Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #1284 Sitting 28 1998-12-10 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru għall-Intern — Hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq bħala hospitality mid-dikasteru li għalih huwa responsabbli mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-10 ta' Novembru, 1998 maqsuma skond il-ministeru, segretarjat, dipartiment jew enti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 11.12.98(am)
Leg 9 PQ #1453 Sitting 28 1998-12-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Rabat — Zona industrijali

Question

Jista' l-Ministru jara li jdaħħal fil-pjanijiet tiegħu żvilupp ta' Industrial Estate fir-Rabat, Malta? Billi din il-problema fir-Rabat ilha pendenti għal numru ta' snin u apparti l-problemi ambjentali li qed tikkawża, qed iċċaħħad ħafna żgħażagħ milli jiżviluppaw dawn is-snajja' sabiex jaqilgħu l-għajxien tagħhom, jista' l-Ministru jirrimedja għal dan il-bżonn mill-aktar fis possibbli? Jekk fl-affermattiv, meta u fejn?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Benefiċċji soċjali — Ommijiet xebbiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija tiegħi dwar l-ommijiet xebbiet, jista' d-dipartiment almenu jestendi l-informazzjoni lill-Kamra dwar l-istatistika għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Nru. 59, nixtieq inkompli nżid li taħt il-liġi dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap 318) ma hemm l-ebda provediment ad hoc dwar xebba omm. Il-provedimenti speċjali li hemm fil-liġi jittrattaw dwar ġenitur waħdu irrispettivament mis-sess ta' dik il-persuna. Għalkemm fost dawn hemm inklużi l-ommijiet xebbiet insibu wkoll romol, u persuni miżżewġa separati. Mhux kull ġenitur waħdu jew xebba omm tikkwalifika għall-għajnuna. Barra minn hekk xebba omm tista' tkun qed tiġi mantnuta minn xi persuna oħra li tkun qed tgħix fl-istess dar tagħha, f'liema każ, f'għajnejn il-liġi din tiġi meqjusa bħala familja. Għaldaqstant qatt ma nħasset il-ħtieġa li d-Dipartiment iżomm statistika dwar ommijiet xebbiet li jgħixu waħedhom. B'danakollu tlabt lid-Dipartiment jagħmel eżerċizzju dwar in-numru ta' xebbiet ommijiet li għandhom il-kura ta' ulied u li qegħdin jieħdu l-'Allowance' tat-Tfal u irriżulta li minn dawn hemm 928. 11.12.98
Leg 9 PQ #1455 Sitting 28 1998-12-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Zoni industrijali — Żvilupp

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-policy li għandu l-gvern sabiex fil-ħames snin li ġejjin jiżviluppaw industrial estates ġodda f'Malta? Fil-fatt fiex waslu l-proġetti li kien beda Gvern Laburista preċedenti dwar dawn l-industrial estates?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #1456 Sitting 28 1998-12-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Rabat — Misraħ is-Saqqajja - Tqaċċit ta' siġra

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fuq liema raġunijiet u għal-liema kriterji tqaċtet waħda mis-siġar li hemm f'Misraħ is-Saqqajja fir-Rabat, Malta? Meta saret din it-talba mir-residenti? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport ta' l-uffiċjali ta' l-Urban and Rural Landscaping dwar dan il-kas? Fil-fatt meta se titħawwel siġra oħra u dawn is-siġar se jinbidlu? X'konsultazzjoni saret mal-Kunsill Lokali tar-Rabat u l-Urban and Rural Landscaping Board dwar dan?

Response (ZAMMIT, NINU)

Saret talba kemm mill-Kunsill Lokali tar-Rabat fil-14.10.98 kif ukoll mill-Kunsill Lokali tal-Mdina fil-15.10.98 biex issir żabra tas-siġar li hemm fuq in-naħa tan-niċċa ta' San Pawl fis-Saqqajja. Meta kienet qed tittwettaq żabra ħafifa tal-ġandar, twarrbet ukoll siġra tal-ficus li ilha mejta sentejn. Il qtugħ ta' siġar mejta f'postijiet ċentrali huwa proċedura normali u ma jirrekjedi l-ebda referenza lill-Kunsilli jew entitajiet oħra. Hemm pjanijiet biex jitħawlu bosta siġar f'diversi lokalitajiet fejn dawn huma neqsin, hekk kif it-temp u r-riżorsi neċessarji jippermettu.

Persuni b'Diżabilita' — Sussidju fuq karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa n-numru ta' persuni b'diżabilita' li applikaw għal benefiċċju ta' eżenzjoni jew sussidju fuq karozzi għal użu personali tagħhom matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? Kemm minnhom ġew milqugħa u fuq liema kriterji ġew miċħuda xi applikazzjonijiet partikolari?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru hija kif tidher hawn taħt: Sena Numru ta' Rakkomandati Mhux Irtirati Applikazzjonijiet Eliġibbli 1994 96 76 11 9 1995 106 85 9 12 1996 106 86 6 14 1997 91 81 4 6 1998(*) 131 96 1 2 (**) (*) sat-30 ta' Settembru (**) 32 li jibqgħu huma applikazzjonijiet li għadhom qed jiġu pproċessati. L-applikazzjonijiet li ġew miċħuda ma ntlaqgħux għax ma jikkwalifikawx skond il-kriterji stabiliti bi qbil bejn il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' u l-Ministeru tal-Finanzi. 11.12.98
Leg 9 PQ #1570 Sitting 28 1998-12-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Diparitment ta' l-Agrikoltura — Tħawwil ta' siġar

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-programm ta' xogħlijiet li se jwettaq id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura fir-rigward ta' tħawwil ta' siġar arbuxelli eċċ fit-tliet xhur li ġejjin? Kemm fil-fatt tħawwlu siġar f'Ottubru li għadda, fejn u x'tip ta' siġar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Hemm programm ta' tħawwil ta' 13,000 siġra, arbuxelli u pjanti oħra. Fix-xahar ta' Ottubru ġew imħawwla 489 siġra u 2,033 arbuxell. Dawn tħawwlu il-Birgu, il-Kalkara, Qormi, Ġnien Gaddafi, Tiq Garibaldi, Ġnien is-Serenita', Safi, il-Palazz tal-Girgenti, Attard, Mtarfa, Għargur, Lija, l-Argotti, il-Mall tal-Furjana u l-Belt. Is-siġar kienu tat-Thuya, Ċipress, Palm, Rummien, Żebbuġ, Tamarix, Prinjol, Larinġ, Ficus Schinus, Quercus, Acacia, Casuarina u Eucalyptus.
Leg 9 PQ #1962 Sitting 28 1998-12-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Ta' Ġiorni — Berġa

Question

Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb tal-Gvern li jiftaħ berġa medika fl-inħawi ta' Ta' Ġiorni jew f'xi nħawi oħra f'San Ġiljan?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-Kura Primarja diġa għandu servizz ta' Berġa f'San Ġiljan. Id-Dipartiment għandu wkoll servizz ta' Berġa f'San Gwann.
Leg 9 PQ #1963 Sitting 28 1998-12-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

San Ġiljan — Triq Birkirkara

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għadux il-ħsieb tal-Gvern li jwettaq il-proġett kontra l-għargħar ta' l-ilmijiet fi Triq Birkirkara, f'San Ġiljan? Jekk għadu l-ħsieb, jista' l-Ministru jara li titħaffef il-proċedura sabiex il-proġett ikun jista' jsir bla dewmien bla bżonn u dan għall-benefiċċju tar-residenti li joqogħdu fl-imsemmija triq biex ma jkomplux ibatu mill-inkonvenjenti li din il-problema ġġib magħha?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari numru 2206 (Seduta 27).

Pembroke — Proġett ta' Triq il-Ġdida

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 747?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li kellu jsir xogħol preparatorju biex faċilitajiet sportivi effetwati mill-progett tat-triq ikunu resited sabiex tgħaddi it-triq. Fil-prezent qegħdin jinbnew retaining wall taħt it-triq ezistenti u malli dan jitlesta` it-triq tkun tista` tiġi asfaltata. Qiegħed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra il-pjanta mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #2054 Sitting 28 1998-12-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

ITS — Ikla bi trattament ta' VIP

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li 16-il ruħ attendew għal ikla akkumpanjata bi trattament VIP fl-ITS nhar il-Ħamis, 26 ta' Novembru, 1998 f'nofsinhar? Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx ħlas għal din l-ikla u jekk sar, minn min sar u jekk ma sarx, għaliex? Jekk ma sarx ħlas, xi kriterji ntużaw għal din ir-raġuni? Jekk sar il-ħlas, jista' l-Ministru jpoġġi l-irċevuti konnessi fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ir-"restaurant" ta' l-"Institute of Tourism Studies" (ITS) huwa miftuħ għall-pubbliku mit-Tnejn sal-Ħamis għal "lunch". Tajjeb li l-Onor. Membru jkun jaf li dak li huwa sejjaħ bħala trattament VIP fil-fatt jingħata l-istess lil kulħadd inkluż lil dawk in-nies li għalihom qed issir referenza fil-Mistoqsija. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-"Invoice" li ntbagħtet għal din l-ikla kif ukoll kopja taċ-"cheque" li sar biex ikopri l-ħlas.

Ministeru tas-Servizzi Soċjali — Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura (ta' l-Art u tal-Baħar) għandu reġistrat f'isem il-ministeru u f'isem id-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu, dipartiment b'dipartiment? Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura ġiet mixtrija għal ministeru jew għal xi wieħed mid-dipartimenti mis-6 ta' Settembru, 1998 sat-28 ta' Ottubru, 1998?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi għall-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant dwar il-vetturi li huma reġistrati fil-Ministeru, Dipartimenti u Organizzazzjonijiet li jiffurmaw parti mid-dikasteru tal-Ministru għall-Politika Soċjali, u dwar xiri ta' vetturi mill-istess entitajiet li sar bejn is-6 ta' Settembru u t-28 t'Ottubru. Din l-informazzjoni qed tinġabar u tweġiba tingħata aktar il-quddiem. 11.12.98

Ministeru tas-Servizzi Soċjali — Karozzi tal-kiri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu karozzi tal-kiri mal-ministeru u mad-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu dipartiment b'dipartiment? Jista' l-Ministru jgħid ukoll min huma l-kerrejja ta' dawn il-karozzi u jekk il-kirijiet humiex isiru permezz ta' kuntratt li għalih ħarġu l-offerti jew permezz ta' direct orders? Jista' l-Ministru jgħid kemm qed tlaħħaq l-ispiża kuljum għal kiri ta' dawn il-karozzi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qegħda tinġabar. 11.12.98
Leg 9 PQ #2207 Sitting 28 1998-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Beach concessions

Question

Veru li l-beach concessions meta jingħataw l-art mill-gvern ikollhom il-kondizzjoni li jżommu nadifa parti mill-art ta' madwarhom? Kemm tinżamm din il-kondizzjoni? X'sorvelja qed issir biex jiġi żgurat li din l-obbligazzjoni tiġi rispettata?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-kerrejja tal-beach establishments li jinsabu fuq art tal-gvern għandhom encroachment permit għal użu ta` biċċa mill-bajja bħala beach concession. Uħud minnhom huma marbuta li jżommu parti oħra mill-bajja nadifa. Id-Dipartiment ta` l-Artijiet qatt ma kellu lmenti li din il-kundizzjoni mhux qegħda tiġi miżmuma. 11.12.98(am)
Leg 9 PQ #2208 Sitting 28 1998-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Tfal jbatu bl-ażma

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi statistika teżisti dwar kemm tfal u addoloxenti jbatu bl-asthma fl-eta' ta' bejn sena u 16 sena f'Malta u f'Għawdex? X'inizjattivi qed jittieħdu flimkien ma' l-awtoritajiet edukattivi biex kemm jista' jkun f'pajjiżna jkollna inqas tfal u addoloxxenti jbatu mill-asthma?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-unika figura li għandna fuq l-ażżma fuq it-tfal huwa minn studju ppublikat fi Frar 1997 jismu ``Asthma and other allergic conditions in childhood in the Maltese Islands (ISAAC) Montefort, Lenicker, Caruana and Agius Muscat. Il-figuri juru li fl-etajiet studjatai hemm problema kbira bl-ażżma fit-tfal Maltin u Għawdxin. F'madwar 4,000 tfal li ħadu sehem, fl-eta' ta' bejn 5 - 8 snin, 8.8 fil-mija kienu għadhom ikollhom tisfir f'sidirhom fl-aħħar sena. Imqabbel ma' studju simili f'1985, f'din l-eta' il-prevalenza ta' l-ażżma f'Malta kważi rduppjat. F'4,000 tfal oħra bejn 13 - 15-il sena kien hemm 16 fil-mija tat-tfal għadhom b'sintomi tat-tisfir fis-sider fl-aħħar sena. 22 fil-mija minn dawn ta' l-aħħar kellhom attakk qawwi ta' l-ażżma fis-sena tal-istudju (1995). Ir-riżultati ta' dan l-istudju u diversi rikomandazzjonijiet kienu mogħtija lill-Ministeri tas-Saħħa u ta' l-Edukazzjoni b'pariri x'jista jsir biex f'Malta nippruvaw intaffu l-problema tal-ażżma fit-tfal. Bħala parti mill-Health Vision 2000, kienu saru diversi laqgħat bejn esperti fl-ażżma u fil-qasam tal-amministrazzjoni tas-Saħħa biex joħroġ dokument fuq din il-kundizzjoni tant komuni fost il-Maltin.
Leg 9 PQ #2209 Sitting 28 1998-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Furtu Selvatico - Għalliema nieqsa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema nieqsa fl-iskola Furtu Selvatico tan-Naxxar? F'liema suġġetti? Għaliex għadd ta' klassijiet qed ikollhom ħafna free lessons?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li meta xi għalliem ikun nieqes minħabba mard l-istudenti fil-Form 1,2,3 jintbagħtu fil-klassijiet tal-Year Group tagħhom. Dawk fil-Form 4,5 jintbgħat għalliem magħhom.

Kanċillier Ġermaniż Schroeder

Question

Fil-laqgħa li kellu mal-Kanċillier Ġermaniż Schroeder nhar it-Tlieta, 1 ta' Diċembru, 1998, il-Prim MInistru Franċiż Lioned Jospin qal li l-pajjiżi applikanti jidħlu fl-Unjoni Ewropea "meta jiddeċiedu li kapaċi jilqgħu għax-xokk ekonomiku li ġġib magħha għaqda fl-Unjoni Ewropea." Meta jaħseb li pajjiżna se jkun inbidel biżżejjed skond ir-regolamenti u l-liġijiet kollha ta' l-Unjoni Ewropea biex ikun kapaċi jilqa' għax-xokk ekonomiku li Jospin jgħid li ġġib magħha sħubija fl-Unjoni Ewropea?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-amministrazzjoni preżenti qed tieħu l-passi kollha meħtieġa biex il-bidliet ekonomiċi neċessarji jsiru mingħajr skossi u b'mod sistematiku sabiex meta jasal iż-żmien li fih eventwalment Malta tibda tifforma parti mill-Unjoni Ewropea, l-ekonomija ta' pajjiżna tkun ippreparata biex tilqa' l-isfidi ġodda li tali sħubija ġġib magħha. Tajjeb wieħed jgħid li l-bidliet kontemplati għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea huma l-istess bħal dawk neċessarji biex tissieħeb fil-Free Trade Area li l-gvern preċedenti ried jagħżel ma' l-Unjoni Ewropea.
Leg 9 PQ #2270 Sitting 28 1998-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Eżamijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għadx hemm il-ħsieb li titkompla l-kollaborazzjoni bejn l-Universita' ta' Malta, id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u l-EDEXCEL ta' l-Universita' ta' Londra dwar l-eżamijiet tas-SEC u tal-MATSEC? Jekk le, x'inhuma r-raġunijiet li twarrbet din il-kollaborazzjoni? Jekk se titkompla din il-kollaborazzjoni, liema forom se tieħu? Kif se tiżviluppa fiż-żmien li ġej?

Response (GALEA, LOUIS)

Kif jaf l-Onor. Membru bħalissa l-proċeduri kollha tas-SEC u tal-MATSEC qed jiġu mistħarrġa minn Review Board. Meta dan il-Bord jagħti l-pariri tiegħu, wieħed ikun f'pożizzjoni li tittieħed deċiżjoni jekk jiġux stabbiliti jew le relazzjonijiet ma' l-EDEXCEL.
Leg 9 PQ #2272 Sitting 28 1998-12-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qrati — Organizzatur ta' rave party

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk jistax ikun hemm xi forma ta' sentencing policy biex ma jerġax ikollna każ bħal dan l-aħħar fejn organizzatur ta' rave party li fuq sensiela ta' akkużi li dwarhom instab ħati, spiċċa weħel il-multa redikola ta' Lm100?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-liġi stess toħloq il-parametri li fihom qorti tista tagħti sentenza. Jien infurmat illi l-Avukat Ġenerali intavola appell mis-sentenza msemmija mill-Onorevoli Interpellant, u ma jidhirx għalhekk li jkun xieraq li nikkummenta oltre f'dan l-istadju.
Leg 9 PQ #995 Sitting 27 1998-12-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Tax payers

Question

Billi t-tax payers numri 72338/M, 363652/M, 944649/M, 290632/M, 568155/M, 255750/M, 457967/M, 552227/M u 372138/M għandhom oġġezzjonijiet li ilhom pendenti s-snin, jista' l-Ministru jara li dawn jiġu trattati fl-affermattiv? Jekk iva, meta?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 991.