Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #1928 Sitting 24 1998-12-08 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Ftuħ ta' każini

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk hemmx xi applikazzjoni pendenti quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għal ftuħ ta' xi każini ta' Triq Dun Gwann Tabone, Żejtun? Jekk iva, f'isem soċjeta' saret?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li, minn investigazzjonijiet li saru minn naħa ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar, ma jirriżultax li hemm applikazzjonijiet għall-ftuħ ta` każini fit-triq imsemmija. 09.12.98 (a.m.)
Leg 9 PQ #1929 Sitting 24 1998-12-08 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-complement attwali fil-Korp tal-Pulizija? Kemm minn dawn il-pulizija huma nisa u kemm irġiel? Kemm minnhom qabżu l-eta' ta' 45 sena? Kemm suppost hu l-complement?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fit-2 ta` Diċembru, 1998, kien hemm 1,756 persuna fil-Korp tal-Pulizija, 1,562 rġiel u 194 nisa. In-numru ta` dawk li qabżu l-eta` ta` 45 sena kien ta` 273. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-ewwel parti tat-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 652 li jiena tajt f`Seduta 9. 09.12.98 (a.m.)
Leg 9 PQ #1937 Sitting 24 1998-12-08 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Żejtun - Junior Lyceum

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jgħid meta hemm il-ħsieb li jitlestew il-gates il-ġodda tal-lyceum taż-Żejtun?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħol fuq il-gates ta' l-iskola inbeda u mistenni jitlesta ma jdumx.
Leg 9 PQ #1946 Sitting 24 1998-12-08 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Steriod Treatment Card

Question

Jista' d-Dipartiment tas-Saħħa jikkonsidra li jintroduċi Steriod Treatment Card biex pazjenti li jkunu fuq steriods ikunu jistgħu jżommu din il-card fuqhom? Billi din il-card diġa' teżisti barra minn Malta (sample tagħha qed tintbagħat separatament) possibbli li din l-inizjattiva jeħodha wkoll id-Dipartiment tas-Saħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Steroid cards ilhom jeżistu fl-isptar San Luqa għal diversi snin. Dawn fil-bidu, kellhom informazzjoni bl-ingliż biss. Xi sitt snin ilu, fuq inizzjattiva ta' konsulent u tal-Pharmacy Unit, dawn ġew tradotti bil-Malti. Dawn il-cards jinstabu fl-Out Patient Clinics kif ukoll fis-swali u fl-ispiżerija ta' St. Luke's. Kopja ta' dawn il-cards qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #1947 Sitting 24 1998-12-08 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Care takers

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern dwar reġistrazzjoni ta' kummissjonanti (care takers) ġodda fuq bażi part-time? X'ikollu bżonn biex wieħed japplika u fejn irrid japplika?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li dan id-Dipartiment ma jirreġistrax kummissjonanti la fuq bażi full-time u lanqas part-time iżda trading licence hija neċessarja mill-Kummissarju tal-Pulizija sabiex persuna teżerċita s-sengħa ta' kummissjonant.
Leg 9 PQ #1948 Sitting 24 1998-12-08 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Bċejjeċ tal-baħar

Question

Jista' l-Prim Ministru ġentilment jgħid jekk l-AFM għandhiex bċejjeċ tal-baħar li jimpurtaw spare parts mir-Russja? Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, il-Prim Ministru ma jaħsibx li minħabba l-prezz ta' dawn l-ispare parts, ir-running cost m'huwiex cost effective?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-Forzi Armati ta' Malta għandhom bċejjeċ tal-baħar li fuqhom hemm magni magħmula fir-Russja. Meta jkun hemm bżonn ta' tiswija ta' dawn il-bċejjeċ tal-baħar u jkun hemm bżonn ta' xi spare parts, dawn jieħdu ħsiebhom min ikun ingħata l-kuntratt biex isewwi. Il-Kondor Patrol Boats huma cost effective.

Għawdex — Qrati - Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni u f'liema gradi ħadmu, ġewwa l-Qrati ta' Għawdex għas-snin 1996, 1997 u 1998?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni mitluba hija kif tidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #2062 Sitting 24 1998-12-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Studenti

Question

Matul is-sajf li ġej, jista' l-Ministru jgħid kemm sigħat kuljum u b'liema rata kull siegħa se jitħallsu l-istudenti universitarji fix-xogħol tas-sajf peress li għall-1999 il-Gvern qed jivvota Lm544,000 biss f'line item 4003 Student's Remuneration for Summer Projects?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li huwa stipulat li l-istudenti universitarji jridu jaħdmu 20 siegħa fil-ġimgħa u se jitħallsu bir-rata ta' Lm129.83 fix-xahar, ġala darba li din ir-rata tiġi approvata mill-Finanzi fuq l-għoli tal-ħajja. Rigward is-somma ta' Lm544,000 li qed tiġi vvutata f'line item 4003 (Student's Remuneration For Summer Projects) din ġiet kalkolata fuq is-somma li ntefqet attwali din is-sena b'xi żieda żgħira. L-ammont definit jista' jsir magħruf biss wara s-sajf meta d-Diviżjoni jkollha r-riżultat ta' kemm studenti fil-fatt ikunu iddeċidew li jieħdu din l-offerta.
Leg 9 PQ #2063 Sitting 24 1998-12-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mużewijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji qed issir l-istima li matul l-1999 mill-mużewijiet il-Gvern se jdaħħal Lm1 miljun mill-biljetti tad-dħul?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinġabar l-informazzjoni, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #2064 Sitting 24 1998-12-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Reġistru Pubbliku — Trasferiment ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li jitrasferixxi lejn il-Bibljoteka il-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, li bħalissa qiegħed fir-Registry peress li fir-Registy m'hemmx bżonnu, waqt li fil-Bibljoteka jinħass ħafna l-bżonn ta' aktar persuni?

Response (GALEA, LOUIS)

Inħoss li għandi noqgħod fuq il-pariri li qed ningħata, fis-sens li s-servizzi tal-persuna indikata huma konsidrati bħala essenzjali fix-xogħol tar-Registry tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.
Leg 9 PQ #2065 Sitting 24 1998-12-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mużewijiet/siti storiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol ta' restawr u titjib se jsir fil-mużewijiet u f'siti storiċi mill-Lm220,000 li hemm ivvotati għas-sena 1999?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinġabar l-informazzjoni, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #2172 Sitting 24 1998-12-08 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Tenders

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-5.9.98 sal-1.12.98: a) kemm-il tender ta' valur aktar min Lm1,000 ġiet approvata mid-dekasteru tiegħek; b) il-valur ta' kull tender; c) lil min ġiet awarded; u d) in-natura (provvista, xogħol, servizz) ta' kull tender?

Response (DEGUARA, LOUIS)

B'risposta għall-PQ numru 2172, qed tiġi mehmuża bħala `Appendiċi A' lista tat-`tenders dipartimentali li ngħataw mill-5 ta' Settembru 1998 sa l-1 ta' Diċembru 1998 u li kienu ta' valur ta' `l fuq minn LM1000. Il-lista tinkludi wkoll in-natura tal-prodott, il-kuntrattur li rebah il-kuntratt u r-`rata' rispettiva ta' kull kuntratt. Minħabba l-fatt li, fil-maġġoranza kbira l-kuntratti ngħataw fuq bażi ta' żmien (``time based'') kif indikat f'Appendiċi `A', mhux possibli li jingħata l-valur totali ta' kull kuntratt minħabba li dawn il-kuntratti mhumiex marbutin ma' kwantitajiet definittivi. Infatti x-xiri fuq tali kuntratti isir skond il-bżonnijiet tad-dipartiment kull darba li tkun ser issir talba għal xi kunsinna. Minħabba din ir-raġuni wkoll, il-prezzijiet kif jidhru f'Appendiċi `A' huma bbażati fuq ir-rata kif mgħotija mill-kuntratturi fl-offerti tagħhom. Pero', l-istima oriġinali ta' kull waħda minn dawn it-`tenders' ma kenitx teċċedi l-LM20,000.
Leg 9 PQ #2174 Sitting 24 1998-12-08 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru għal Agrikoltura u Sajd — Tenders

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-5.9.98 sal-1.12.98: (a) Kemm-il tender ta' valur aktar min Lm1,000 ġiet approvata mid-dekasteru tiegħek; b) il-valur ta' kull tender; c) lil min ġiet awarded;u d) in-natura (provvista, xogħol, servizz) ta' kull tender?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tenders ta' valur aktar minn Lm1000 li ġew approvati huma hekk: Xogħol Valur Min ħa t-tender Natura Trees stakes Lm3209 Bonnici & Zahra Provvista Tipper Truck Lm5800 V & M Xuereb Servizz Stampar ta' 'Biedja u Sajd' (estenzjoni ta' kuntratt li għalaq f'Ottubru) Lm2400 Nola Limited Servizz Mechanical Shovel Lm1200 Mario Xuereb Servizz Hiring of Hymac Lm2500 Bonnici Borthers Servizz Gabions Lm2500 Rite Mix Xogħol Terramesh System Units Lm2475 Rite Mix Provvista Terramesh System Units Lm2475 Rite Mix Provvista Gabions/Terramesh Lm2500/ MSK Ltd. Provvista/ System Units Lm2500 Xogħol
Leg 9 PQ #2175 Sitting 24 1998-12-08 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru għall-Intern — Tenders

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-5.9.98 sal-1.12.98: (a) Kemm-il tender ta' valur aktar min Lm1.000 ġiet approvata mid-dekasteru tiegħek; b) il-valur ta' kull tender; c) lil min ġiet awarded; u d) in-natura (provvista, xogħol, servizz) ta' kull tender?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li, bejn il-5 ta` Settembru, 1998 u l-1 ta` Diċembru, 1998, in-numru ta` tenders ta` valur aktar minn Lm1,000 li ġew approvati mad-dekasteru ta` l-Intern kien ta` 5 u kienu kif ġej:- Valur Lm Min ingħata t-tender Provvista ta` ________ ____________________ ____________ 8.034 JYM Enterprises Ltd Ankle Boots 2,000 Eurofootwear Ltd Top Boots 2,225 Progress Press Ltd Printing Machine 2,850 Yorkie Clothing Ltd Embroidered Badges 1,635 Comsec Ltd PABX Telephone System 09.12.98 (a.m.)
Leg 9 PQ #2176 Sitting 24 1998-12-08 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Tenders

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-5.9.98 sal-1.12.98: (a) Kemm-il-tender ta' valur aktar min Lm1,000 ġiet approvata mid-dekasteru tiegħek; b) il-valur ta' kull tender; c) lil min ġiet awarded; u d) in-natura (provvista, xogħol, servizz) ta' kull tender?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Tenders

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-5.9.98 sal-1.12.98: (a) Kemm-il tender ta' valur aktar min Lm1,000 ġiet approvata mid-dekasteru tiegħek; b) il-valur ta' kull tender; c) lil min ġiet awarded; d) in-natura (provvista, xogħol, servizz) ta' kull tender?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u r-risposta tingħata f`xi seduta oħra.

Maltapost — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-Maltapost: (i) x'irriżulta mill-intervisti li kienu saru għal uffiċjali fl-Accounts Department? Kemm applikaw? Liema ntgħażlu u fuq liema kriterji? (ii) Hu maħsub li jkun hemm sejħa għal applikazzjonijiet għal postwomen/postmen fiż-żmien li ġej?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Air Malta — Impjiegi

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-linja ta' l-ajru Air Malta: (i) jekk sarux intervisti għal promozzjonijiet f'dawn l-aħħar sitt xhur u x'irriżulta minnhom? (ii) se jiġu mogħtija mpjiegi permanenti part-time cabin crew u part-time loaders li ġew ingaġġati f'dawn l-aħħar snin? (iii) Hemm ħsieb li jiġu mpjegati air hostesses fiż-żmien li ġej? Jekk fl-affermattiv, x'ikunu l-kwalifiki meħtieġa? (iv) Kemm kienu applikaw u kemm kienu ntgħażlu technicians f'dawn l-aħħar snin?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Malta International Airport — Customer care assistants

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jerġgħu joħorġu applikazzjonijiet għal customer care assistants fil-Malta International Airport? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Wara l-merger ta' l-M.I.A. mad-D.C.A. fl-1 ta' Mejju 1998, ma kien sar l-ebda xogħol fuq l-użu nazzjonali tar-riżorsi umani. Dan ix-xogħol beda riċentement u għadu kmieni biex wieħed jgħid minn issa x'ser ikunu l-ħtiġijiet fit-tul tal-kumpanija għall-Customer Care Assistants.

Valletta — Dwal fi Triq Merkanti

Question

Jista' l-Ministru jara li tissewwa l-istreet light fi Triq il-Merkanti, il-Belt, fejn il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jien infurmat li t-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.