Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #2070 Sitting 25 1998-12-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Karnival — Karrijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn liema rotta se jgħaddu l-karrijiet tal-Karnival fl-1999?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kumitat tal-Karnival għadu għaddej bid-diskussjonijiet sabiex tiġi stabbilita r-rotta li se jgħaddu l-karrijiet tal-Karnival fl-1999.
Leg 9 PQ #2071 Sitting 25 1998-12-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Attivitajiet kulturali

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema attivitajiet kulturali ġenerali se jiġu ffinanzjati mill-Vot 4176 li għalih il-Gvern qed jivvota Lm200,000 tul l-1999?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm lista twila ta' attivatijiet kulturali li jiġu ffinanzjati minnn dan il-vot. Fosthom il-Eurovision Song Festival u Festival Internazzjonali tal-Kanzunetta Maltija, il-Festival Nazzjonali ta' l-Għana, Ħarġiet Kulturali, il-Lunchtime Concerts, Francis Ebejer Playwriting Competition, il-Programm ta' Għajnuna Finanzjarja għall-attivitajiet kulturali, għajnuna għar-reklamar u "underwriting" kontra t-telf għall-produzzjoni ta' drammi bil-Malti fit-Teatru Manoel, Kunċert ta' l-Epifanija, Festival tal-Jazz, Festival għall-mużiċisti żgħażagħ mill-pajjiżi Mediterranji, u ħafna attivitajiet u Festivals kulturali oħra, fosthom kunċerti korali kemm minn Maltin u kemm minn barranin.
Leg 9 PQ #2178 Sitting 25 1998-12-09 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — Tenders

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-5.9.98 sal-1.12.98: (a) Kemm-il tender ta' valur aktar min Lm1,000 ġiet approvata mid-dekasteru tiegħek; b) il-valur ta' kull tender; c) lil min ġiet awarded; u d) in-natura (provvista, xogħol, servizz) ta' kull tender?

Response (REFALO, MICHAEL)

Fil-perjodu msemmi fil-Mistoqsija ma ħareġ l-ebda tender ta' valur ta' aktar minn Lm1,000. Madankollu nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet bin-numri 546, 2166 u 2311.
Leg 9 PQ #2179 Sitting 25 1998-12-09 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Tenders

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-5.9.98 sal-1.12.98: (a) Kemm-il tender ta' valur aktar min Lm1,000 ġiet approvata mid-dekasteru tiegħek; b) il-valur ta' kull tender; c) lil min ġiet awarded; d) in-natura (provvista, xogħol, servizz) ta' kull tender?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jien infurmat li fil-perjodu mill-5 ta' Settembru 1998 sa l-1 ta' Diċembru 1998 ingħataw erbgħa u tletin (34) offerti ta' valur aktar minn Lm1,000. Dawn kienu: 1. a) Lm1,962. b) Alberta Fire Fighting and Security Equipment. ċ) Sistema protettiva ta' dawl fis-Civil Protection Head Quarters, Ta' Kandja. 2. a) Lm3,290. b) Charles Bonnici ċ) Qtugħ ta' trinek fi Triq Buttar, Marsascala. 3. a) Lm1,288. b) Charles Bonnici ċ) Xogħol ta' drenaġġ fi Triq il-Ġilju, Mqabba. 4. a) Lm19,195. b) J. Caruana Co. Limited. ċ) Provvista ta' kanen galvanizzati fl-MSD, Marsa. 5. a) Lm4,524. b) Schembri and Sons Limited. ċ) Provvista ta' planki tal-konkos biswit Cassar Shipyard, Marsa. 6. a) Lm2,158. b) Southern Concrete Limited. ċ) Provvista ta' planki tal-konkos biswit il-fabbrika ta' Lowenbrau, Qormi. 7. a) Lm3,069. b) Bathroom Styles Limited. ċ) Provvista u tqegħid ta' madum taċ-ċeramika u affarijiet sanitarji f'Oil Exploration, Auberge de Castille Valletta. 8. a) Lm5,715. b) Charles Bonnici. ċ) Qtugħ ta' trinek fi Triq San Pawl u Triq Indipendenza, Mosta. 9. a) Lm6,077. b) Denfar Concrete Supplies ċ) Qtugħ ta' trinek fis-Civil Protection Head Quarters, Ta' Kandja. 10.a) Lm18,714. b) Rite Mix (Gatt Bros) Limited. ċ) Tħaffir ta' gandott għall-ilma tax-xita f'Tal-Bebbux Housing Estate, Żurrieq. 11.a) Lm7,560. b) Roads Group Limited. ċ) Asfaltar ta' wiċċ ta' trinka fi Triq Muscat Azzopardi/ Triq Mountbatten, Ħamrun. 12.a) Lm2,271. b) Schembri and Sons Limited. ċ) Provvista ta' planki tal-konkos fil-Marsa Sports Ground. 13.a) Lm5,444. b) Power Projects Limited. ċ) Xogħol ta' elettriku u ilma fl-Oil Exploration Division, Berġa ta' Kastilja, Valletta. 14.a) Lm17,075. b) Rock Cut Limited. ċ) Tħaffir ta' mina minn Birkirkara Road għall-wied ta' San Ġiljan. 15.a) Lm2,227. b) Central Power Installations Limited. ċ) Xogħol ta' ilma u ventilazzjoni fix-Xemxija Fire Station. 16.a) Lm2,123. b) Cilia Bros Limited. ċ) Tikħil fil-faċċata ta' barra tal-Palazz Verdala. 17.a) Lm10,560. b) Attrans Commercials Limited. ċ) Provvista ta' gaffa żgħira Fiat Hitachi Mudell SL 40 B għal WMSID, Marsascala. 18.a) Lm6,624. b) Charles Bonnici ċ) Qtugħ ta' trinek fi Triq Manwel Zammit, Siġġiewi. 19.a) Lm1,820. b) E and S Mifsud Limited. ċ) Qtugħ ta' trinek fi Triq l-Arznell, Marsaxlokk. 20.a) Lm2,185. b) Megaline (M & E) Limited. ċ) Provvista u installazjoni ta' 'switchboard' fis-Civil Protection, H.Q., Ta' Kandja. 21.a) Lm8,400. b) Tal-Papa Aluminium Limited. ċ) Manifattura u tqegħid ta' aperturi ta' l-aluminium fl-iskola Kan. P. Pullicino, ir-Rabat. 22.a) Lm7,538. b) Redland Construction Limited. ċ) Xogħol strutturali fl-Istitut Internazzjonali Marittimu, Tal-Qroqq, Msida. 23.a) Lm7,848. b) Topserv Limited. ċ) Riwajndjar, tiswijiet u testjar ta' muturi ta' l-elettriku għad-Dipartiment tad-Drenaġġ. 24.a) Lm9,563. b) Denfar Concrete Supplies Limited. ċ) Tħaffir ta' gandotti għall-ilma tax-xita fi Triq Dun Manwel Zammit u Triq Siġġiewi, Siġġiewi. 25.a) Lm2,538. b) Zoqdi/Hydrorocks Construction Limited. ċ) Qtugħ ta' trinek biswit il-Palazz l-Aħmar, Imrieħel. 26.a) Lm3,202. b) Associated Supplies Limited. ċ) Tqegħid ta' materjal protettiv għall-Ġnien il-Paċi, Għargħur. 27.a) Lm3,731. b) Denfar Concrete Supplies Limited. ċ) Qtugħ ta' trinek f'Tal-Barrani, Żejtun. 28.a) Lm5,360. b) Denfar Concrete Supplies Limited. ċ) Qtugħ ta' trinek f'Xatt il-Qwabar, Marsa. 29.a) Lm2,569. b) E and S Mifsud Limited. ċ) Qtugħ ta' trinek fi Triq l-Imsaġar, Attard. 30.a) Lm1,388. b) Denfar Concrete Supplies. ċ) Qtugħ ta' trinek fi Triq l-Għenieqed, Attard. 31.a) Lm2,834. b) General Cleaners Co. Limited. ċ) Tindif fi 'Project House' u sezzjoni tar-Registry, Floriana. 32.a) Lm11,166. b) Polibon Construction Limited. ċ) Bini ta' sub-station fil-Parcel Post Office, Valletta. 33.a) Lm5,200. b) Colin Farrugia. ċ) Ġarr ta' blokki tal-franka mill-Barriera tar-Robba għall-postijiet oħra f'Malta. 34.a) Lm5,261. b) J & C Farrugia Limited. ċ) Tħaffir ta' fosos u faċilitajiet sanitarji fis-Civil Protection H.Q., Ta' Kandja.
Leg 9 PQ #2180 Sitting 25 1998-12-09 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Tenders

Question

Jista' l-Mininstru jgħid mill-5.9.98 sal-1.12.98: (a) Kemm-il tender ta' valur aktar min Lm1,000 ġiet approvata mid-dekasteru tiegħek; b) il-valur ta' kull tender; c) lil min ġiet awarded; d) in-natura (provvista, xogħol, servizz) ta' kull tender?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub huwa kif ġej: Dipartiment Valur tat-Tender Kuntrattur Natura Lm Dwana 2,819 Messrs Rago Uniform shirts 1,320 Messrs Arrowswift Bonded paper 5,880 Messrs Serolf Plastic compact seals 2,868 Messrs U.C.I.M. One saloon car 5,600 Messrs Mensija Co. One mobile office 4,450 Messrs Michael Attard One van 5,352 Messrs Telectron Projection system 22,000 -24,000 Messrs JYM Winter Uniforms Taxxa tad-Dwana 31,000 Group 4 Securitas Security u tas-Sisa (Malta) Ltd. Guarding & Response Services
Leg 9 PQ #2181 Sitting 25 1998-12-09 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Tenders

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-5.9.98 sal-1.12.98: (a) Kemm-il tender ta' valur aktar min Lm1,000 ġiet approvata mid-dekasteru tiegħek; b) il-valur ta' kull tender; c) lil min ġiet awarded; u d) in-natura (provvista, xogħol, servizz) ta' kull tender?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #2229 Sitting 25 1998-12-09 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment tar-Reġistrazzjoni Pubblika — Ċertifikat ta' twelid ta' tarbija

Question

Jista' l -Prim Ministru jgħid għaliex id-Dipartiment tar-Reġistrazzjoni Pubblika f'każ ta' ċertifikat ta' twelid ta' tarbija barra miż-żwieġ ma jirrikonoxxix isem missier it-tarbija, anke meta dan ikun magħruf u jkun hemm qbil dwar dan mill-partijiet kollha konċernati?

Response (BORG, TONIO)

Ir-reġistrazzjoni tal-Att tat-Twelid ta' tarbija mwielda barra ż-żwieġ, hi regolata skond il-provvedimenti relattivi tal-Kodiċi Ċivili u l-Art. 20 tal-Att tal-1975 dwar iż-żwieġ. Għalhekk, mhux il-każ li d-Dipartiment konċernat għandu xi poteri diskrezzjonali li jirrikonoxxi jew le l-paternita` ta' tarbija, anki fil-każ imsemmi fil-Mistoqsija. 09.12.98(pm)

Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar — Slum clearance

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-fondi substandard bl-indirizz 152 sa 154 Triq Sant'Ursola, il-Belt humiex inklużi fil-programm ta' slum clearance tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar? Jekk le, għaliex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kif aktarx jaf l-Onor. Interpellant dan il-bini kien tkejjel ftit tas-snin ilu biex ikun inkluż fil-programm tas-'Slum Clearance'. Biss, wara d-diffikultajiet li nqalgħu ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar fuq il-permess tal-bini bejn Triq Sant'Ursula u Triq il-Bjar, kien ġie deċiż li l-proġett jiġi abbandunat. 9.12.98
Leg 9 PQ #2244 Sitting 25 1998-12-09 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Uffiċċju Konġunt — Saqaf perikoluż

Question

Peress li daħlet ix-xitwa u l-fond li l-indirizz tiegħu qed jintbagħat separatament għandu saqaf perikoluż, jista' l-Uffiċju Konġunt jagħti prijorita' lil dan il-każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li wara li f'Novembru 1998, l-inkwilina nfurmat lid-Dipartiment konċernat li taqbel li t-tiswijiet isiru mid-Dipartiment, beda l-proċess biex toħroġ sejħa għal-offerti biex isir ix-xogħol meħtieġ fil-fond li rrefera għalih l-Onor. Interpellant. 09.12.98(pm)
Leg 9 PQ #2318 Sitting 25 1998-12-09 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Uffiċjali

Question

Riferibbilment għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 738, jista' l-Ministru jispjega l-frażi "Kienu l-istess esiġenzi li kienu jipprevadu qabel il-5 ta' Settembru, 1998"?

Response (BORG, TONIO)

Ma naħsibx li hemm x'wieħed jispjega. L-esiġenzi għall-aħjar interessi tal-Korp u tal-pubbliku in ġenerali li kienu jipprevalu u japplikaw qabel il-5 ta' Settembru 1998 ma tbiddlux wara din id-data. 09.12.98(pm)
Leg 9 PQ #2319 Sitting 25 1998-12-09 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Membri

Question

Riferibbilment għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 739, jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsistu l-erba' (4) charges li nħarġu fil-konfront ta' erba' membri tal-Korp tal-Pulizija li ġew assenjati xogħol fl-SAG dan ix-xahar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif ġej : - - ma kienx liebes seat belt u għal imġieba ħażina, - in-numru ta' ċitazzjonijiet mogħtija ma kienx dak mistenni, - kien mingħajr beritta, - telaq minn fuq il-beat mingħajr permess. 09.12.98(pm)
Leg 9 PQ #2320 Sitting 25 1998-12-09 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili — Direttur

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li bħalissa d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qiegħed jaħdem mingħajr id-Direttur?

Response (BORG, TONIO)

Mhux minnu li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qiegħed jaħdem mingħajr id-Direttur. 09.12.98(pm)
Leg 9 PQ #2321 Sitting 25 1998-12-09 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Firemen

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se joħorġu r-riżultati ta' l-eżami tal-kors tal-firemen li għadu kemm intemm? Jista' l-Ministru jispjega għaliex l-applikanti ġew mitluba joqogħdu għal eżami ieħor wara li lestew l-eżami oriġinali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li r-riżultati ta' l-eżami ta' Assistance and Rescue Officers fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili mistennija li joħorġu dalwaqt. Ninsab infurmat ukoll li matul il-kors, it-trainees sarulhom diversi assessments sabiex issir evalwazzjoni aħjar tal-partiċipanti qabel ma sar l-eżami finali. 09.12.98(pm)
Leg 9 PQ #2322 Sitting 25 1998-12-09 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Skwadra Speċjali tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se timtela l-vakanza ta' supritendent fl-Iskwadra Speċjali tal-Pulizija (SAG)?

Response (BORG, TONIO)

Il-vakanza ta' Supretendent fl-Iskwadra msemmija mill-Onor. Interpellant flimkien ma' vakanzi oħra fl-istess rank jkunu mimlija meta jippermettu ċ-ċirkostanzi. 09.12.98(pm)
Leg 9 PQ #2323 Sitting 25 1998-12-09 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru transfers fil-Korp tal-Pulizija mit-2 ta' Novembru, 1998 sat-30 ta' Novembru, 1998? Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-esiġenza tas-servizz għal kull transfer li sar f'dan il-perjodu, wieħed wieħed?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi kien hemm 100 membru tal-Korp li ġew trasferiti bejn it-2 ta' Novembru u t-30 ta' Novembru, 1998. Kif diġa' kelli okkażżjoni li ngħid fi tweġiba għal Mistoqsija preċedenti, it-trasferimenti fil-Korp tal-Pulizija jsiru meta u kif ikun il-bżonn, fl-aħjar interessi ta' l-istess Korp u tal-pubbliku in ġenerali. 09.12.98(pm)
Leg 9 PQ #2341 Sitting 25 1998-12-09 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Unions tal-ħaddiema — Kordinazzjoni mal-Gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'tip u x'livell ta' kordinament beħsiebu jżomm il-Gvern ma' l-Unions tal-ħaddiema tal-Gvern fl-inizjattivi strateġiċi varji imsemmija fil-Collective Agreement tal-ħaddiema tal-Gvern, bil-għan li jiżgura li jkollu n-numru adattat ta' ħaddiema bil-ħiliet meħtieġa biex iwettqu r-responsabiltajiet tal-Gvern?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena nfurmat illi, kif maqbul f'paragrafu 1.2 tal-Ftehim Kolletiv, il-kordinament biex jitwettqu l-inizjattivi strateġici msemmija fil-Ftehim, sejjer isir permezz ta' negozjati u diskussjonijiet bejn l-Uffiċċju tiegħi u l- Unions. Jista jagħti l-każ illi f'materji settorali d- diskussjonijiet isiru f'livell ta' Ministeru.
Leg 9 PQ #2342 Sitting 25 1998-12-09 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Ħaddiema

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-pjani li għandu l-Gvern biex jiżviluppa l-ħiliet tal-ħaddiema tal-Gvern?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-iżvilupp tal-ħila tal-ħaddiema tal-Gvern huwa eżerċizzju kontinwu koordinat fuq bażi ġenerali mill-iStaff Development Organisation fl-Uffiċċju tiegħi. B'mod partikulari ninsab infurmat li s-sena d-dieħla sejjer isir eżerċizzju li jiffoka fuq il-kapaċitajiet tal-ħaddiema fil-gradi ndustrijali u kif dawn il-kapaċitajiet jistgħu jiġu żviluppati u wżati b'mod aktar effiċenti u effettiv.
Leg 9 PQ #2343 Sitting 25 1998-12-09 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Tibdiliet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma t-tibdiliet organizattivi li se jwettaq il-Gvern fis-servizz pubbliku biex jilħaq l-istrateġiji tiegħu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-Gvern bi ħsiebu jasal li jwettaq il-pjani strateġiċi tiegħu fis-Servizz Pubbliku permezz ta' miri li għandu kull Ministeru u li fuqhom il-Ministeri għandhom jibnu l- business plans tagħhom. Biex dan iseħħ qegħdin ukoll jittieħdu passi biex jiġi assigurat illi l-postijiet fl-għola karigi ta' kull ministeru jiġu adekwatament mimlija.
Leg 9 PQ #2344 Sitting 25 1998-12-09 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Collective agreement

Question

Peress li jidher li fil-Collective Agreement għall-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku m'hemmx provvedimenti għal study leave eċċ, jista' l-Prim Ministru jikkonferma dan?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-Ftehim Kollettiv jipprovdi għal benefiċċji ġodda, jew titjib fil-benefiċċji eżistenti bħal pre-retirment leave, xogħol b'sigħat imnaqqsa, responsibility break, u żieda fis- sick leave. Hemm iżda benefiċċji oħrajn li ma nbidlux, fosthom l-istudy leave. Dan huwa benefiċċju stabbilit u regolat minn kapitlu għaxra ta' l-Estacode li jagħti dettalji kif jingħata dan il-leave kemm bi ħlas u kemm bla ħlas.