija kellha tfittex hi l-isponsors u tipproduċi souvenir programme għal din l-okkażjoni. Għaldaqstant l-aġenzija ma tħallset xejn. Jien infurmat ukoll li ma kien hemm ebda persuna jew ditta li kienu joffru s-servizzi ta' reklamar lill-ITS qabel il-5 ta' Settembru 1998 li twaqqfu wara dik id-data. Jien lest inpoġġi għad-dispożizzjoni kunfidenzjali ta' l-Onor Membru kull tagħrif li m'għamiltx pubbliku għax meqjus sensittiv kummerċjalment.
Leg 9 PQ #1252 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Aġenziji tar-reklamar

Question

B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sa l-10 ta' Novembru, 1998 u għad-dikasteru li għalih il-Ministru huwa responsabbli, jista': a) jagħti lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; b) jagħti indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; c) jgħid kemm intnefaq ma' kull aġenzija; d) kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi tal-media li hawn Malta; e) jagħti lista ta' l-istamperiji (minbarra dik tal-Gvern) li ġew użati; f) jagħti indikazzjoni ta' x'ġie stampat u l-kwantita' ta' l-istampar; g) jgħid kemm intnefaq ma' kull stamperija; h) jagħti lista tal-kumpanniji ta' l-iscanning li ġew użati u jgħid kemm intnefaq ma' kull kumpannija? Kemm kien hemm persuni/ditti li kienu joffru s-servizzi ta' reklamar lill-istess dikasteru/Ministeru qabel il-5 ta' Settembru, 1998 u twaqqfu mill-Gvern preżenti? Liema kienu? Għalfejn twaqqfu? Min tqabbad flokhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Matul il-perjodu mill-5 ta' Settembru 1998 sa l-10 ta' Novembru 1998, il-Ministeru għall-Ambjent ma għamel l-ebda kampanja ta' reklami. Dwar it-tieni parti ta' l-istess domanda, qabel il-5 ta' Settembru 1998 il-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni kien jagħmel użu minn persuni/ditti li joffru s-servizzi ta' reklamar "ad hoc" skond il-ħtieġa. Rigward id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Aġenziji tar-reklamar

Question

B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sa l-10 ta' Novembru, 1998 u għad-dikasteru li għalih il-Ministru huwa responsabbli, jista': a) jagħti lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; b) jagħti indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; c) jgħid kemm intnefaq ma' kull aġenzija; d) kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi tal-media li hawn Malta; e) jagħti lista ta' l-istamperiji (minbarra dik tal-Gvern) li ġew użati; f) jagħti indikazzjoni ta' x'ġie stampat u l-kwantita' ta' l-istampar; g) jgħid kemm intnefaq ma' kull stamperija; h) jagħti lista tal-kumpanniji ta' l-iscanning li ġew użati u jgħid kemm intnefaq ma' kull kumpannija? Kemm kien hemm persuni/ditti li kienu joffru s-servizzi ta' reklamar lill-istess dikasteru/Ministeru qabel il-5 ta' Settembru, 1998 u twaqqfu mill-Gvern preżenti? Liema kienu? Għalfejn twaqqfu? Min tqabbad flokhom?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #1254 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Aġenziji tar-reklamar

Question

B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sa l-10 ta' Novembru, 1998 u għad-dikasteru li għalih il-Ministru huwa responsabbli, jista': a) jagħti lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; b) jagħti indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; c) jgħid kemm intnefaq ma' kull aġenzija; d) kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi tal-media li hawn Malta; e) jagħti lista ta' l-istamperiji (minbarra dik tal-Gvern) li ġew użati; f) jagħti indikazzjoni ta' x'ġie stampat u l-kwantita' ta' l-istampar; g) jgħid kemm intnefaq ma' kull stamperija; h) jagħti lista tal-kumpanniji ta' l-iscanning li ġew użati u jgħid kemm intnefaq ma' kull kumpannija? Kemm kien hemm persuni/ditti li kienu joffru s-servizzi ta' reklamar lill-istess dikasteru/Ministeru qabel il-5 ta' Settembru, 1998 u twaqqfu mill-Gvern preżenti? Liema kienu? Għalfejn twaqqfu? Min tqabbad flokhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #1255 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Aġenziji tar-reklamar

Question

B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sa l-10 ta' Novembru, 1998 u għad-dikasteru li għalih il-Ministru huwa responsabbli, jista': a) jagħti lista ta' aġenziji tar-reklamar użati; b) jagħti indikazzjoni tal-kampanji afdati lilhom; c) jgħid kemm intnefaq ma' kull aġenzija; d) kemm intnefaq f'kull waħda mill-mezzi tal-media li hawn Malta; e) jagħti lista ta' l-istamperiji (minbarra dik tal-Gvern) li ġew użati; f) jagħti indikazzjoni ta' x'ġie stampat u l-kwantita' ta' l-istampar; g) jgħid kemm intnefaq ma' kull stamperija; h) jagħti lista tal-kumpanniji ta' l-iscanning li ġew użati u jgħid kemm intnefaq ma' kull kumpannija? Kemm kien hemm persuni/ditti li kienu joffru s-servizzi ta' reklamar lill-istess dikasteru/Ministeru qabel il-5 ta' Settembru, 1998 u twaqqfu mill-Gvern preżenti? Liema kienu? Għalfejn twaqqfu? Min tqabbad flokhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Bejn il-5 ta' Settembru u l-10 ta' Novembru 1998 kien hemm l-ordnijiet li jidhru hawn taħt: _________________________________________ ____________________________ Full page advert fis-SAGħTAR MUT Publications Ltd. Lm204 ___________________________________________ __________________________ 1500 Postcards dwar "Nutrition & Women" Printwell Ltd. Lm749.52 ________________________________________ _____________________________ 3000 Kopja ta' ktejjeb dwar it-T.B. Repco House Co. Ltd. Lm355 ___________________________________________ __________________________ Reprinting 10,000 kopja ta' ktejjeb Dwar Dieta Tajba lit-tfal tal-iskola Gutenberg Press Lm1300 __________________________________________ ___________________________ Fuljett "Mela Trid Tieqaf" - 5000 kopja Printwell Press Lm750 ___________________________________________ __________________________ 5000 Poster għal Jum Dinji tal-AIDS Poulton Press Lm350 ___________________________________________ __________________________ Advert re-appointment of external Auditors Recruitment of Biomedical Engineer Crown Advertising Ltd. Lm1469.40 _______________________________________ ______________________________ Printing of Stationary Offset Press Ltd. Lm312.30 ________________________________________ _____________________________ Christmas Cards Eden Foundation Lm59.00 _________________________________________ ____________________________ Ma jirrizultax li kien hemm xi persuni/ditti li kienu joffru s-servizz tar-reklamar qabel il-5 ta' Settembru u twaqqfu.
Leg 9 PQ #1531 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Policy biex ma jsirx tipjip

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li adottaw xi tip ta' policy biex ma jsirx tipjip fl-uffiċini u swali tal-konferenzi tagħhom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nagħti tweġiba f'xi seduta oħra peress li l-informazzjoni mitluba trid tinġabar.
Leg 9 PQ #1532 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Wied Għomor

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi lest li jieħu biex iwaqqaf il-qirda ta' Wied Għomor u biex l-istess wied jikkonvertih f'masġar jew park reġjonali bi tmexxija apposta għalih?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Ministeru għall-Ambjent lest li jieħu l-passi kollha, dejjem fil-parametri tal-liġijiet ambjentali, biex iwaqqaf xi ħsara li tkun qed isseħħ, mhux biss f'Wied Għomor, iżda wkoll f'postijiet naturali oħra.

San Ġiljan — Triq il-Fraxxnu - Maisonette

Question

Jaf il-Ministru li l-maisonettes tas-sular t'isfel mibnija riċentement mill-Awtorita' tad-Djar u li għadhom ma ġewx allokati li jinsabu fi Triq il-Fraxxnu, San Ġiljan jinsabu bl-aperturi miftuħin u konsegwenza ta' hekk qed jintużaw għall-abbuż mid-droga? Jista' l-Ministru jieħu azzjoni mmedjata biex dan l-abbuż jiġi mwaqqaf?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fil-present baqgħa 'maisonette' wieħed vojt f'dan il-proġett. Dan ser jerġa jinħareġ għall-allokazzjoni mall-ħarġa li tmiss. Ser jittieħdu l-passi neċessarji biex dan l-inkonvenjent indikat ma jibqax isir. 7.12.98
Leg 9 PQ #1566 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Membri ta' l-SAG

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' Pulizija stazzjonati fl-SAG? Kemm minnhom ġew trasferiti fl-SAG wara l-5 ta' Settembru, 1998?

Response (BORG, TONIO)

Minħabba raġunijiet ta' sigurta, ma nħossx li t-tagħrif mitlub fl-ewwel parti tal-Mistoqsija għandu jiġi magħmul pubbliku. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat illi, 19 -il membru tal-Korp ġew assenjati xogħol fit-Taqsima tal-S.A.G. mill-5 ta' Settembru sat-18 ta' Novembru 1998. 07.12.98pm
Leg 9 PQ #1657 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Reġistrazzjoni ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura ta' l-art u tal-baħar għandu reġistrati f'isem il-Ministeru u f'isem id-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu, dipartiment b'dipartiment? Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura ġiet mixtrija għall-Ministeru jew għal xi wieħed mid-dipartimenti mis-6 ta' Settembru, 1998 sat-28 ta' Ottubru, 1998?

Response (BORG, TONIO)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra. 07.12.98pm
Leg 9 PQ #1658 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Karozzi tal-kiri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu karozzi tal-kiri mal-Ministeru u mad-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu dipartiment b'dipartiment? Jista' l-Ministru jgħid ukoll min huma l-kerrejja ta' dawn il-karozzi u jekk il-kirjiet humiex isiru permezz ta' kuntratt li għalih ħarġu l-offerti jew permezz ta' direct orders? Jista' l-Ministru jgħid kemm qed tlaħħaq l-ispiża kuljum għall-kiri ta' dawn il-karozzi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 07.12.98pm
Leg 9 PQ #1838 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tfal li jiġu abbużati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema organizzazzjonijiet qed jikkonsidraw id-dokument imsemmi f'mistoqsija parlamentari numru 1225? Meta se jlestu x-xogħol tagħhom? Meta huwa maħsub li l-proċeduri jidħlu fis-seħħ?

Response (GALEA, LOUIS)

Jidhirli li diffiċli jirriżulta li kull ma kien jonqsu dan id-dokument, dwar proċeduri li għandhom jiġu segwiti fil-każijiet ta' suspett ta' tfal abbużati, kien li jidħol fis-seħħ. Ħassejt li jonqos proċess ta' konsultazzjoni mal-Ministeru tal-Politika Soċjali. Naf li d-dokument ġie konsidrat mit-Taqsima Ippjanar tal-Ministeru u mit-Taqsima għall-Protezzjoni tat-Tfal ta' l-SWDP. Jonqos konsultazzjoni mal-MUT. Nikkonsidra aktar progress dwar il-materja meta nirċevi l-kummenti u l-pariri mill-organizazzjonijiet li semmejt.
Leg 9 PQ #1839 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Prezzijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Peress li fid-29 ta' Ġunju, 1998 il-ġurnal The Times irrapportatek li għidt li l-prezzijiet ta' l-ilma u d-dawl se jerġgħu lura għal kif kienu qabel il-Budget 1998, tista' jekk jogħġbok tgħid għaliex għal xhur sħaħ ma sar xejn biex jiġi kkoreġut dan ir-rapport li permezz tiegħu ħafna fehmu li l-prezzijiet tad-dawl u l-ilma kienu se jerġgħu lura kif kienu qabel?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Dak li għidt jiena tul il-kampanja elettorali dwar traħħis fir-rati tad-dawl u ilma u kif għamilhom il-Gvern li tiegħu l-Onor Interpellant kien Ministru, kien magħruf biż-żejjed kif jixhdu, fost oħrajn artikoli miktuba mill-kollega ta' l- Interpellant l-Onor Leo Brincat.
Leg 9 PQ #1902 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Is-Sur Joe Zammit — Impieg

Question

Jista' l-Prim MInistru jgħid jekk hemmx xi żvilupp fil-każ ta' l-impjieg ta' l-ex segretarju tal-Kabinett Joe Zammit peress li sal-lum dan għadu ma ngħatax xogħol? Meta se jingħata xogħol?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ma għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija Numru 778.

Imtarfa — Dar ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jara li l-koppja anzjana li toqgħod fl-indirizz li qed jintbagħat separatament tiġi kkonsidrati biex tmur tgħix fid-dar ta' l-anzjani fl-Imtarfa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Peress li ma ngħatax l-isem tal-persuna, mhux possibbli li tingħata risposta għax ma tistax tiġi identifikata fir-rekords tad-Dipartiment. 7.12.98
Leg 9 PQ #1904 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Swieqi — Triq il-Miżura - Pjan ta' Struttura

Question

Issa li se jiġi aġġornat il-Pjan ta' Struttura, jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex l-ispazju miftuħ li hemm ħdejn Triq il-Miżura, Swieqi, jibqa' green area biex eventwalment jiġi żviluppat f'faċilitajiet komunitarji għar-residenti tas-Swieqi?

Response (BORG, TONIO)

Napprezza jekk l-Onorevoli Membru jindika fuq site plan l-area li qiegħed jirreferi għaliha, u jgħaddiha lili ħalli l-proposta tiegħu tiġi kunsidrata waqt ir-reviżjoni tal-Pjan. 07.12.98pm
Leg 9 PQ #1905 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tfal bid-Dyslexia

Question

Peress li qed jiżdiedu l-għadd ta' tfal li għandhom bżonn għajnuna għax għandhom id-dyslexia, jista' l-Ministru jgħid xi pjani hemm biex jiżdiedu s-servizzi, biex jiżdiedu l-faċilitajiet u biex jitħarrġu iżjed għalliema f'dan il-qasam? Jista'l-Ministru jara li għallinqas il-kamra li hemm ħdejn iċ-ċentru fil-Furjana bħalissa tiżdied maċ-ċentru biex jikber l-ispazju u jintlaħqu iżjed tfal bid-dyslexia?

Response (GALEA, LOUIS)

Naqbel ma' l-Onor. Kollega li għad fadal ħafna x'isir biex tfal bħal dawk imsemmija jingħataw edukazzjoni ta' kwalita' kif hu dritt tagħhom u tal-ġenituri tagħhom. Beħsiebni nibda l-ħidma għat-twettiq ta' pjan ta' ħidma f'dan il-kamp b'seminar li fih ser jieħdu sehem l-għalliema involuti, il-ġenituri tat-tfal, l-Assoċjazzjoni li tinteressa ruħha f'dan il-qasam u l-awtoritajiet tad-Diviżjoni ta' -Edukazzjoni. Diġa' approvajt li żewġ għalliema jintbagħtu barra għal taħriġ speċjalizzat. Il-kwestjoni immedjata ta' l-ispazju qed tiġi trattata mid-Direttur Ġenerali ta' l-Edukazzjoni. Naħseb li servizz kif suppost ikollu bżonn sew aktar mill-kamra li għaliha qed jirreferi.