Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #2153 Sitting 27 1998-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Problema ta' bullying

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu f'Ottubru u Novembru 1998 biex tiġi ffaċċjata l-problema tal-bullying fl-iskejjel? F'dawn ix-xahrejn kemm-il darba ltaqgħet il-kummissjoni li kienet inħatret biex taħdem għall-imġieba tajba fl-iskejjel? Se tkompli bix-xogħol tagħha din il-kummissjoni? Meta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'ħafna skejjel, bdew jaħdmu fuq il-Problema tal-Bullying fl-iSchool Development Programmes, u bdew jinħadmu policies fl-iskejjel dwar il-Bullying. Studenti li kellhom din il-problema, beda counselling kemm mal-Bully, kif ukoll fl-iskejjel sekondarji. F'Lulju u f'Settembru t-tema tal-bullying ġiet ittrattata f'ħafna In-Service Courses. Il-punti mqajjma fit-tieni u t-tielet parti tal-Mistoqsija għadhom qed jiġu kunsidrati.
Leg 9 PQ #2205 Sitting 27 1998-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Mġarr - Skola Ġianni Cilia

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sar xogħol s'issa fuq l-estensjoni ta' l-iskola primarja Ġianni Cilia ta' l-Imġarr? Skond il-pjani oriġinali kemm waqa' lura dan ix-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Ix-xogħol qiegħed fil-fażi inizjali u l-proġett s'issa qiegħed lura b'xahrejn.
Leg 9 PQ #2206 Sitting 27 1998-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

San Ġiljan — Triq B'Kara - Għargħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol qed isir biex tiġi ffaċċjata l-problema ta' l-għargħar fi Triq Birkirkara f'San Ġiljan? X'attenzjoni qed tingħata biex ix-xogħol li qed isir ma jagħmilx ħsara fil-blokok ta' appartamenti li hemm fl-inħawi? Ix-xogħol li qed isir huwa l-uniku mod kif setgħet ġiet iffaċċjata din il-problema?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ewwel fażi ta' xogħol ta' dan il-proġett, jiġifieri tħaffir ta' mina sabiex tiġbor l-ilma tax-xita minn Birkirkara Road, għal ġol-wied diġa' inbeda. Dwar it-tieni fażi, qiegħed isir studju mill-Konsulenti tal-Water Services Corporation, sabiex tiġi mibnija sistema li ssolvi l-problemi kemm ta' Birkirkara Road, St. Julians u ta' nħawi aktar 'il fuq. L-attenzjoni li ngħatat kienet billi saru GEOLOGICAL SURVEYS sabiex tiġi stabbilita l-istrata tal-blat qabel ma jinbeda x-xogħol. Mhix l-intenzjonat li din il-'gallery' tgħaddi minn taħt l-appartamenti, imma minn taħt it-triq. Il-mod ta' kif qed isir ix-xogħol huwa l-aktar professjonali u effettiv għaċ-ċirkustanzi tal-problema ta' l-għargħar ta' dawn l-inħawi.
Leg 9 PQ #989 Sitting 26 1998-12-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxi — Act Cap.123

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-għaqdiet filantropiċi, sportivi, volontarji, reliġjużi, eċċ., li jibbenefikaw mill-Income Tax Act Cap.123? Kemm-il talba simili ġiet approvata u/jew rifjutata matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (DALLI, JOHN)

Il-lista ta` l-għaqdiet filantropiċi li jgawdu eżenzjoni mit-taxxa fuq l-income toħroġ mill-kopji ta` Avviżi tal-Gvern u Avviżi Legali li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. In-numru ta` talbiet simili li ġew approvati jew rifjutati mill-1994 `l hawn kienu dawn: Sena Talbiet Approvati Rifjutati 1994 63 37 26 1995 -- -- -- 1996 46 9 37 1997 11 2 9 1998 15 1 14
Leg 9 PQ #990 Sitting 26 1998-12-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — Esproprjazzjoni ta' art

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kien l-ammont f'ċifra ta' flus li matul dawn l-aħħar ħames snin tħallas mid-Dipartiment ta' l-Artijiet liċ-ċittadini li gvernijiet preċedenti esproprjawlhom l-artijiet tagħhom? Fil-fatt kemm kienu jammontaw id-danni ta' 5% li tħallsu mill-gvern lil dawn iċ-ċittadini u kemm kienu jammontaw il-pagamenti tal-valur miżjud fuq il-proprjeta' skond valur tas-suq attwali tal-proprjeta'?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-ammont ta' flus li matul dawn l-aħħar ħames snin tħallas mid-Dipartiment ta' l-Artijiet għall-esproprjazzjoni ta' artijiet huwa kif jidher hawn taħt : - 1994 1995 1996 1997 1998* ---- ---- ---- ---- ----- Lm Lm Lm Lm Lm Prezz ta' 321,600 1,267,700 639,300 900,800 420,000 l-art Danni 91,800 486,200 194,900 175,100 145,800 * Sat-18 ta' Novembru 10.12.98(am)
Leg 9 PQ #991 Sitting 26 1998-12-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxi Interni

Question

Billi hemm numru ta' tax payers li rtiraw bl-eta' u/ jew ġew boarded out u għandhom pendenti refunds ta' l-Income Tax bħal fil-każ ta' 290036/M, 1024046/M, 42933/M, eċċ, jista'l-Ministru jara li jsir il-ħlas dovut lil dawn iċ-ċittadini immedjatament? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (DALLI, JOHN)

Id-Dipartiment qiegħed jeżamina kif jista` jimplimenta l-aħjar programm ta` ħidma bir-riżorsi li għandu jipproċessa l-każi kollha li għandu pendenti fl-iqsar żmien possibbli sabiex ikun f`qada` li jiġbor it-taxxa dovuta u jagħti lura dik imħallsa żejda.

Local Manufacturers Promotion — Act Cap. 336

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta se jressaq l-Avviż Legali Numru 68/98 li jemenda l-Local Manufactors Promotion Act Cap 336 dwar l-importazzjoni ta' beef burgers li kien ingħata l-Ewwel Qari fil-25 ta' Mejju, 1998?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-amministrazzjoni preżenti ddeċidiet li l-abbozz ta' liġi in kwistjoni m'għandux jerġa' jitressaq.

Beef burgers — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew importati f'tunnellaġġ u valur beef burgers mill-25 ta' Mejju 1998 'l hawn? Mil-liema ditti ġew importati dawn il-beef burgers? Kemm tħallset levy fuq din l-importazzjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba hija kif ġej:- IMPORTATUR KWANTITA VALUR LEVY MĦALLSA Food Operations Ltd. 32,190 kg Lm34,065 Lm 3,220 Clo Caruana Dist. 66,096 kg Lm65,687 Lm 6,610 Services Ltd. Dawn il-kwantitajiet u valuri ġew importati taħt H.S. Code 020230

Laħam taċ-ċanga

Question

Billi l-laħam tal-Beef Intervention Scheme prattikament jintuża mill-industrija lokali sabiex jiġi proċessat f'beef burgers u l-Avviż Legali Nru 68/98 ta' Local Manufactors Promotion Act Cap 336 dwar importazzjoni ta' beef burgers se jiġi tterminat nhar is-26 ta' Novembru 1998, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bis-sitwazzjoni attwali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Iċ-ċanga tal-Beef Intervention Scheme ser tibqa' tinbiegħ għall-użu fl-industrija lokali meta jkun hemm il-ħtieġa. Rigward l-Avviż Legali Nr.68/98 nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill- Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #1268 Sitting 26 1998-12-09 Oral · Interim From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Kuntratti

Question

B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru, 1998 u l-10 ta' Novembru, 1998 u għad-dekasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' kuntratti li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika; (a) x'kien il-kuntratt; (b) min għamel l-ispecifications; (c) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (d) lil min intalbu quotations; (e) kemm kienet kull quote; (f) min rebaħ il-kuntratt; (g) ingħatawx xi extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv, fiex kienu jikkonsistu u kemm kien il-valur totali tagħhom? Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm suppliers/kuntratturi li kienu jagħtu s-servizz tagħhom lill-istess dekasteru/Ministeru qabel il-5 ta' Settembru 1998 u twaqqfu mill-Gvern preżenti? Liema kienu u x'servizz/prodott kienu joffru? Għalfejn twaqqfu? Min tqabbad minflokhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qiegħed tinġabar. Risposta tingħata f'seduta ohra.

Ministeru tal-Politika Soċjali — Kuntratti

Question

B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru 1998 u l-10 ta' Novembru 1998 u għad-dekasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' kuntratti li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika; (a) x'kien il-kuntratt; (b) min għamel l-ispecifications; (c) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (d) lil min intalbu quotations; (e) kemm kienet kull quote; (f) min rebaħ il-kuntratt; (g) ingħatawx xi extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv, fiex kienu jikkonsistu u kemm kien il-valur totali tagħhom? Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm suppliers/kuntratturi li kienu jagħtu s-servizz tagħhom lill-istess dekasteru/Ministeru qabel il-5 ta' Settembru 1998 u twaqqfu mill-Gvern preżenti? Liema kienu u x'servizz/prodott kienu joffru? Għalfejn twaqqfu? Min tqabbad minflokhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jidher li l-informazzjoni li qed jitlob l-Onor. Membru hija dwar xi 'direct orders' li setgħu ngħataw, bejn il-5 ta' Settembru u l-10 ta' Novembru 1998, fid-dekasteru li għalih jiena responsabbli. 'Direct order' normalment tfisser ordni f'ammont relattivament sostanzjali li dwarha ma jkunx sar proċess ta' 'tendering' jew li ma jkunux intalbu 'quotations'. Jien infurmat li fil-perjodu msemmi fid-dekasteru tiegħi ma' saret l-ebda ordni ta' dan it-tip. Jien infurmat ukoll li fl-istess perjodu fid-dekasteru tiegħi ma kien hemm l-ebda kuntratt li twaqqaf qabel iż-żmien. 10.12.98
Leg 9 PQ #1270 Sitting 26 1998-12-09 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd — Kuntratti

Question

B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru 1998 u l-10 ta' Novembru 1998 u għad-dekasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' kuntratti li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika; (a) x'kien il-kuntratt; (b) min għamel l-ispecifications; (c) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (d) lil min intalbu quotations; (e) kemm kienet kull quote; (f) min rebaħ il-kuntratt; (g) ingħatawx xi extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv, fiex kienu jikkonsistu u kemm kien il-valur totali tagħhom? Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm suppliers/kuntratturi li kienu jagħtu s-servizz tagħhom lill-istess dekasteru/Ministeru qabel il-5 ta' Settembru 1998 u twaqqfu mill-Gvern preżenti? Liema kienu u x'servizz/prodott kienu joffru? Għalfejn twaqqfu? Min tqabbad minflokhom?

Response (ZAMMIT, NINU)

1. Matul il-perjodu 5 ta' Settembru sa' l-10 ta' Novembru, 1998, il-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd uża, b'emerġenza, għall ġarr ta' għamara ta'l-uffiċċju, l-istess kuntratturi, jiġifieri Borg Brothers tas-Siġġiewi, li kienu ngħataw il-kuntratt mill-amministrazzjoni ta' qabel u bl-istess rata li biha kienu rebħu dak il-kuntratt, jiġifieri Lm30 kull vjaġġ. B'kollox dan it-trasport laħaq is-somma ta' Lm390. Barra min hekk, kien jinħtieġ ukoll ġarr kemm ta' għamara kif ukoll kwantitajiet kbar ta' files u oġġetti anċillari bħalhom minn sular għall-ieħor u minn kamra għall-oħra u dan dam sejjer mill-24 ta' Settembru sa' l-1 ta' Ottubru 1998. Għal dan is-servizz, il-kuntratturi ngħataw is-somma ta' Lm270. (ara PQ538). Bejn id-9 ta' Settembru, 1998 sat 3 ta' Novembru 1998 kien jenħtieġ li tinkera karozza self drive mingħand il-Butterfly Garage, li hu l-kuntrattur uffiċċjali tad-Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi ta' dan il-Ministeru, għal tliet perjodi separati. Din il-vettura, li nkriet għall-użu ta' l-Onorevoli Ministru ta' l-Agrikoltura u Sajd, ma kinitx taqa' taħt l-istess kundizzjonijiet u specifications tal-kuntratt preżenti. Minħabba li l-karozza uffiċali (GM) ta' l-Onorevoli Ministru fit-tliet okkażjonijiet kienet bill-ħsara, il-kiri tal-karozza kien inevitabbli, u kull darba kellu jsir b'urġenza, għalhekk ġie deċiz li ssir direct order mingħand il-Butterfly Garage. Dan il-kiri sar bl-Lm10 kuljum u tħalset is-somma ta' Lm430. 2. Is-servizz ta'Kiri ta' Karozza self drive li kien jintuża mill-assistent personali tal-Ministru ta' l-Agrikoltura u Sajd ta' l-amministrazzjoni ta' qabel twaqqaf fid-9 ta' Settembru 1998. Il-Karozza kienet inkriet, b'direct order, mingħand il-Buskett Forest car hire tar-Rabat. Minflokha ma nkriet ebda karozza oħra għax l-imsemmi assistent personali temm is-servizz tiegħu ġol-Ministeru mal-bidla fil-Gvern. Fl-istess jum twaqqaf ukoll is-servizz ta' kiri ta' karozza, ukoll b'direct order, mingħand il-KWL rent a car ta' Buġibba. Din il-Karozza kienet tintuża mill-istaff tas-segretarjat ta' l-istess Ministeru ta' l-amministrazzjoni preċedenti. Minflokha fl-10 ta' Settembru 1998 bdiet tinkera karozza waħda self drive għall-użu ta' l-istaff tal-Ministeru mingħand il-Butterfly Garage, li kif diġa' semmejt aktar il fuq hu l-kuntrattur uffiċċjali tad-Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi ta' dan il-Ministeru. Din il-karozza qegħda tinkera skond il-kundizzjonijiet u rati stipulati fit-tender.
Leg 9 PQ #1271 Sitting 26 1998-12-09 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru għal Intern — Kuntratti

Question

B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru 1998 u l-10 ta' Novembru 1998 u għad-dekasteru li għalih il-Ministru hu responsabbli, jista' jagħti lista ta' kuntratti li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika; (a) x'kien il-kuntratt; (b) min għamel l-ispecifications; (c) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (d) lil min intalbu quotations; (e) kemm kienet kull quote; (f) min rebaħ il-kuntratt; (g) ingħatawx xi extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv, fiex kienu jikkonsistu u kemm kien il-valur totali tagħhom? Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm suppliers/kuntratturi li kienu jagħtu s-servizz tagħhom lill-istess dekasteru/Ministeru qabel il-5 ta' Settembru 1998 u twaqqfu mill-Gvern preżenti? Liema kienu u x'servizz/prodott kienu joffru? Għalfejn twaqqfu? Min tqabbad minflokhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 10.12.98(am)
Leg 9 PQ #1273 Sitting 26 1998-12-09 Oral · Final From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Hospitality

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intnefaq bħala hospitality mid-dekasteru li għalih hu responsabbli mill-5 ta' Settembru 1998 sa l-10 ta' Novembru 1998, maqsuma skond il-Ministeru, Segretarjat, dipartiment jew enti?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li mill-5 ta' Settembru 1998 sa l-10 ta' Novembru 1998 in-nefqa fuq hospitality fid-dikasteru tiegħi kienet kif tidher hawn taħt: Lm Lm Uffiċċju tal-Prim Ministru Segretarjat Privat 3,195 Uffiċċju tas-Segretarju 17 Permanenti Dipartiment għat-Tiftix għaż- 457 Żejt Management Efficiency Unit 35 3704,00 Forzi Armati ta Malta 1194,01 Stamperija tal-Gvern 31.15 L-Awtorita tax-Xandir 830.80 Dipartiment tal-Kunsilli 152.31 Lokali MITTS 74.68 Diviżjoni tal-Gustizzja 23.45 TOTAL 6,010.40
Leg 9 PQ #1850 Sitting 26 1998-12-09 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Siġar/imsaġar — Regolamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed jistenna biex joħroġ ir-regolamenti għall-ħarsien tas-siġar u l-imsaġar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Naħseb li l-Onor. Interpellant jaf bis-seminar ta' ġurnata li sar nhar it-Tlieta 24 ta' Novembru, 1998, il-Furjana. Dan sar fuq ftehim li kien intlaħaq bejn l-għaqdiet li qegħdin jitolbu r-regolamenti għall-ħarsien tas-siġar u l-Ministru responsabbli għall-Ambjent ta' qabli, l-Onor. Dr George Vella. L-għan ewlieni ta' dan is-seminar kien biex titqajjem aktar kuxjenza pubblika dwar is-siġar Maltin, u anke biex tlaqqa' flimkien dawk kollha interessati fuq dan is-suġġett. Nieħu pjaċir ngħid li dan kien suċċess u ġew diskussi ideat diversi, kemm mill-lat ekoloġiku, ekomomiku u kummerċjali, u kien hemm qbil fuq ħafna punti dwar il-ħtieġa ta' ħarsien u l-użu tas-siġar indiġeni. Id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent għandu l-ħsieb li kemm jista' jkun malajr ilaqqa' l-partijiet konċernati kollha biex magħhom jerġa' jiddiskuti l-abbozz tar-regolamenti għall-ħarsien tas-siġar ħalli jkun jaf eżatt x'inhuma l-oġġezzjonijiet li qed iżommu dawn ir-regolamenti milli joħorġu, ħalli kif ikun hemm qbil mill-partijiet kollha, dawn ikunu jistgħu jiġu ppublikati. Nieħu gost nara l-interess ta' l-Onor. Interpellant dwar il-ħarsien tas-siġar Maltin, għaliex dan huwa l-istess interess tagħna, u nassigurah li appena jintlaħaq qbil mill-partijiet kollha, dawn jiġu publikati immedjatament.
Leg 9 PQ #1896 Sitting 26 1998-12-09 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura ta' l-art u tal-baħar għandu reġistrati f'isem il-ministeru u f'isem id-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu, dipartiment b'dipartiment? Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura ġiet mixtrija għall-ministeru jew għal xi wieħed mid-dipartimenti mis-6 ta' Settembru, 1998 sat-28 ta' Ottubru, 1998?

Response (DALLI, JOHN)

Dipartiment Vetturi Vetturi Mixtrija ta` l-Art tal-Baħar mis-6.9.98 - 28.10.98 Ministeru 16 xejn xejn Taxxi Interni 10 xejn xejn Dwana 37 2 xejn Lottu Pubbliku 8 xejn xejn Teżor 3 xejn xejn Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa 6 xejn xejn Kuntratti 4 xejn xejn
Leg 9 PQ #1897 Sitting 26 1998-12-09 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Karozzi tal-kiri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu karozzi tal-kiri mal-ministeru u mad-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu dipartiment b'dipartiment? Jista' l-Ministru jgħid ukoll min huma l-kerrejja ta' dawn il-karozzi u jekk il-kirjiet humiex isiru permezz ta' kuntratt li għalih ħarġu l-offerti jew permezz ta' direct orders? Jista' l-Ministru jgħid kemm qed tlaħħaq l-ispiża kuljum għall-kiri ta' dawn il-karozzi?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għandu karozza waħda tal-kiri. Din inkriet mingħand it-Thrifty Car Rental `from the open market` b`Lm21 + CET kuljum.
Leg 9 PQ #1898 Sitting 26 1998-12-09 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura ta' l-art u tal-baħar għandu reġistrati f'isem il-ministeru u f'isem id-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu, dipartiment b'dipartiment? Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura ġiet mixtrija għall-ministeru jew għal xi wieħed mid-dipartimenti mis-6 ta' Settembru, 1998 sat-28 ta' Ottubru, 1998?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li l-għadd ta' vetturi ta' l-art reġistrati f'isem il-Ministeru u d-Dipartimenti li jaqgħu taħtu huwa kif jidher hawn taħt: Ministeru (inkluż is-Segretarju Permanenti u d-Direttur (Turiżmu) 4 Hotels and Catering Establishments Board xejn Institute of Tourism Studies (inkluż il-White Rocks Holiday Complex) 2 Ninsab infurmat ukoll li l-ebda vettura ma ġiet mixtrija għall-Ministeru jew xi wieħed mid-Dipartimenti msemmija hawn fuq bejn is-6 ta' Settembru u t-28 ta' Ottubru 1998. M'hemm l-ebda opra tal-baħar reġistrata mal-Ministeru jew xi wieħed minn dawn id-Dipartimenti.
Leg 9 PQ #1899 Sitting 26 1998-12-09 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Karozzi tal-kiri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu karozzi tal-kiri mal-ministeru u mad-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu dipartiment b'dipartiment? Jista' l-Ministru jgħid ukoll min huma l-kerrejja ta' dawn il-karozzi u jekk il-kirjiet humiex isiru permezz ta' kuntratt li għalih ħarġu l-offerti jew permezz ta' direct order? Jista' l-Ministru jgħid kemm qed tlaħħaq l-ispiża kuljum għall-kiri ta' dawn il-karozzi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Jien infurmat li b'kollox hemm għaxar (10) karozzi mikrija, tlieta mal-Ministeru, waħda mad-Dipartiment tat-Turiżmu, tlieta ma' l-Hotels and Catering Establishments Board u tlieta ma' l-Institute of Tourism Studies. Tmienja (8) minnhom huma mikrija b'kuntratt wara li ħarġu offerti mingħand Silverstar Garage bir-rata totali ta' Lm26.85 kuljum u tnejn (2) huma mikrija mingħand Autorentals bir-rata totali ta' Lm12.75 kuljum. Ninsab infurmat ukoll li filwaqt li qabel Settembru 1998 kien hemm erba' (4) karozzi mikrija b'direct order, dawn issa niżlu għal tnejn (2).
Leg 9 PQ #1955 Sitting 26 1998-12-09 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Wied il-Għajn — Provvista ta' elettriku

Question

Possibbli l-Korporazzjoni Enemalta tinvestiga x'inhi r-raġuni għaliex il-provvista ta' l-elettriku qed tinqata' ta spiss fi Triq il-Ħortan, f'Wied il-Għajn? X'inhi s-soluzzjoni biex dan l-inkonvenjent jinqata'?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li r-raġuni għall-qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku fi Triq il-Hortan u fl-inħawi tagħha f'Wied il-Għajn huwa dovut għal overloading f'dan iż-żmien tas-sena. Is-soluzzjoni biex jiġi eliminat dan l-inkonvenjent hija li tinbena substation fl-inħawi. Għal dan il-għan il-Korporazzjoni Enemalta bdiet il-proċess biex tiġi identifikata biċċa art.