Jista' l-Ministru jgħid meta fil-fatt se jiġu finalizzati l-oġġezzjonijiet pendenti ta' dawn it-tax payers cioe' 511857/M, 678144/M, 290036/M, 708228/M, 72946/M, 826555/M, 342129/M, 500578/M u 570151/M?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 991.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Agriculture Export Marketing Board ġiex ikkonsultat dwar l-iżviluppi ta' l-aħħar 600 tunellata ta' patata? Jekk iva, x'kienet il-pożizzjoni tal-bord? Jekk le, għaliex il-bord ma ġiex konsultat meta kien hemm sistema ta' outright purches u ta' prezz minimu garantit?
Response (ZAMMIT, NINU)
Fiċ-ċirkostanzi kien jidher li jkun iktar għaqli li jseħħ in-negozju milli wieħed jissogra li jitlef okkażjoni tajba ta' żieda ta' 10% fl-esportazzjoni tal-patata (Alpha). Il-Kamra għandha tkun taf li l-prezz medju garantit fuq is-600 tunnellata extra tat-tip Sante' huwa 16% għola mill-prezz garantit li l-Onor. Membru kien iffirma fuq is-6000 tunnellata tat-tip Alpha. Barra min hekk, il-prezz offrut għall-żieda ta' 600 tunnellata oħra patata ta' Malta fuq dik miftiehma fil-kuntratt il-ġdid kien mhux biss id-doppju ta' dak tal-kuntratt għall-aħħar 1000, iżda saħansitra jisboq l-ogħla prezz minimu garantit għall-ewwel 3000 tunnellata.
Jista' l-Ministru jara li jirrimedja t-talba bil-File No. H 0015646 u ċioe' jalloka post lill-koppja msemmija? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-applikazzjoni tal-każ imsemmi ġiet ikkanċellata fis-17 ta' Novembru 1997 peress li kienet mingħand għarajjes. Dawn għandhom japplikaw għal postijiet maħruġa apposta għalihom mill-Awtorita' tad-Djar.
10.12.98
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'kondizzjonijiet jitolbu l-pulizija lill-aġenti jew kumpanniji li qed jorganizzaw ir-rave parties f'pajjiżna? Kemm-il darba saru f'dawn l-aħħar sitt xhur, xahar b'xahar, f'Malta u Għawdex?
Response (BORG, TONIO)
Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1434 f'Seduta 17.
Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li n-numru ta` Rave Parties li saru f'dawn l-aħħar 6 xhur u li kienu jinħtieġu l-permess tal-Pulizija kienu kif ġej :
Awissu 1
Settembru 2
Ottubru 1
Novembru 1
10.12.98(pm)
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm intnefaq bħala hospitality mid-dekasteru li għalih huwa responsabbli mill-5 ta' Settembru 1998 sa l-10 ta' Novembru, maqsuma skond il-Ministeru, Segretarjat, dipartiment jew enti?
Response (MARCO, GUIDO DE)
Jien infurmat li, bejn il-5 ta' Settembru u l-10 ta' Novembru 1998, ġie kommess infieq għal ospitalita' fid-diversi uffiċċji u Missjonijiet Maltin tal-Ministeru tiegħi kif se nghid:
Uffiċċju Prinċipali Lm 5,063 li minnhom, somma ta'
Lm3,892 tħallset wara
l-10 ta' Novembru 1998
Direttorat ta' l-Unjoni
Ewropea Lm 38
Missjonijiet Maltin fil-kapitali
--------------------------------
Baghdad Lm -
Beijing Lm 211
Bonn Lm 385
Brussell Lm 1,263
Kajr Lm 76
Canberra Lm 294
Ġinevra Lm -
Londra Lm 24
Madrid Lm 106
Moska Lm 13
New York Lm 574
Pariġi Lm 262
Riyadh Lm 654
Ruma Lm 87
Strasburgu Lm 268
Toronto Lm 149
Tripli Lm 148
Tuneż Lm 27
Vjenna Lm 84
Washington Lm 36
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq bħala hospitality mid-dekasteru li għalih huwa responsabbli mill-5 ta' Settembru 1998 sa l-10 ta' Novembru 1998, maqsuma skond il-Ministeru, Segretarjat, dipartiment jew enti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ammont li ntnefaq bħala hospitality mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni mill-5 ta' Settembru 1998 sa l-10 ta' Novembru 1998 għal dak li għandu x'jaqsam il-vot tal-Ministeru Amministrattiv huwa ta' Lm169.29.
Matul l-istess perjodu mis-Segretarjat Parlamentari intnefqu Lm120 bħala hospitality. Intnefqu wkoll Lm65 min-National Pool Complex.
Mill-5 ta' Settembru 1998 sa l-10 ta' Novembru 1998 intnefqu Lm107 bħala Hospitality mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Id-Dipartiment ta' l-Eżamijiet nefaq Lm80.28, id-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji nefaq Lm67.67, l-Universita' nefqet is-somma ta' Lm705.80 filwaqt li l-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija nefaq Lm30.62.
In-nefqa tal-PBS fuq ospitalita' fil-perjodu msemmi kienet tlaħħaq Lm274.88.
Nefqa oħra ta' Lm569.10 biex tkopri laqgħa soċjali għal 300 kontributur tar-radju u t-televiżjoni fi ħdan il-PBS ġiet mifdija permezz ta' barter.
Fl-istess perjodu ta' żmien id-Dipartiment tal-Mużewijiet nefaq Lm720 għal reception li nżammet fit-3 ta' Novembru 1998 għall-ftuħ ta' l-Exhibition "Pheonician Around the Routes of the Mediterranean".
Il-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali, id-Dipartiment tal-Kultura u l-Mediterranean Conference Centre ma nefqu xejn fuq hospitality mill-5 ta' Settembru 1998 sa l-10 ta' Novembru 1998.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq bħala hospitality mid-dekasteru li għalih huwa responsabbli mill-5 ta' Settembru 1998 sa l-10 ta' Novembru 1998, maqsuma skond il-Ministeru, Segretarjat, dipartiment jew enti?
Response (DALLI, JOHN)
In-nefqa fuq `hospitality` fid-dekasteru tiegħi fil-perjodu msemmi hija kif ġej:
Lm
Ministeru 241.60
Segretarjat 74.50
Lottu 124.60
Taxxi Interni 483.74
Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa 114.16
Kuntratti 220.47
Dwana 61.62
Teżor 42.44
Il-Borża 204.09
Bank Ċentrali 1,422.78
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq bħala hospitality mid-dekasteru li għalih huwa responsabbli mill-5 ta' Settembru 1998 sa l-10 ta' Novembru 1998 maqsuma sakond il-Ministeru, Segretarjat, dipartiment jew enti?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-ammont li ntnefaq bħala "hospitality" mill-5 ta' Settembru 1998 sal-10 ta' Novembru 1998 maqsum kif mitlub fil-Mistoqsija huwa kif ġej:-
Ministeru Lm 310.44
Dipartiment tat-Turiżmu Lm 183.00
Institute of Tourism Studies Lm 877.60
National Tourism Organisation - Malta Lm 148.54
Hotels and Catering Establishments Board Xejn
White Rocks Holiday Complex Xejn
Jista'l-Ministru jgħid kemm intnefaq bħala hospitality mid-dekasteru li għalih huwa responsabbli mill-5 ta' Settembru 1998 sa l-10 ta' Novembru 1998, maqsuma skond il-Ministeru, Segretarjat, dipartiment jew enti?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Jien infurmat li fil-perjodu msemmi n-nefqa fuq 'hospitality' kienet hekk:
Ministeru Lm 969.48
Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent Lm 196.31
Diviżjoni tax-Xogħlijiet Lm 278.64
B.I.C.C. Lm 64.00
-----------
Lm1508.43
-----------
Barra minn hekk intnefqet is-somma ta' Lm901. bħala kotba u rigali oħra li fil-fatt ma tqassmux kollha. Dawn jintużaw l-aktar għal żjarat barra minn Malta jew għal delegazzjonijiet uffiċjali.
Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Hospitality
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq bħala hospitality mid-dikasteru li għalih huwa responsabbli mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-10 ta' Novembru 1998, maqsuma skond il-Ministeru, Segretarjat, Dipartiment jew enti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fil-perjodu msemmi mill-Onor. Interpellant ntefqet is-somma ta` LM1511, f`hospitality mill-Ministru u d-diversi Dipartimenti u entitajiet kif gej:
Dipartiment għall-Avjazzjoni Civili LM 30
Dipartiment tat-Toroq LM 31
Awtorita Marittima LM 393
Awtorita tat-Trasport Pubbliku LM 76
Ministeru u Dipartiment għas-servizzi Korporattivi LM 981*
* LM722 kienu spejjeż in konnessjoni ma` Konferenza Internazzjonali dwar it-Trasport l-Ambjent u s-Saħħa li saret f`Ottubru 1998.
Jista' l-Ministru jgħid x'ikkawża l-qtugħ fil-provvista tad-dawl fil-Mellieħa nhar il-11 ta' Novembru għal ħabta tat-8.30 p.m.? Ġew irrapportati xi danni u ħsarat ta' affarijiet domestiċi mir-residenti? Jekk iva, x'għajnuna se testendi l-Enemalta lil dawn ir-residenti?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku fil-Mellieħa fil-11 ta' Novembru 1998 ġiet ikkawżata minn ħsara fuq linja tal-11KV li tipprovdi l-elettriku fl-inħawi tal-Miżieb.
Il-Korporazzjoni ma rċeviet ebda rapport dwar ħsarat f'apparat domestiku.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura ta' l-art u tal-baħar għandu reġistrati f'isem l-ministeru u f'isem id-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu, dipartiment b'dipartiment?
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura ġiet mixtrija għall-ministeru jew għal xi wieħed mid-dipartimenti mis-6 ta' Settembru, 1998 sat-28 ta' Ottubru, 1998?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' vetturi ta' l-art u tal-baħar li għandu il-Ministeru huma dawn:
ART BAĦAR
------- -------
Diviżjoni tax-Xogħlijiet 168 /
Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent 14 3
Dipartiment għall-Immaniġjar ta' l-Iskart 29 /
-------------
211 3
-------------
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu karozzi tal-kiri mal-ministeru u mad-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu dipartiment b'dipartiment?
Jista' l-Ministru jgħid ukoll min huma l-kerrejja ta' dawn il-karozzi u jekk il-kirjiet humiex isiru permezz ta' kuntratt li għalih ħarġu l-offerti jew permezz ta' direct orders?
Jista' l-Ministru jgħid kemm qed tlaħħaq l-ispiża kuljum għall-kiri ta' dawn il-karozzi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
In-numru ta' karozzi tal-kiri li għandu l-Ministeru huwa 59.
Il-kiri ta' dawn il-karozzi saru kollha bil-kuntratti. Dawn il-karozzi qed jinkrew mingħand:
Butterfly Garage;
St. John's Garage;
Sterling Car Hire;
Pyramid Enterprises Garage;
Swift Garage.
L-ispiża ta' kuljum għal dawn il-karozzi hija ta' Lm257.53.
Jista' l-Prim MInistru jgħid jekk huwiex il-ħsieb tal-gvern li skond ix-xewqa tal-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan, Palazzo Spinola jiġi mgħoddi lill-kunsill biex jintuża, kemm bħala uffiċini tal-kunsill u kemm bħala civic centre? Jekk fin-negattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu l-ħsieb tal-gvern fl-użu ta' Palazzo Spinola?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Palazzo Spinola qiegħed temporanjament jintuża mill-
Ministru tat-Turiżmu sakemm jitlesta l-Auberge d'Italie.
It-talba tal-Kunsill Lokali ta` San Ġiljan tkun tista` tiġi
kunsidrata fil-kuntest tal-politika introdotta mill-Gvern
preżenti ta` devoluzzjoni lokali favur il-Kunsilli Lokali.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex coaches u mini buses ma jibqgħux jiġu pparkjati fi tmiem il-ġimgħa fi Triq Reġjonali int u sejjer lejn Pembroke quddiem id-daħla għal Paceville, peress li jeżisti periklu serju għas-sewwieqa kull meta jiġu pparkjati vetturi fl-imsemmi post, tant li xi snin ilu fil-post imsemmi mietu tlett żgħażagħ wara li baqgħu deħlin f'coach li kienet ipparkjata?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
10.12.98(pm)
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-applikazzjoni Nru. 0933/96 li ġiet ippreżentata lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar mill-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan sena u nofs ilu, liema applikazzjoni tikkonsisti fi proġett ta' land scaping tal-playing field u l-inħawi ta' Ta' Ġiorni? Jista' l-Ministru jara li din l-applikazzjoni tiġi pproċessata mill-aktar fis possibbli biex ikun jista' jinbeda x-xogħol tant meħtieġ?
Response (BORG, TONIO)
Jien infurmat li d-Direttorat ta' l-Ippjanar ma sab l-ebda oġġezzjoni għat-talba wara li ġew sottomessi pjanti ġodda mingħand il-perit. Bħal issa qiegħed jiġi kkonsultat id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, u għandhom isiru emendi żgħar fuq il-pjanti sottomessi rigward ir-rampi, it-taraġ u dik il-parti tal-ġnien pubbliku li qiegħda ma' ġenb triq ta' Ġiorni. L-applikazzjoni ser tiġi pproċessata mill-aktar fis possibli.
10.12.98(pm)
Jista' l-Ministru jikkonsidra li jinfetaħ Day Centre għall-anzjani f'San Ġiljan? Jaf il-Ministru li l-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan ilu li wera x-xewqa li jinfetaħ dan id-Day Centre?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Hija l-politika ta' din l-amministrazzjoni li n-numru ta' 'Day Centres' jiżdied. Diġa għandna diversi talbiet għal 'Day Centres' ġodda. Pero', sal-lum m'għandna l-ebda talba bil-miktub mill-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan sabiex jinfetaħ 'Day Centre' ġdid.
10.12.98
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ebda skola ta' l-istat ma ġiet mistiedna biex tieħu sehem fil-Jum Miftuħ li għadu kemm ġie organizzat fit-Teatru Manoel dan l-aħħar?
Jistgħu jittieħdu passi biex f'okkażjonijiet simili jiġu mistiedna skejjel ta' l-Istat biex niġbdu aktar żgħażagħ u tfal lejn it-teatru?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bażikament din l-attivita' li kienet miftuħa għall-pubbliku ġiet imtella' mill-Ħbieb tat-Teatru Manoel u kienet l-ewwel esperjenza li xi skejjel ġew involuti. Wara s-suċċess ta' din l-attivita' hemm il-ħsieb li s-sena ddieħla jiġu mistiedna dawk l-iskejjel tal-Gvern li jkunu interessati.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu dwar ir-raġunijiet li llum waslu għal protesti minn għalliema u studenti tal-Junior Lyceum Ġużeppi Despott tal-Verdala dwar nuqqas ta' għalliema, nuqqas ta' għamar fil-klassijiet, ħmieġ f'diversi nħawi ta' l-iskola u xogħol urġenti ta' manutenzjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
L-ewwel ħaġa li għamilt kienet li tlabt lis-Segretarju Permanenti jinizja stħarriġ serju li jispjega x'wassal għad-diffikultajiet f'din l-iskola.
Sadanittant malli d-diviżjoni ġiet mgħarrfa bin-nuqqas ta' siġġijiet, ittieħdu passi biex numru ta' siġġijiet jiġu mislufa lill-iskola. Qed isir ukoll xogħol ta' manutenzjoni fl-iskola. Fil-vaganzi tal-Milied, il-ħames klassijiet li għadhom kif inbnew ser jinżebgħu mill-ġdid, kif kien ippjanat.Għandu wkoll jitkompla l-proġett ta' żvilupp u riabilitazzjoni ta' din l-iskola. Fil-fatt id-development brief tlesta u dan ġie diskuss ma' l-istaff ta' l-iskola.