Jista' l-Prim Ministru jara li l-każ li hemm pendenti fl-ismijiet li qed jintbagħtu separatament fejn jittratta każ ta' avukata li fiċ-ċirkostanzi hi u l-familja tagħha sofrew u għadhom isofru ħafna fuq kwestjoni li ġiet ħafna u ħafna fl-idea tiegħi inutilment minfuħa mill-awtoritajiet, jara li jreġġa' kollox lura u jara li jsir dak mistħoqq favur din l-istess avukata u l-familja tagħha li fuq kollox diġa' saritilha ħafna ħsara kemm fil-professjoni u fis-soċjeta' għal
xejn? Il-Prim Ministru ma jarax li jekk jibqa' hekk sieket din l-inġustizzja fiċ-ċirkostanzi se tkompli titwal?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien infurmat li l-każ li għalih qed jirreferi l-Onorevoli
Membru jirrigwarda proċeduri ta' dixxiplina li saru fuq
avukatessa, li kienet uffiċjal pubbliku, mill-kap tad-
dipartiment tagħha. Dawn kienu proċeduri li jirrigwardaw
allegata insubordinazzjoni. Din l-uffiċjal irriżenjat mis-
servizz u għażlet li l-proċeduri dixxiplinarji ma
jitkomplewx kontra tagħha. Iżda għamlet ċitazzjoni fil-
Qorti fuq punt preliminari li nqatet kontra tagħha, u wara
li appellat, il-Qorti ta' l-Appell ikkonfermat l-ewwel
deċiżjoni. Issa għamlet kawża Kostituzzjonali fuq l-istess
punt, tilfitha fl-ewwel stanza u hemm Appell quddiem il-
Qorti Kostituzzjonali fuq l-istess punt.
Jidher li kienet l-avukatessa li nefħet il-każ u ġabet
fuqha l-konsegwenzi li qed issemmi, bil-ħafna proċeduri li
għażlet li tiftaħ fil-Qorti. F'dan l-istadju wieħed irid
issa jistenna li jiġi deċiż l-Appell Kostituzzjonali.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Bord ta' Inkjesta mwaqqaf mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali dwar il-każ tal-Gżira ħass illi m'għandux jieħu aktar konjizzjoni tal-każ sakemm din il-kwestjoni tibqa' sub-judice?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Permezz ta' ittra datata 31 ta' Awissu 1998 lill-Onor
Freddie Portelli, Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali, ic-
Chairman tal-bord maħtur mill-istess Ministru fisser li l-
proċeduri legali mibdija quddiem il-Qorti Ċivili rrendew
il-pożizzjoni tal-bord prekarja u għaldaqstant diffiċli li
jasal għall-konklużjonijiet mixtieqa.
Fl-istess ittra ġie ritenut li: Minħabba li din il-
kwistjoni issa tinsab sub judice il-bord iħoss li ma
għandux jieħu aktar konjezzjoni tal-Każ.
Wara bidla fl-amministrazzjoni, il-Prim Ministru, bħala
Ministru responsabbli mill-Kunsilli Lokali qabel li l-
Investigazzjonijiet mibdija minn dan il-bord għandhom jiġu
posposti sakemm jiġu konklużi l-proċeduri legali, u dan
peress li dawn il-proċeduri jistgħu jwasslu għall-proċeduri
ulterjuri permezz tal-Pulizija jekk jinstabu provi sodi
dwar dan.
Ministeru tas-Sigurta Soċjali — Żjarat barra minn Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm delegazzjonijiet mid-dikasteru tiegħu li għamlu żjarat barra minn Malta mill-10 ta' Settembru sal-lum? Minn min kienu magħmula dawn id-delegazzjonijiet, x'kien l-iskop tad-delegazzjoni, kemm kienet l-ispiża, x'kien il-perjodu li għamlu msiefra u lil liema aġenzija/i sar il-ħlas?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru.
11.12.98
Jista' l-Ministru jgħid min jipprintja l-VAT form, jekk hux l-Istamperija tal-Gvern jew inkella xi stamperija privata? Jekk hija stamperija privata, liema hi? Fiż-żewġ eventwalitajiet kemm jiswa l-printing ta' dawn il-kotba ta' l-irċevuti tal-VAT?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li it-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f`xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jelenka, sena b'sena, minn meta bdiet l-iskema tal-Homehelp għall-anzjani: (1) kemm nies applikaw għal din l-iskema; (2) kemm nies ingħataw dan is-servizz; (3) kemm kienu impjegati CSAs; (4) kemm swiet din l-iskema kull sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Rigward Mistoqsija Parlamentari Nru. 2456 l-informazzjoni qegħda tinġabar u tingħata aktar il-quddiem.
11.12.98
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2095, jista' l-Ministru jgħid kemm hawn familji b'ġenitur wieħed li jirċievu allowance u li jiddikjaraw li għandhom dħul ta' inqas minn Lm4,000? Kemm se tiswa l-miżura soċjali ġdida li se tolqot lil din il-kategorija?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru. 2282.
Jista' l-Ministru jelenka, sena b'sena mill-1988 sa l-1998, kemm il-gvern ipprovda housing units kull sena u kemm swew dawn il-units?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi n-nefqa kapitali tal-Housing Authority għall-bini ta' units ġodda (mhux maintenance) għas-sena 1999? Jista' jgħid ukoll kemm se jipprovdu housing units ġodda (esklużi requisitions); kemm minn dawn se jkunu għall-bejgħ u kemm se jkunu mikrija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni voluminuża mitluba mill-Onor. Membru fl-ewwel parti tal-Mistoqsija tiegħu kienet ingħatat fit-Tweġiba għal Mistoqsija W1443 waqt il-leġislatura preċedenti. Din it-Tweġiba kienet ingħatat għall-aħħar ta' Frar ta' din is-sena.
Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija tingħata Tweġiba f'xi Seduta oħra.
11.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew trasferiti anzjani mid-dar ta' l-anzjani tal-Furjana? F'liema dar privata jew hotel ġew alloġġjati? X'inhuma r-rati bażiċi li qed jiġu mħallsa mid-dipartiment għal dawn l-anzjani? Hemm rati extra li jridu jitħallsu f'każ ta' użu ta' medical sundries disposable? Sabiex l-anzjani jintbagħtu f'dan il-post/postijiet, ġew maħruġa tenders?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta fuq l-istess suġġett li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 2020.
M'għandi xejn x'inżid ma din ir-risposta.
11.12.98
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx ippjanat mid-dipartiment li jsir tibdil ta' katusi tad-drenaġġ ġewwa l-Fgura, Zabbar u Xgħajra tul is-sena 1999?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li hemm ħsieb li jinbidlu l-katusi fi Triq in-Nissieġ, Żabbar u ħdejn Cottoner Avenue, l-Fgura.
Barra minn hekk, qed isir 'adjudication' ta' tender għall-master plan design fuq is-sistema tad-drenaġġ tas-South, fejn ix-xogħol ta' infrastruttura propja jibda fi żmien tlett snin.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba hemmx maħsub li l-għassa tal-pulizija ġewwa l-Fgura tiġi mkabbra għall-ħtiġijiet u esiġenzi preżenti tal-post, li kull sena jibqa' jikber?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi għalissa għad m'hemmx dan il-ħsieb.
11.12.98(pm)
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta hi l-aħħar darba li saritilha manutenzjoni l-għassa tal-pulziija ġewwa r-raħal ta' Wied il-Għajn u jekk kemm-il darba hemmx il-ħsieb li din tiġi ċeduta għal skopijiet kulturali?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ilu ħafna ma' jsir mauntenzjoni f'din l-Għassa prinċiparjament minħabba l-fatt illi kien hemm il-ħsieb illi l-Għassa tal-Pulizija kienet se tkun inkorporata fil-bini taċ-Ċentru Ċiviku li kellu jinbena. Jiena nfurmat ukoll li hemm il-ħsieb illi parti minn dan il-bini jibda jintuża mill-Girl Guides tal-lokal.
11.12.98(pm)
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm kirjiet u ċnus mogħtija mil-Lands Department lill-pubbliku in ġenerali li ma jaqbżux il-Lm100 bħala kera fis-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta' kirjiet u ċnus mogħtija mid-Dipartiment ta' l-Artijiet lill-pubbliku in ġenerali u li l-kera/ċens tagħhom hija Lm100 jew anqas huwa ta' 16,613.
11.12.98(pm)
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba hemmx il-ħsieb li peress li s-sena li ġejja jaħbat l-anniversarju mill-mewt ta' l-artist Mattia Preti, issir esibizzjoni speċjali tal-pitturi li għandu f'idejh l-Istat?
Response (GALEA, LOUIS)
Kif qal tajjeb l-Onor. Kollega, is-sena li ġejja jaħbat it-tielet ċentinarju mill-mewt ta' Mattia Preti, il-pittur kbir tal-Barokk li ta kontribuzzjoni verament straordinarja lill-wirt kulturali Malti, b'mod partikolari fil-kamp ta' l-arti.
Bħal reġjuni oħra fejn Mattia Preti kien attiv, Malta wkoll, permezz ta' inizjattivi tad-Dipartiment tal-Mużewijiet, ħejjiet programm kommemorattiv għal dan l-avveniment.
Fost l-inizjattivi li ttieħdu s'issa, wieħed jista' jsemmi s-sett ta' erba' Telecards li ħarġet il-Maltacom, li jirriproduċu pitturi magħrufa ta' Preti. Reċentament Maltapost Ltd ħarġet ukoll sett t'erba' bolli b'xogħlijiet ta' l-istess artist, waqt li l-Air Malta ipprerparat kalendarju għal 1999 bil-pitturi ta' Preti li qegħdin fil-Mużew ta' l-Arti.
Bejn 23 ta' Diċembru 1998 u 15 ta' Frar 1999 il-Mużew ta' l-Arti se jorganizza żewġ wirjiet importanti - waħda tikkonsisti f'disinji oriġinali ta' Preti - xi wħud minnhom mislufin minn Mużewijiet barranin - u l-oħra ta' artisti kontemporanji li se jkunu mistiedna jinterpretaw l-ispirtu tax-xogħol ta' Mattia Preti.
Fis-7 ta' Jannar hu maħsub li ssir ċerimonja reliġjuża kommemorattiva fl-Oratorju ta' San Ġwann, il-Knisja li Preti ttrasforma f'wieħed mill-aqwa monumenti ta' l-arti Barokka u fejn Preti nnifsu jinsab midfun.
Qed isiru wkoll preparazzjonijiet biex wirja ta' pitturi ta' Mattia Preti imħejjija mill-Museo Civico di Taverna tinġieb pajjiżna f'April u Mejju 1999. Din il-wirja intitolata 'Il Giovane Mattia Preti' tikkonsisti f'xogħlijiet li dan l-artist ipproduċa qabel ma wasal Malta u, għalhekk, tikkomplimenta sew ix-xogħlijiet tiegħu diġa' familjari għalina hawn Malta. Mhux eskluż li ssir wirja oħra b'xogħlijiet ta' Preti. Fil-Budget tad-Dipartiment tal-Mużewijiet għas-sena 1999 hemm ivvotata s-somma Lm15,000 biex ikopru l-ispejjeż konnessi ma' dawn l-attivitajiet.
B'riferenza għal falkun li l-Gvern Laburista kien qed jiftiehem dwaru ma' l-Ordni tal-Kavallieri ta' San Gwann bħala ħlas talli l-Gvern Malti kien se jagħtihom il-Forti Sant'Anġlu, billi l-falkun skond il-liġijiet ta' pajjiżna huwa meqjus bħala tajra protetta u allura la tista' tinqabad titrabba ħajja u wisq inqas tinqatel, jista' l-Ministru jgħid jekk jafx x'kien se jagħmel bil-falkun il-Gvern ta' qabel?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-immaġinazzjoni tiegħi f'dan ir-rigward ma tlaħħaqx ma' dik li seta' kellu l-Gvern preċedenti li kien tant akkanit li, għal raġunijiet li żgur jaf aħjar minni, jingħata falkun kull sena.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra f'liema stadju ta' restawr wasal il-Palazz ta' l-Inkwiżitur ġewwa l-Birgu u jekk tul is-sena d-dieħla huwiex se jkun lest il-proġett kollu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li x-xogħol ta' restawr fil-Palazz ta' l-Inkwiżitur miexi skond ir-riżorsi disponibbli. Bħalissa qed jinbarxu l-ħitan minn qoxra ħoxna ta' tibjid antik. Qed jitneħħa terrapien mirdum f'ċerti kmamar u qed ikun mibdul jew restawrat ġebel u ċangatura, jinfetħu bibien u twieqi li kienu mblukkati u qed jinbnew faċilitajiet sanitarji ġodda għall-viżitaturi.
Matul l-1998 tlesta l-laboratorju u depożitu għall-kollezzjoni tal-ħwejjeġ.
Hu maħsub li x-xogħol strutturali jitkompla matul l-1999. Il-proġett mhux ser ikun lest is-sena d-dieħla.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq bħala hospitality mid-dikasteru li għalih huwa responsabbli mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-10 ta' Novembru, 1998 maqsuma skond il-ministeru, segretarjat, dipartiment jew enti?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għal din it-tweġiba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq bħala hospitality mid-dikasteru li għalih huwa responsabbli mill-5 ta' Settembru 1998 sal-10 ta' Novembru, 1998 maqsuma skond il-ministeru, segretarjat, dipartiment jew enti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mill-5 ta' Settembru 1998 sal-10 ta' Novembru in-nefqa bħala "hospitality" kienet kif ġej:
Ministeru Lm 129.77
Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Lm 70.26
Dipartiment tas-Saħħa Lm 300.07
Fondazzjoni għas-Servizzi Medici Lm 76.00
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq bħala hospitality mid-dikasteru li għalih huwa responsabbli mill-5 ta' Settembru 1998 sal-10 ta' Novembru, 1998 maqsuma skond il-ministeru, segretarjat, dipartiment jew enti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant dwar 'Hospitality' li ntnefaq mill-5 ta' Settembru 1998 sal-10 ta' Novembru 1998 hu dan:
Lm
Ministeru 26.75
Segretarjat Parlamentari 113.36
Dipartiment Servizzi Korporattivi Xejn
Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali Xejn
Dipartiment tax-Xogħol Xejn
Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja Xejn
Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' 165.59
Aġenzija SEDQA 88.15
Awtorita' tad-Djar 359.00
Programm Ħidma Soċjali Xejn
Bord tal-Ko-operattivi 59.00
Kummissjoni Ħarsien tas-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol Xejn
Dipartiment għad-Drittijiet tan-Nisa Xejn
Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar Xejn
Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali 58.76
Dipartiment għall-Kura ta' l-Anzjani Xejn
Korporazzjoni tal-Impiegi u Taħriġ 6.60
11.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq bħala hospitality mid-dikasteru li għalih huwa responsabbli mill-5 ta' Settembru 1998 sa l-10 ta' Novembru, 1998 maqsuma skond il-ministeru, segretarjat, dipartiment jew enti?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-ammont ta' hospitality li ntefaq huwa hekk:
Lm
Ministeru 507.30
Corp.Serv. 25.78
Agrikultura 289.80
Veterinarju 48.57
Akkwakultura 126.63
Dawn huma l-'commitments' li saru taħt din l-amministrazzjoni fid-dati msemmija hawn fuq.