B'riferenza għall-każ pendenti JOP290/96 ta' l-Uffiċċju Konġunt, jista' l-Ministru jara li tiġi rimedjata s-sitwazzjoni sabiex dawn iż-żewġ anzjani ma jkomplux jittratjenu, bil-każ? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (BORG, TONIO)
Qed jiġu studjati proposti mill-Uffiċċju Konġunt u l-Entijiet Ekklesjastiċi biex jiġu rimedjati sitwazzjonijiet bħal dawk taż-żewġ anzjani li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant.
09.12.98pm
Persuni neqsin mis-smiegħ — Karta' ta' l-identita' speċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-fatt il-persuni nieqsa mis-smiegħ li ma għandhomx jew għandhom karta ta' identita' speċjali jibbenefikawx minn xi sussidju għall-apparat tat-telefon speċjali?
Kemm fil-fatt huma l-persuni f'pajjiżna li jbatu minn nuqqas ta' smiegħ li huma ntitolati għal dan il-benefiċċju u benefiċċji oħra? Kemm-il talba ta' din ix-xorta ġiet rifjutata matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena, u x'kienu r-raġunijiet li ġew rifjutati dawn it-talbiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Persuni neqsin mis-smigħ huma intitolati għal sussidju għall-apparat speċjali magħruf bħala 'textelefon' minħabba li telefonata b'dan l-apparat tieħu ħin aktar minn telefonata normali. Dan is-sussidju jingħata mill-Maltacom.
Fil-preżent hemm 412 irreġistrati mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' li għandhom xi forma ta' nuqqas ta' smigħ.
9.12.98
B'riferenza għal perjodu mill-5 ta' Settembru 1998 u l-10 ta' Novembru 1998 u għad-dekasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' kuntratti li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika; (a) x'kien il-kuntratt; (b) min għamel l-ispecifications; (c) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (d) lil min intalbu quotations; (e) kemm kienet kull quote; (f) min rebaħ il-kuntratt; (g) ingħatawx xi extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv, fiex kienu jikkonsistu u kemm kien il-valur totali tagħhom?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm suppliers/kuntratturi li kienu jagħtu s-servizz tagħhom lill-istess dekasteru/Ministeru qabel il-5 ta' Settembru 1998 u twaqqfu mill-Gvern preżenti? Liema kienu u x'servizz/prodott kienu joffru? Għalfejn twaqqfu? Min tqabbad minflokhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni mill-5 ta' Settembru sa l-10 ta' Novembru 1998 ma ngħata ebda kuntratt b'dak li hu "Direct Order". Ma kien hemm ebda suppliers/kuntratturi li kienu jagħtu s-servizz tagħhom lil dan il-Ministeru qabel il-5 ta' Settembru 1998 u twaqqfu mill-Gvern preżenti.
Matul il-perjodu msemmi fis-Segretarjat Parlamentari ma ngħataw ebda kuntratti b'direct order. Il-kuntratt tat-tindif tal-Pixxina Nazzjonali li għalaq f'Awissu ġie estiż sakemm tinħareġ offerta ġidda. Din in-nefqa addizzjonali kienet tammonta għal Lm2,500.
Rigward l-Universita' ta' Malta, fl-istess perjodu ta' żmien ħarġet total ta' 2 'Direct Orders' lil Bio-Red Laboratories Srl u A Menarini Industrie Spe. li kopja tagħhom ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dawn id-'Direct Orders', li saru għal kimiċi ta' natura speċjalizzata u li nxtraw skond ir-rekwiżiti tar-Raba' Protokol Finanzjarju bejn Malta u l-Italja, ngħataw mill-Universita' wara li ġew approvati mill-Ministeru tal-Finanzi skond ir-regolamenti finanzjarji applikabbli. Ma ngħataw ebda estensjonijiet fuq il-kuntratti oriġinali f'dawn iż-żewġ każi.
Għal dak li jirrigwarda l-Universita', ir-risposta għat-tieni parti tal-Mistoqsija hija fin-negattiv.
Fil-perjodu 5 ta' Settembru 1998 sa l-10 ta' Novembru 1998 mill-Mediterranean Conference Centre ingħata kuntratt wieħed b'direct order:
a) il-kuntratt kien "Waterproofing of 'Dar il-Wiri Roof'
b) Uffiċjali tal-Mediterranean Conference Centre
c) Interim Board of Management
d) Il-quotations intalbu lill- Thermaseal Ltd, Jet Glass Ltd,
JP Baldacchino Ltd, George Borg, Fortunato Azzopardi, Matuel
Waterproofing, Joseph Spiteri & Co., SP Waterproofing.
e) Il-quotes li rċevejna kienu:
i. JP Baldacchino Ltd - reinforced polyester - Lm2.10 per sq.mtr.
ii. Jet Glass Ltd - Foam Insulation - Lm10,193
iii. SP Waterproofing - Poly Glass - Lm2.50 per sq. mtr.
iv. Thermaseal Ltd - Polyunathane Spray on Foam - Lm4.30 per sq.mtr.
f) JP Baldacchino & Co. Ltd "Dar Ninu" Għaxaq By-Pass Għaxaq
(The official Government Contractors as per Dept. of Contracts
Notice 46/98)
g) ma ngħatawx extensions
It-tieni parti tal-Mistoqsija hija fin-negattiv.
Għal dak li għandu x'jaqsam mal-PBS, informat li din il-massa ta' informazzjoni li qed tintalab tinvolvi xogħol ta' ġranet sħaħ. Meta jinġabar it-tagħrif mitlub, tkun tista' tingħata tweġiba f'xi Seduta oħra.
Fl-istess perjodu ta' żmien imsemmi ma saru ebda kuntratti b'direct order mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, mid-Dipartiment ta' l-Eżamijiet, mid-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji, mid-Dipartiment tal-Mużewijiet, mill-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali, mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija u l-anqas mid-Dipartiment tal-Kultura.
B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru 1998 u l-10 ta' Novembru 1998 u għad-dekasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' kuntratti li ngħataw b'direct order u għall kull kuntratt jindika; (a) x'kien il-kuntratt; (b) min għamel l-ispecifications; (c) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (d) lil min intalbu quotations; (e) kemm kienet kull quote; (f) min rebaħ il-kuntratt; (g) ingħatawx xi extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv, fiex kienu jikkonsistu u kemm kien il-valur totali tagħhom?
Jista'l-Ministru jgħid kemm kien hemm suppliers/kuntratturi li kienu jagħtu s-servizz tagħhom lill-istess dekasteru/Ministeru qabel il-5 ta' Settembru 1998 u twaqqfu mill-Gvern preżenti? Liema kienu u x'servizz/prodott kienu joffru? Għalfejn twaqqfu? Min tqabbad minflokhom?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fil-perjodu msemmi ma kien hemm l-ebda kuntratti li ngħataw b`direct order fid-dikasteru tiegħi.
Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li kien hemm kuntrattur wieħed, `Security Services (Malta) Ltd.`, li kien jipprovdi servizz ta` sigurta` lid-Dipartiment tat-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa qabel il-5 ta` Settembru, 1998 u li twaqqaf għax għalaqlu l-kuntratt. Il-kuntrattur il-ġdid huwa `Group 4 Services (Malta) Ltd.` li beda jipprovdi l-istess servizz fl-1 ta` Novembru, 1998 wara sejħa għall-offerti.
B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru 1998 u l-10 ta' Novembru 1998 u għad-dekasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' kuntratti li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: (a) x'kien il-kuntratt; (b) min għamel l-ispecifications; (c) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (d) lil min intalbu quotations; (e) kemm kienet kull quote; (f) min rebaħ il-kuntratt; (g) ingħatawx xi extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv, fiex kienu jikkonsistu u kemm kien il-valur totali tagħhom?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm suppliers/kuntratturi li kienu jagħtu s-servizz tagħhom lill-istess dekasteru/Ministeru qabel il-5 ta' Settembru 1998 u twaqqfu mill-Gvern preżenti? Liema kienu u x'servizz/prodott kienu joffru? Għalfejn twaqqfu? Min tqabbad minflokhom?
Response (REFALO, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġibiet li diġa' tajt għall-Mistoqsijiet Numri 546, 2166 u 2311.
B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru 1998 u l-10 ta' Novembru 1998 u għad-dekasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' kuntratti li ngħataw b'direct order u għall kull kuntratt jindika: (a) x'kien il-kuntratt; (b) min għamel l-ispecifications; (c) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (d) lil min intalbu quotations; (e) kemm kienet kull quote; (f) min rebaħ il-kuntratt; (g) ingħatawx xi extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv, fiex kienu jikkonsistu u kemm kien il-valur totali tagħhom?
Jista'l-Ministru jgħid kemm kien hemm suppliers/kuntratturi li kienu jagħtu s-servizz tagħhom lill-istess dekasteru/Ministeru qabel il-5 ta' Settembru 1998 u twaqqfu mill-Gvern preżenti? Liema kienu u x'servizz/prodott kienu joffru? Għalfejn twaqqfu? Min tqabbad minflokhom?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Jien infurmat li fil-perjodu mill-5 ta' Settembru 1998 sa l-10 ta' Novembru 1998 ingħataw ħames kuntratti b'direct order'. Dawn kienu kif jidhru hawn taħt:
1. a) Provvista ta' arbli tad-dawl ta' barra kompluti
bil-globi għax-Xatt ta' Buġibba.
b) Il-Perit inkarigat mix-xogħol.
ċ) Id-Direttur tal-Kuntratti.
d) Wieħed.
e) Lm24,078.
f) MCE Limited.
ġ) Le.
2. a) Provvista w installar ta' 'UPS' għar-raba' sular
ta' Project House, Floriana.
b) Id-Direttur tal-Building & Engineering Department.
ċ) Id-Direttur Ġenerali tax-Xogħlijiet.
d) Wieħed.
e) Lm1,070.
f) Panta Computer Company Limited.
ġ) Le.
3. a) Bini ta' lqugħ ta' konkos għal Wied il-Għajn.
b) Id-Direttur tat-Toroq.
ċ) Il-Ministru tal-Finanzi.
d) Wieħed.
e) Lm1,125.
f) Roads Group Limited.
ġ) Le.
4. a) Survey ta' Photogrammetry fuq l-Affreski Paladini,
fil-'Prince of Wales Room', il-Palazz, il-Belt Valletta.
b) Is-Sur Ray Bondin, Ko-Ordinatur V.R.P.
ċ) Il-Ministru għall-Ambjent.
d) Wieħed.
e) Lm805.
f) Working Light Limited.
ġ) Le.
5. a) Xogħlijiet ta' investigazzjoni fuq is-sit ta' barra
l-fortifikazzjoni ta' l-Imdina biswit il-Palazz Vilhena.
b) Id-Direttur tal-Building & Engineering Department.
ċ) Il-Ministru tal-Finanzi.
d) Wieħed.
e) Lm6,920.
f) Harrison and Company Limited.
ġ) Le.
Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, jien infurmat li ma twaqqaf ħadd li kien jagħti s-servizzi tiegħu lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet/Ministeru qabel il-5 ta' Settembru 1998.
Ministeru tat-Trasport u Komunikazzjoni — Kuntratti
Question
B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru 1998 u l-10 ta' Novembru 1998 u għad-dekasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' kuntratti li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: (a) x'kien il-kuntratt; (b) min għamel l-ispecifications; (c) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (d) lil min intalbu quotations; (e) kemm kienet kull quote; (f) min rebaħ il-kuntratt; (g) ingħatawx xi extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv, fiex kienu jikkonsistu u kemm kien il-valur totali tagħhom?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm suppliers/kuntratturi li kienu jagħtu s-servizz tagħhom lill-istess dekasteru/Ministeru qabel il-5 ta' Settembru 1998 u twaqqfu mill-Gvern preżenti? Liema kienu u x'servizz/prodott kienu joffru? Għalfejn twaqqfu? Min tqabbad minflokhom?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u risposta tkun tista` tingħata f`xi seduta oħra.
B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru 1998 u l-10 ta' Novembru 1998 u għad-dekasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' kuntratti li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika; (a) x'kien il-kuntratt; (b) min għamel l-ispecifications; (c) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (d) lil min intalbu quotations; (e) kemm kienet kull quote; (f) min rebaħ il-kuntratt; (g) ingħatawx xi extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv, fiex kienu jikkonsistu u kemm kien il-valur totali tagħhom?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm suppliers/kuntratturi li kienu jagħtu s-servizz tagħhom lill-istess dekasteru/Ministeru qabel il-5 ta' Settembru 1998 u twaqqfu mill-Gvern preżenti? Liema kienu u x'servizz/prodott kienu joffru? Għalfejn twaqqfu? Min tqabbad minflokhom?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid min rebaħ il-kuntratt dwar it-tindif fil-Pixxina Nazzjonali skond kif deher l-avviż fil-gazzetti ta' ftit jiem ilu?
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar min tefa' l-offerta u kemm kienet f'kull każ?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-kuntratt tat-tindif fil-Pixxina Nazzjonali intrebaħ mill-Bad Boy Cleaners Co. Ltd.
Kienu ntefgħu ħames offerti. Dawn kienu Bad Boy Cleaners Co. Ltd, Cleanwell Services Co. Ltd, General Cleaners Ltd, Omajco Cleaners Ltd u Spring Clean Services Ltd. L-offerta tagħhom għat-tindif regolari ta' kull ġimgħa kienet ta' Lm115, Lm129.50, Lm140, Lm298 u Lm175 rispettivament.
Ir-rata kull siegħa għal cleaners addizzjonali skond il-bżonn kienu Lm2.10, Lm1.90, Lm2.00, Lm2.00 u Lm2.90 rispettivament.
Ir-rati għal kull darba żejda li jitnaddaf il-'Pool Deck' kienu Bad Boy Cleaners - Lm8, General Cleaners u Omajco Cleaners - Lm25 u Spring Clean Services - Lm35. Cleanwell Services ma tefgħux offerta għal dan is-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura (ta' l-art u tal-baħar) għandu rreġistrati f'isem il-ministeru u f'isem id-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu, dipartiment b'dipartiment? Jista' jgħid kemm-il vettura ġiet mixtrija għall-ministeru jew għal xi wieħed mid-dipartimenti mis-6 ta' Settembru, 1998 sat-28 ta' Ottubru, 1998?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li n-numru ta` vetturi (ta` l-art u tal-baħar) huwa 53 u 4 rispettivament u huma mqassmin hekk:-
Vetturi tal- Art Tal-Baħar
Dipartiment ta'
l-Avjazzjoni Civili 4 Nil
Dipartiment ta` Licenzji 1 Nil
Dipartiment tat-Telegrafija
mingħajr fili 4 Nil
Regolatur tat-Telegrafija
mingħajr fili 1 Nil
Awtorita` ta` Marittima 26 4
Awtorita` tat-Trasport
Pubbliku 13 Nil
Ministeru li jinkludi d-
Dipartiment tas-Servizzi
Korporattivi 4 Nil
Jien infurmat ukoll li fil-perjodu msemmi ma' xtrat l-ebda' vettura (ta' l-art jew tal- baħar).
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu karozzi mal-ministeru u mad-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu, dipartiment b'dipartiment? Jista' l-Ministru jgħid ukoll min huma l-kerrejja ta' dawn il-karozzi u jekk il-kirjiet humiex isiru permezz ta' kuntratt li għalih ħarġu l-offerti jew permezz ta' direct orders? Jista' l-Ministru jgħid kemm qed tlaħħaq l-ispiża kuljum għal kiri ta' dawn il-karozzi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li n-numru ta` karozzi fil-Ministeru u d-diversi Dipartimenti u Awtoritajiet huwa 68 li minnhom hemm 53 li huma propjeta` tal-Gvern u Awtoritajiet, 4 huma impressed cars waqt li 11 il-karozza huma mikrija.
Dawn il-vetturi kienu diġa' fid-Dipartiment qabel il-5 ta' Settembru, 1998.
Il-karozzi mikrija bil-kuntratt huma 7 li huma hekk:
Pyramid Garage 4
Swift Rent A Car 3
Il-karozzi mikrija b`direct order huma 4 li huma hekk:
Ace Rent a Car 2
Merlin Car Hire 1
Meli Car Hire 1
L-ispiza totali għal kiri ta` dawn il-karozzi tlahhaq Lm 47 kuljum.
B'riferenza għall-mistoqsijiet preċedenti tiegħi, jista' s-Segretarjat għall-Kura ta' l-Anzjani jerġa' jinsisti mal-Bord ta' l-Ismijiet tat-Toroq biex it-triq tar-Residenza San Vinċenz de Paule tinbidel u ma tibqax Triq l-Imgieret iżda ssir Triq San Vinċenz de Paule?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Is-Segretarjat għall-Kura ta' l-Anzjani fil-passat kien diġi esprima x-xewqa tiegħu biex it-Triq l-Imgieret tiġi tissejjaħ Triq San Vinċenz de Paule, iżda kien hemm oġġezzjoni mill-Bord ta' l-Ismijiiet tat-Toroq minħabba li diġa hemm xi triq oħra msemmija hekk. Għalkemm is-Segretarjat għadu ta' l-istess fehma, ikun tajjeb jekk il-Kunsill Lokali ta' Ħal-Luqa jinsisti ma' dan il-Bord biex dan iseħħ.
9.12.98
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jerġgħu joħorġu sejħa għal offerti biex residenti jibnu garages fi plots vojta (għal garages) li hemm f'Binja San Martin, Ġebel San Martin, Żejtun?
Kemm fadal plots għal garages vojta s'issa?
Meta ħarġet l-aħħar sejħa għall-offerti u meta qalgħet?
Għalkemm ħarġet u kemm fil-fatt applikaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorita' tad-Djar ma toħroġx sejħiet għall-offerti biex residenti jibnu 'garages'.
9.12.98
Jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm hawn nurses jaħdmu mal-Gvern li għandhom diploma jew degree fil-Psychiatric Nursing? Fejn jaħdmu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' nfermiera li jaħdmu fid-Diviżjoni tas-Saħħa u li għandhom diploma jew degree fis-Psychiatric Nursing huwa sbatax (17). Dawn jaħdmu kif ġej:
Sptar Monte Carmeli 13
Sptar Boffa 1
Sptar San Luqa 1
Primary Health Care 2
_________________________________
Total 17
Jista' l-Ministru jgħid liema skejjel se jsirilhom xogħol fuqhom min-nefqa ta' Lm500,000 tul l-1999?
Response (GALEA, LOUIS)
L-iskejjel ġew mitluba biex jissottomettu lista ta' xogħlijiet li huma meħtieġa għas-sena 1999. Din l-informazzjoni trid tasal fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni mhux aktar tard mit-22 ta' Diċembru, 1998. Kopja ta' l-ittra li ntbagħtet lill-iskejjel ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tul l-1999, jista' l-Ministru jgħid kemm hu maħsub li se jintnefqu fuq: 1) skejjel primarji; 2) skejjel sekondarji; 3) skejjel speċjali; 4) skejjel post-sekondarji, mill-Lm1,200,000 ivvotati taħt il-Vot ta' l-Information Technology?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-tagħlim tat-Teknoloġija fl-Informatika kien introdott fl-Iskejjel Primarji kollha ta' Malta u Għawdex fil-bidu tas-sena 1996. Matul is-sena skolastika li ġejja, jingħata bidu għat-Tieni Fażi ta' dan il-Proġett bid-dħul tat-Teknoloġija fl-Informatika fil-klassijiet ogħla tal-Primarji li jibdew mir-raba' sena.
Numru ta' għalliema peripatetiċi mħarrġa fit-tagħlim tal-Kompjuter se jibdew jagħtu t-taħriġ tagħhom lil madwar ħamsa u erbgħin klassi kull wieħed fil-wieħed u tmenin skola Primarja.
Fl-Iskejjel Sekondarji se jiddaħħal sillabu ġdid tat-Teknoloġija fl-Informatika. It-Teknoloġija fl-Informatika, permezz ta' programmi ta' "software" qed isservi wkoll fit-tagħlim tal-matematika fl-ewwel u t-tieni klassijiet sekondarji.
Bil-mod il-mod it-Teknoloġija fl-Informatika tiddaħħal fis-suġġetti kollha. Għal dan il-għan l-Iskejjel Sekondarji kollha qed jitgħammru b'laboratorji ġodda addattati għal dan l-iżvilupp.
Il-laboratorji kollha, kemm dawk eżistenti kif ukoll dawk ġodda, se jkunu mgħaqqda flimkien permezz ta' "server" bil-għan li l-iskejjel isiru ħaġa waħda taħt 'network' wiesgħa mifrux fuqhom kollha.
Bħala skema pilota, ħamsa u għoxrin skola qed jingħataw l-aċċess għall-użu ta' l-Internet. Is-sena d-dieħla dan l-aċċess jigħata lil ħamsin skola oħra. Dan il-proġett jinkludi fih it-twaqqif ta' sies lokali ta' komunikazzjoni edukattiva maħsub biex jagħti għajnuna fuq in-'network' edukattiv lill-iskejjel kollha.
Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dettalji tan-nefqa kif proposta mid-Diviżjoni għall-1999.
Jista' l-Ministru jgħid kif se jintnefqu l-Lm480,000 tul l-1999 fuq: 1) skejjel primarji; 2) skejjel sekondarji; 3) trade schools; 4) post-sekondarji; u 5) edukazzjoni adulta?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li s-somma ta' Lm480,000 li l-Onor. Membru semma fil-mistoqsija tiegħu huma l-flus ivvutati taħt Nefqa Kapitali sabiex jinxtara Apparat u Għamara għall-iskejjel ta' l-Istat, kif inhu ndikat fil-Ktieb ta' l-Estimi 1999 paġna 162. Is-somma totali ser tiġi mqassma lis-setturi li huma ndikati ukoll f'paġna 162, kif ġej:
Skejjel Primarji Lm120,950
SeKondarji/Junior Lyceums Lm233,390
Skejjel Speċjali Lm 48,800
Trade Schools Lm 33,120
Skejjel Post-Sekondarji Lm 43,740
TOTAL Lm480,000
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema istituzzjonijiet edukattivi u kemm f'kull każ, se jintnefqu Lm2,600,000 għall-Vot ta' Construction and Adaptation tul l-1999?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni se tkompli bil-programm ta' bini ta' skejjel bil-għan li jkollna postijiet ta' tagħlim moderni u addattati biex jakkomodaw in-numru dejjem jiżdied ta' studenti.
Matul l-1999 se jitkompla l-programm ta' żidiet fil-bini u xogħlijiet ta' titjib fi skejjel eżistenti. Imdaħħal f'dan il-programm hemm l-iskejjel Primarji tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar, iż-Żejtun, Ħ'Attard, ix-Xgħajra u Ħal Għaxaq.
Il-Gvern se jagħmel ħiltu biex iżomm ir-ritmu li miexi bih fil-bini ta' skejjel ġodda. Il-Fażi 2A tal-Liċeo Ġdid għall-Bniet f'Santa Luċija jitlesta s-sena d-dieħla u matulha jingħata bidu għall-Fażijiet 2B u 3 fl-istess skola. Is-sena d-dieħla tara wkoll it-twettiq tat-Tieni Fażi, kif ukoll il-bidu tat-Tielet u r-Raba' Fażijiet fil-Liċeo tal-Bniet "Sir Adrian Dingli".
Hu ppjanat li x-xogħlijiet ta' kostruzzjoni u riabilitazzjoni fl-Iskola Primarja ta' l-Imġarr, il-Liċeo tas-Subien ta' Verdala, l-Iskola Sekondarja tas-Subien Fortini, l-Iskola Teknoloġika "B" tas-Sliema u l-'Early Literacy Centre" il-Furjana, jaslu fi stadju avvanzat ħafna matul is-sena d-dieħla. Is-Servizzi Infrastrutturali fil-Kulleġġ Vokazzjonali Post Sekondarju jitlestew ukoll matul l-1999.
Xogħol ta' tħejjija fuq bini ġdid u/jew żidiet fil-bini eżistenti fl-iskejjel li ġejjin jinbeda matul is-sena finanzjarja li ġejja:
Skejjel Primarja ta' Pembroke, Wied-il Għajn, il-Kalkara, il-Fgura u Ħal Luqa; il-Liċeo tas-Subien "Mikiel Anton Vassalli" Ħal Qormi; L-Iskejjel Sekondarji ta'Ħal Tarxien u Taż-Żurrieq; Iċ-Ċentru tax-Xjenza ġewwa Villa Psaigon; l-Iskola tal-"Hairdressing" tas-Sliema u l-Iskola għat-Tfal bi Bżonnijiet Speċjali "Guardian Angel" il-Ħamrun.
Il-Gvern ivvota s-somma ta' żewġ miljuni u sitt mitt elf lira għat-twettieq tal-proġetti hawn fuq imsemmija. Lista tal-breakdown tal-proġett ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.