Jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun l-administrative charge fuq kull karozza li se tkun sottomessa għat-testijiet fuq motor vehicles? Kemm huwa maħsub li jsiru testijiet tul l-1999?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni kollha mitluba fl-ewwel parti tal-mistoqsija tinsab fir-Regolamenti ta` l-ewwel 1998 dwar Testijiet biex jiccertifikaw li Vetturi bil-Mutur ikunu Tajba għat-Triq li ġew ippublikati permezz ta` Avviż Legali Numru 126 ta` l-1998.
In-numru ta` vetturi li jiġu ttestjati jiddependi minn meta jidħol fis-seħħ il-VRT billi d-dati oriġinali skond Avviż Legali Nru. 126 ma ġewx osservati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-infermiera li ngħataw transfer bejn Novembru, 1996 u Awissu, 1998? Kemm minnhom kienu staff nurses u kemm kienu enrolled nurses? Jista' l-Ministru jagħti wkoll id-dati ta' meta kienu ħarġu dawn it-transfers u kemm kienu l-infermiera trasferiti kull darba?
Jista' l-Ministru jagħti n-nefqa fuq mobile phones u telefonati (fuq mobiles) tas-Segretarjat tas-Saħħa bejn Novembru, 1996 u Awissu, 1998?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-nefqa fuq mobile phones u telefonati tas-Segretarjat tas-Saħħa bejn Novembru 1996 u Awissu 1998 kienet ta' Lm6,600. L-informazzjoni f'aktar dettall qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid liema mpjegati li jaqgħu taħt id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika ħadu aktar minn Lm500 f'overtime fil-perjodu bejn Jannar u l-aħħar ta' Novembru, 1998? Jista' l-Ministru jgħid kemm ħa kull impjegat u minn min kien awtorizzat dan l-overtime?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjegati li jaqgħu taħt id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika li ħadu aktar minn Lm500 f'overtime bejn Jannar u l-aħħar ta' Novembru 1998 kienu awtorizzati minn kif ġej:
Isem Ammont Awtorizzat
Lm
______________________________________________ ___________________
Baldacchino Carmel 1313.50 Direttur Saħħa Pubblika
Cassar Francis 1364.78 Direttur Saħħa Pubblika
Borg Micallef Joseph 1127.64 Direttur Saħħa Pubblika
Camilleri Paul 1152.78 Direttur Saħħa Pubblika
Craus Louis 1378.00 Manager Nursing Services -
Mount Carmel Hospital
868.00 Direttur Saħħa Pubblika
Mangion Borg Emanuel 1444.00 Manager Nursing Services -
Mount Carmel Hospital
1138.71 Direttur Saħħa Pubblika
Micallef Jesmond 1530.00 Manager Nursing Services -
Mount Carmel Hospital
Paul Pace 817.66 Tabib Ewlieni tal-Gvern
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-inkjesta tal-pulizija fuq l-inċident li ġara fil-post li llum huwa l-istabbiliment Galleria, il-Fgura (ta' l-Eden Leisure u Farsons), liema inċident ġara fit-18 ta' Frar, 1997, ġietx magħluqa? Jista' l-Ministru jgħid jekk ittieħdux passi kontra xi ħadd?
Minħabba li għaddew kważi sentejn minn dan l-inċident fejn tilef ħajtu Paul Bonello u weġġa' serjament Vince Buhagiar (missier ta' żewġt itfal, li bid-diżabilita' li għandu issa ma jistax jaħdem u għadu ma ngħata l-ebda kumpens), jista' jsir xi ħaġa biex f'każijiet bħal dawn, speċjalment fejn l-insurances ma jikkomparawx, ikun meħtieġ li dawn l-istabbilimenti jkollhom assikurazzjoni partikolari f'kull każ u li l-assikurazzjoni tkun obbligata li twieġeb billi tagħti raġunijiet ċari u tagħti wkoll informazzjoni sħiħa dwar it-tip ta' assikurazzjoni li jkun hemm?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat illi l-inkjesta tal-Maġistrat rigward dan l-inċident ġiet magħluqa u ser jittieħdu proċeduri kriminali.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija nixtieq ninforma lill-Onorevoli Membru li la l-Att ta` 1998 dwar il-Kummerċ ta` l-Assigurazzjoni lanqas l-Att ta` 1981 dwar l-Impriża ta` l-Assigurazzjoni, imħassar bl-Att ta` l-1998 ma hemm dispożizzjonijiet dwar assigurazzjoni obbligatorja.
Madankollu, hemm xi liġijiet, fosthom xi liġijiet tal-Pulizija, li għandhom dispożizzjonijiet sabiex meta jingħataw liċenzji jew permessi min jagħtihom jista` jagħmel kondizzjonijiet xierqa fosthom li tittieħed polza ta` l-assigurazzjoni biex tkopri inċidenti bħalma semmiet l-Onorevoli Membru.
Iċ-Ċentru għas-Servizzi Finanzjarji ta` Malta bħala l-Awtorita` kompetenti għal l-għanijiet tal-leġislazzjoni ta` l-assigurazzjoni jidħol biss meta jirċievi ilmenti dwar xi kumpannija ta` l-assigurazzjoni li tagħmilha diffiċli li twettaq l-obbligazzjonijiet tagħha taħt il-polza.
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill-1945 sa llum, kemm inqabdu sajjieda barranin fl-ibħra Maltin riservati għas-sajd lokali? Min kienu? Meta nqabdu? Meta tressqu l-qorti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma żżommx statistika li tmur tant lura fiż-żmien.
09.12.98(pm)
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu mħallsin l-accountants privati li kienu jiġu mqabbdin jinvestigaw kemm kumpanniji żgħar u kemm kumpanniji kbar mid-Dipartiment tas-CET? Huwa minnu li dawn il-pagamenti qed jiġu mnaqqsa minn din l-amministrazzjoni? Jekk fl-affermattiv, x'inhuma r-rati l-ġodda?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-awdituri privati li jitqabbdu mid-Dipartiment tas-CET sabiex jinvestigaw kumpaniji zgħar u kbar għall-fini ta` taxxa jitħallsu skond rati stabbiliti minn qabel u approvati mill-Ministeru tal-Finanzi kif jidher fit-tabella t`hawn isfel. Ma kien hemm ebda tnaqqis jew tibdil f`dawn ir-rati ta` ħlas mill-Amministrazzjoni preżenti għalkemm jista` jkun hemm xi drabi fejn awdituri minn jeddhom jitolbu ħlas inqas għal każijiet partikulari minħabba li dawn il-każijiet ikunu jinvolvu xogħol ferm inqas minn dak normali.
Valur ta` bejgħ fis-Sena Rata ta` Ħlas
(Lm) (Lm)
Minn Sa
0 60,000 150
60,001 100,000 200
100,001 250,000 250
250,001 300,000 300
300,001 500,000 350
500,001 750,000 400
750,001 850,000 450
850,001 1,000,000 500
Aktar minn Lm1,000,000 Negozjabbli
b`minimu ta` Lm500
Dipartiment tas-Saħħa — Xiri ta' ophtalmic angiography machine
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk inħariġx it-tender għal xiri ta' ophthalmic angiography machine u jekk fin-negattiv meta beħsiebu jagħmel dan, peress li hemm lista konsiderevoli ta' pazjenti li qed jistennew din l-investigazzjoni tant importanti għalihom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qiegħda tinġabar. Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm swali fl-Isptar San Luqa b'kollox? Kemm minn dawn jaqgħu taħt ir-reparti tal-mediċina, pedjatrija, kirurġija u ġenikoloġija konsekuttivament?
Kemm hemm sodod fl-ITU u dan l-ammont għalkemm jista' jiġi mkabbar f'każi ta' xi emerġenza kbira?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fl-Isptar San Luqa hemm 37 sala mqassmin hekk:
10 Mediċina
17 Kirurġija
3 Ostetricia
1 Ġinekoloġija
2 Pedjatrija - mediċina
1 Pedjatrija - kirurġija
1 Kura Intensiva - Kbar
1 Kura Intensiva - Trabi
1 Psikjatrija
Fl-ITU hemm 13-il sodda u jista' wkoll jintuża l-kuridur bi 13-il sodda oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nurses jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa? Ta' liema kategorija huma? F'liema sptarijiet qed jaħdmu? Kemm hemm nisa u kemm hemm irġiel?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qiegħda tinġabar. Risposta tingħata f'seduta oħra.
Dipartiment tas-Saħħa — Coronary artery by-pass grafts
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru coronary artery bypass grafts, sena b'sena matul dawn l-aħħar għaxar snin, kemm dawk li saru lokalment kif ukoll dawk il-pazjenti li ġew imsiefra barra minn Malta? Kemm kellhom żmien dawn il-pazjenti, ta' liema sess kienu u kemm spiċċaw biex mietu b'kumplikazzjoni diretta jew relatata ma' l-istess operazzjoni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Matul dawn l-aħħar għaxar snin, saru coronary artery bypass grafts kif ġej:-
1988 - 67
1989 - 61
1990 - 106
1991 - 129
1992 - 118
1993 - 164
1994 - 155
1995 - 16
1996 - -
1997 - -
Dawn il-pazjenti kienu ta' l-etajiet kif ġej:-
Eta' 1992 1993 1994
____________________________________________ ___________
20 - 30 1 - 2
31 - 40 2 1 -
41 - 50 11 20 12
51 - 60 30 47 38
61 u iżjed 74 96 103
___________________________________________ _____________
Total 118 164 155
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-kuntratt dwar id-disinji ta' l-isptar f'Tal-Qroqq ingħata b'direct order? Lil min ingħata? Jista' l-Ministru jpoġġi kopja tal-kuntratt bejn il-Gvern u/jew l-FMS u l-kuntrattur imqabbad?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-possibilta' ta' xogħol għad-disinji ta' l-Isptar il-Ġdid hija kkontemplata fil-Memorandum of Understanding li l-F.M.S. iffirmat ma' Skanska Malta J.V. fl-4 ta' Diċembru 1998.
Ma jeżistix kuntratt ta' disinji hekk kif mitlub.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-każ għall-akkomodazzjoni alternattiva għall-persuna li isimha qed jintbagħat separatament bil-File Number H70/84 u li qed jgħix f'akkomodazzjoni perikoluża?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-applikazzjoni indikata qed tiġi kkunsidrata flimkien mal-oħrajn kollha li hemm pendenti, u fid-dawl tan-numru limitat ta' postijiet li jkollu d-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali.
9.12.98
Billi riċentement f'mistoqsija parlamentari l-Ministru qal li qabel l-1996 l-isptar tal-Qroqq kien se jinkludi skola medika u istitut tal-kura tas-saħħa, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-disinji ta' l-iskola medika u ta' l-istitut tal-kura tas-saħħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika għal liema mistoqsija parlamentari qed jirreferi.
Skond ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 2128 din is-sena, wara ż-żieda fil-prezz tal-pitrolju, intużaw 314,859 litri ta' light heating oil fil-Pixxina Nazzjonali b'dannu konsiderevoli għall-ambjent u għar-residenti fil-viċin inklużi anke skejjel, jista' l-Ministru jara li l-użu ta' dan iż-żejt jieqaf immedjatament?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-Bord tal-Pixxina Nazzjonali ser jerġa' jaqleb għall-użu tal-pitrolju. Ix-xogħol neċessarju fuq l-equipment ser isir waqt ix-shutdown fi żmien il-Milied biex il-boilers ikunu jistgħu jibdew jaħdmu bil-pitrolju minn Jannar 1999.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-produzzjoni lokali u l-prezz medju għall-kaboċċi, pastard u patata fil-perjodu ta' Novembru u Frar 97/98, 96/97, 95/96, 94/95, u 93/94 mill-Pitkalija Ċentrali f'Ta' Qali?
Response (ZAMMIT, NINU)
Kaboċċi Pastard Patata
Kg Prezz Kg Prezz Kg Prezz
Medju Medju Medju
c/Kg c/Kg c/Kg
Nov 97/Feb 98 570,735 17.12 691,725 25.46 1,107,287 12.55
Nov 96/Feb 97 983,968 1.91 1,915,990 3.82 1,552,550 10.98
Nov 95/Feb 96 861,082 7.7 1,225,086 13.9 1,193,599 14.4
Nov 94/Feb 95 634,083 14.1 1,122,478 11.9 543,284 14.8
Nov 93/Feb 94 776,964 9.25 1,123,254 10.75 999,692 14.87
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-Kalendarju Agrituristiku huwiex se jkompli jiġi organizzat? Jekk iva, fuq liema direzzjoni u min se jkunu l-uffiċjali responsabbli minn dan il-Kalendarju?
Kemm huwa pprogrammat li jsiru laqgħat ma' l-għaqdiet involuti u xi jridu jagħmlu dawk l-għaqdiet li jridu jesprimu xi ideat ġodda sabiex jiġu nkorporati f'dan il-Kalendarju?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-Kalendarju t'attivitajiet agrikoli kif ukoll tas-sajd għas-sena d-dieħla qed jiġi finaliżżat mill-istess unit li għamlitu aktar kmieni din is-sena meta l-Onor. Interpellant stess kien għadu Ministru ta' L-Agrikoltura.
Laqgħat ma l-għaqdiet involuti jsiru regolarment.