Jista' l-Minsitru jgħid kemm huwa n-numru ta' rziezet tat-tjur reġistrati f'Malta u Għawdex u kemm minhom jiproduċu summien u dundjani?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li n-numru ta' rziezet tat-tjur reġistrati f'Malta u Ghawdex hu ta' 441. Dawn huma maqsuma 98 Għawdex u 343 Malta. F'Malta hemm żewġ reġistrazzjonijiet bis-summien u 13 bid-dundjani. F'Għawdex hemm 11-il reġistrazzjoni bid-dundjani.
Jista' l-Ministru jaġġornani bit-tagħrif li jien tlabt skond mistoqsija 32741, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-lista' ta' 539 prodott ta' ikel li fuqhom se jkun hemm special safeguards ta' l-agriculture products li l-UE għanda reġistrati mad-WTO wara li Malta ssir membru ta' l-UE kif spjegat fit-tweġieb tiegħu fis-seduta 720?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nerġa' nirriferi l-Onor. Interpellant għall-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-WTO, li sar qabel u jifforma parti mill-ftehim ta' Maarachesch.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' trakkijiet li qed jintużaw sabiex iġorru l-iskart tal-bajjiet fil-preżent? X'tip ta' trakkijiet huma u kemm huwa l-ħlas kuljum għal kull truck? Jista' jirrispondi l-mistoqsija għas-snin 1998, 1999, 2000, u 2001?
Response (REFALO, MICHAEL)
Infurmat li n-numru ta’ trakkijiet li qegħdin jintużaw sabiex iġorru l-iskart tal-bajjiet fil-preżent huwa ta’ tmienja (8). Mis-sena li għaddiet id-Dipartiment tat-Turiżmu għall-ewwel darba kera żewġ compactors biex ikun jista’ jlaħħaq aħjar max-xogħol.
Fis-snin 1998, 1999 u s-sena 2000 (sa l-aħħar ta’ Settembru) kien hemm tnejn u għoxrin (22) trakk.
Mill-1 ta’ Ottubru, 2000 dawk li kienu jaħdmu bħala impressed drivers ġew impjegati mal-gvern bħala labourers b’żieda ta’ allowance tat-trakk li hija ta’ Lm5.197 kuljum kif stipulata f’MF Circular No 2/2000.
Fis-snin 1998, 1999 u s-sena 2000 (sa l-aħħar ta’ Settembru) dawn it-trakkijiet kienu jitħallsu fuq is-sistema ta’ l-impressed.
Il-ħlas kien kif ġej:
Sena Ħlas Kuljum
1998 Lm14.285
1999 Lm15.241
2000 Lm15.637
Dawn it-trakkijiet huma tat-tip ‘Tipper’ ta’ 5 tunellati u 7 tunellati.
B'riferenza għal mistoqsija 34032, kemm minn nefqa ta' Lm 38,137 intnefqu sabiex jintbagħtu żgħażagħ, ħaddiema mad-dipartiment tal-biedja, jitħarrġu fuq il-produzzjoni agrikola u kemm fuq il-landscaping urban u rurali?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li spejjeż imħallsa bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena għall-taħriġ barra minn Malta ta' impjegati fid-Dipartimenti tal-Biedja u tas-Saħħa tal-Pjanti kienu jammontaw għal Lm 4,636. Kien hemm okkażjonijiet fejn taħrig ingħata bla ħlas mill-istituzzjoni barranija kif ukoll kienu provduti faċilitajiet. Wieħed mill-impjegati għadu għaddej bit-taħriġ.
L-ispejjeż għal taħriġ ta' impjegati barra minn Malta ma kinux inklużi fiċ-ċifra li ngħatat fit-tweġiba għall-mistoqsija 34032. Dan għaliex iċ-ċifra mogħtija kienet tirreferi għal safar konness ma' 'conference' jew 'working'.
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders li ingħataw mid-dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu mill-2000 sa llum? X'jinvolvu dawn ix-xogħlijiet u x'inhu l-valur tax-xogħol li sar?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li fil-perjodu msemmi mill-Onor Interpellant ingħataw "Direct Orders" dwar xogħlijiet u ħwejjeġ simili kif indikat hawn taħt :
Taqsima għas-Servizzi Agrikoli u Żvilupp Rurali
2000 Lm
Trasport ta' Materjal: 237.25
Servizzi Professjonali: 184.00
Xogħol urġenti fil-Fiddien: 1,147.70
Ħlasijiet: 126.50
Twaħħil ta' rħama: 217.00
Servizzi Professjonali: 330.00
Tindif ta' laboratorji: 329.61
Tindif ta' laboratorji: 239.20
Ġarr ta' Container: 155.25
2001 Lm
Servizzi Professjonali: 251.25
Ġarr u clearence ta' containers: 574.00
Servizzi Professjonali: 143.75
Servizzi Professjonali: 172.50
Servizzi Professjonali: 1,497.50
Servizzi Professjonali: 485.00
Tiswija ta' serra: 203.99
Servizzi Professjonali: 460.00
2002 Lm
Ġarr u clearence ta' containers: 602.00
Ġarr u clearence ta' containers: 114.96
Xogħol urġenti fuq il-main sewer fl-AR&DC: 230.00
Servizzi Professjonali: 565.00
Estensjoni ta' toilets: 475.00
Bini ta' ħajt fil-Ġonna ta’ San Anton: 402.00
Taqsima għall-Konservazzjoni u l-Kontroll tas-Sajd
2000 Lm
Slipways: 199
2001 Lm
Slipways: 13,801.90
2002 Lm
Slipways: 8,096.10
Dawn id-Direct Orders ingħataw għax ma kienx hemm min jagħti offerti oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-uniformijiet għall-iskejjel primarja tal-Mosta humiex se jinbidlu u jekk jinbidlu mill-liema klassijiet se jibdew jinbiddlu?
Response (GALEA, LOUIS)
Infurmat li l-uniformi ta' l-iskejjel primarji tal-Mosta ser tinbidel kif ġej:
1) Skola A b'mod obbligatorju għat-tfal tal-Year 1 biss;
2) Skola B b'mod obbligatorju għat-tfal tal-Year 4 biss.
Jista' l-Ministru jinvestiga jekk fiċ-Ċentru tar-Restawr hux qed isir xogħol għall-privat u jekk l-ħlassijiet li jgħaddu jispiċċawx fid-dħul taċ-ċentru? X'sistemi hemm biex jiżguraw li x-xogħol li jsir fiċ-Ċentru għall-privat iħalli dħul għaċ-ċentru u mhux għal xi individwu?
Response (GALEA, LOUIS)
Infurmat li ċ-Ċentru Malti għar-Restawr joffri s-servizzi tiegħu kemm lis-settur pubbliku kif ukoll lill-privat. Fejn ix-xogħol ikun ta' natura kummerċjali, jiġi miġbur il-ħlas skond stima li tkun ingħatat minn qabel lid-Dipartiment, organizzazzjoni jew individwu konċernat. Meta l-proġett ikun wieħed didattiku, jiġifieri l-opra tkun magħżula primarjament għax tkun addattata biex fuqha jipprattikaw l-istudenti mingħajr terminu ta' żmien, ma jintalabx ħlas iżda ħafna drabi ċ-:entru jagħmel kull mezz sabiex jiġbor l-ispejjeż tal-materjal.
Infurmat ukoll li jeżistu proċeduri stabbiliti sabiex jiżguraw li l-ħlasijiet li jsiru jgħaddu kollha kemm huma għaċ-Ċentru. L-ebda xogħol ma jista' jsir fiċ-Ċentru sakemm ma jingħatax numru ta' proġett u tittieħed deċiżjoni mill-Uffiċċju tal-Management tal-proġetti taċ-Ċentru jekk dan għandux jitqies bħala xogħol didattiku jew kummerċjali. F'kull każ, il-ħlas dovut, kemm għas-servizzi u anke għall-materjal, jiddaħħal fil-kotba tal-kontijiet taċ-Ċentru.
Jista' l-Ministru jgħid x'permessi hemm fi Triq il-Faxxina fis-Swieqi biex xi ħadd għamel rampa bil-ħamrija biex jgħaddi b'vetturi tqal għal fejn ipparkjati f'għalqa li tagħti għal fuq it-triq?
X'awtorizzazzjoni hemm biex jagħmel sinjali ta' No Parking quddiem l-aċċess għal din l-għalqa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku ma ħareġ l-ebda permess biex issir rampa bil-ħamrija u lanqas biex issir in-No Parking Sign li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari nru. 34792, jista' l-Ministru jgħid meta saret l-ispezzjoni msemmija u x'azzjoni relattiva se tittieħed u meta?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li fil-fatt ftit ġranet wara li l-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie riferut lill-Korporazzjoni Enemalta, ħaddiema tal-Korporazzjoni marru jagħmlu l-ispezzjoni. Għandi għax naħseb li l-Onorevoli Membru innota li x-xogħol meħtieġ diġa' inbeda u fil-fatt twaħħal arblu. Ix-xogħol biex jitneħħa l-cable temporanju huwa ppjanat li jitkompla mill-aktar fis.
1) When did PBS publish last its Accounts?
2) How many 'consultants' are employed directly or indirectly by PBS? Who are they? What is the cost to the station or to the exchequer of each of these 'concultants'?
3) Is it true that a particular 'consultant' is also a part-time contributor with PBS? Does the authorities responsible consider the two roles exercised by this individual as being compatible? What is the total amount of remuneration received by this individual as a contributor, during his tenure as a consultant?
4) Can the minister responsable for broadcasting report on the fate of the works carried out by the Task Force appointed some time back? Is the Task Force still in force? What has or is the Task Force costing PBS or the Exchequer? What is or was the remuneration of the members of the Task Force
Response (GALEA, LOUIS)
Infurmat li l-PBS Ltd tippubblika r-Rapport Finanzjarju tagħha, u kif obbligata tagħmel bħala Limited Liability Company tissottometti r-Rapport Annwali lill-Malta Financial Services Centre regolarment darba fis-sena. L-aħħar Rapport Finanzjarju, dak għas-sena 2000 ġie ppubblikat wara l-Laqgħa Ġenerali Annwali f'Awwissu 2001. Ir-Rapport għas-sena 2001 mistenni jkun pubblikat ix-xahar id-dieħel.
Bħalissa l-Kumpanija għandha konsulent wieħed. Fr. Joe Borg huwa l-konsulent għall-Bord tad-Diretturi dwar xandir, skedar ta' programmi u riformi.
Il-PBS Ltd., kif ingħad kemm il-darba f'dan il-Parlament, hija entita` kummerċjali li topera f'industrija kompetittiva ħafna u għalhekk dettalji dwar materji ta' natura kummerċjali jistgħu jkun ta' dannu għaliha jekk jiġu ppubblikati. Għalhekk l-informazzjoni mitluba dwar ħlas lill-konsulent inħoss li għandha tibqa' kunfidenzjali.
Informat ukoll li huwa veru li dan il-konsulent jieħu parti f'xi programmi tar-radju bħala kontributur. Ta' dan ix-xogħol ma jitħallasx u qatt ma tħallas minn kemm ilu konsulent. Minħabba li l-parteċipazzjoni tiegħu fi programmi tar-radju hija relatata mal-professjoni tiegħu, u minħabba li kif diġa` għidt ma jitħallasx għal dan ir-rigward tas-servizzi tiegħu, ma nħossx li hemm xi kunflitt bejn ir-rwol ta' konsulent u dak ta' kontributur.
Ir-rakkomandazzjonijiet li saru mit-Task Force imwaqqfa apposta ġew studjati u nittama li jkunu jistgħu jiġu implimentati fil-ġejjieni. Bħalissa għadhom qed isiru sforzi biex tinstab soluzzjoni sodisfaċenti għaż-żewġ naħat f'dak li jirrigwarda l-iSkema ta' Irtirar kmieni. Għalkemm it-task Force għadha kostitwita, ma tistax tkompli topera qabel jintlaħaq ftehim dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tagħha.
Fl-aħħarnett infurmat li l-aħħar ħlas li sar liż-żewġ membri tat-Task Force kien ikopri l-perjodu li għalaq f' Diċemru 2001. Bħalissa m'hemm ebda ħlas dovut u għalhekk it-Task Force bħalissa mhux qed tiswa flus lill-PBS Ltd. jew lill-gvern. Għal raġunijiet imsemmija qabel mhux il-każ li jiġi pubblikat il-ħlas li sar liż-żewġ membri tat-Task Force. Nista' nassigura lill-Kamra li l-ammont huwa wieħed relattivament żgħir (ftit mijiet) u li kieku l-membri kellhom jitħallsu bir-rati kummerċjali ta' ażjendi ta' konsulenti, ir-rapport kien jiġi jiswa ħafna aktar. Infurmat li l-ħlas sar lil żewġ membri tat-Task Force għaliex it-tielet membru huwa Fr. Joe Borg li anke f'dan il-każ il-ħlas għas-servizzi tiegħu lit-Task Force kien inkluż fil-ħlas dovut lilu bħala konsulent.
Jista' l-Ministru jgħid kemm il-digriet ingħata mis-Second ' Awla tal-Qorti Ċivili fl-aħħar 65 sena li permezz tiegħu xi ħadd ġie interdett jew inabilitat milli jagħmel xi atti tal-ħajja ċivili?
Ġew revokati minnhom dawn id-digrieti u jekk iva, kemm ġew revokati?
Kemm il-rikors hemm pendenti quddiem is-Second' Awla tal-Qorti Ċivili li permezz tiegħu qed tintalab l-interdizzjoni jew l-inabilitazzjoni ta' xi persuna?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li f`dawn l-aħħar 65 sena kien hemm 1224 digriet li ngħata mis-Sekond` Awla tal-Qorti Civili u li permezz tiegħu xi ħadd ġie interdett jew inabilitat milli jagħmel l-atti tal-ħajja ċivili.
Kien hemm 35 digriet li ġew revokati u dawn huma mqassma kif ġej:
27 għal riabilitazzjoni
7 minn interdizzjoni għal riabilitazzjoni
1 minn riabilitazzjoni għal interdizzjoni
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija hemm 8 applikazzjonijiet pendenti għal interdizzjoni jew riabilitazzjoni.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari nru. 34833 u cioe jista' l-Ministru jgħid jekk il-Maltapost tistax tagħti assigurazzjoni li mhix se jkollha redundancies? X'kien l-eżitu tal-kwestjonarju Maltapost future directions fejn ġie propost lill-ħaddiema tibdil li ser jolqot direttament is-social life patterns tagħhom?
Response (BONNICI, JOSEF)
Bħal kull entita' oħra li għandha aktar ħaddiema milli hemm bżonn għax-xogħol li għandha, il-Maltapost qed tfittex xogħol ġdid biex tikber u jkollha xogħol għall-ħaddiema tagħha.
Għaldaqstant tfassal business plan li mistenni jitressaq quddiem il-Bord tad-Diretturi dalwaqt.
Ir-riżultat tal-kwestjonarju jittieħed in konsiderazzjoni fit-tibdil meħtieġ.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jintbagħtu xi kunsillieri jżuru pajjiżi oħra biex jaraw kif taħdem "engineered landfill"? Liema kunsilliera mil-liema inħawi se jintbagħtu? Fejn se jintbagħtu? Liema "engineered landfills" se jżuru?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għall-klawsola numru 1.1.43 tat-tender li ħareġ il-Gvern, imsejjaħ Integrated Solid Waste Management Project, u li bħalissa hemm konsultazzjonijiet dwaru ma' tliet konsozji. Din il-klawsola tirrikjedi li l-kuntrattur magħżul għandu, meta mqabbad mill-Gvern, jagħmel arranġamenti għal żjajjar f'pajjiżi oħra fejn metodi simili għall-immaniġġjar, trattament, proċessar u rimi ta' skart huma diġa' eżistenti. Dawn iż-żjajjar huma maħsuba għal dawk il-kunsilliera li huma nvoluti direttament max-xogħol ta' engineered landfill.
S'issa l-Kunsill Lokali tan-Naxxar biss wera x-xewqa li jżur faċilitajiet simili f'pajjiżi oħra, u l-ħsieb huwa li delegazzjoni minn dan il-Kunsill iżżur engineered landfill, landfill f'pajjiż ieħor u sit ta' Civic Amenity.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru. 34829, kif wasal għall-konklużjoni tiegħu? Fuq liema bażi u x'fatti kellu f'idejh għall-konklużjoni tiegħu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Kif diġa' intqal fl-istqarrija maħruġa nhar il-Ġimgħa 19 ta' Lulju 2002, l-istess karatteristiċi tal-port ta' Venezja, speċjalment il-pożizzjoni geografika ta' dan il-port fil-parti magħluqa tal-baħar Adrijatiku daqs seba' mitt mil il-bogħod mir-rotta ewlenija tat-trasbord ta' containers fil-Mediterran, iwasslu għall-konklużjoni li ż-żewġ portijiet ma jikkompetux ma' xulxin.
Jista' l-Ministru jgħid huwiex minnu li waqt li xi uffiċjali dan l-aħħar kienu qegħdin fuq overtime fil-main gate, ġiet organizzata fenkata waqt il-ħin tax-xogħol u f'wieħed mill-uffiċini?
Response (BORG, TONIO)
Peress li din l-allegazzjoni ma irriżultatx lil-awtoritajiet tal-ħabs, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħtini informazzjoni ħalli l-ilment jiġi investigat iktar.
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema bażi jiġu dettaljati l-gwardjani/uffiċjali tas-CCF fid-divizjonijiet differenti tal-ħabs? Teżisti xi forma ta' roster sabiex jitnaqqas kwalunkwe abbuż u fl-istess ħin titnaqqas l-amont ta' stress meta ċertu gwardjani dejjem jiġu assenjati divizjonijiet konsidrati aktar diffiċli minn oħrajn?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-uffiċjali li jaħdmu fid-diviżjonijiet jiġu magħżula u mqassma skond il-kapaċita` li għandhom u x-xogħol li tirrikjedi d-diviżjoni. Xorta waħda minn żmien għal żmien issir rotazzjoni ta` l-uffiċjali minn diviżjoni għal oħra u dan minħabba is-sigurta`.
Fid-diviżjonijiet hekk imsejħa "diffiċli" jkun hemm aktar uffiċjali minn diviżjonijiet oħra u tajjeb li jingħad ukoll illi matul il-ġurnata ħafna mill-priġunieri jkunu barra mid-diviżjoni meta jkunu jew jaħdmu jew jattendu għal lezzjonijiet akkademiċi.
B'referenza għall-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tista' tiġi ikkunsidrata għall-xogħol xieraq għall-persuni bi bżonnijiet speċjali? Il-history tagħha huwa available on file.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ma tirriżultax li hi reġistrata bħala disabled mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw nies fl-Enemalta għall-vacancy ta' STOs? Kemm kien hemm postijiet vakanti? X'wassal biex din l-applikazzjoni twaqqgħet? Huwa minnu li din id-darba spiċċaw kien hemm aktar applikanti mis-soltu għax ma kienx hemm insistenza fuq l-HDT certificate? Meta mistennija joħorġu applikazzjonijiet ġodda għall-dawn il-postijiet? Din id-darba l-Korporazzjoni biħsiebha tinsisti fuq ċertifikat tal-HTD?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li matul dawn l-aħħar xhur il-Korporazzjoni Enemalta ma ħarġitx applikazzjonijiet għal mili ta' postijiet fil-grad ta' Senior Technical Officer.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefaq f'overtime fl-ewwel sitt xhur ta' din sena fil-Ministeri/dipartimenti kollha tal-gvern? Jista' jelenka kull ministeru/dipartimenti kemm nefaq f'dan iż-żmien?
Response (DALLI, JOHN)
Nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.