Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #1716 Sitting 29 1998-12-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Rabat — Tal-Katakombi - Ilma tax-xita

Question

Billi wara kull maltempata bix-xita l-ilma ta' l-inħawi taċ-Ċjaki, fir-Rabat qed jiżbokka fi Triq Kanonku G. Gatt Said b'riżultat li wara jispiċċaw mgħarqa r-residenti ta' l-inħawi f'Tal-Katakombi, fir-Rabat, jista' l-Ministru jinvestiga din il-problema u jirrimedja b'soluzzjoni? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tlabt lid-Dipartiment konċernat biex jinvestiga dan l-ilment.
Leg 9 PQ #1717 Sitting 29 1998-12-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Beef burgers — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fuq liema kriterji approva t-tnaqqis ta' levy fuq ċerti beef burgers importati? Fil-fatt, fuq liema beef burgers se titħallas 10c levy minflok 80c? Ma' liema koperattiva/għaqdiet tal-bdiewa u raħħala kkonsulta dwar din id-deċiżjoni u x'kienet il-pożizzjoni ta' dawn l-għaqdiet/koperattivi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nissuġerixxi l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #2120 Sitting 29 1998-12-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura (ta' l-Art u tal-Baħar) għandu reġistrat f'isem il-ministeru u f'isem id-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu, dipartiment b'dipartiment? Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura ġiet mixtrija għal ministeru jew għal xi wieħed mid-dipartimenti mis-6 ta' Settembru, 1998 sat-28 ta' Ottubru, 1998?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li vetturi reġistrati mal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni hemm 5 u mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni hemm 29. Ma kienx hemm vetturi li nxtraw bejn is-6 ta' Settembru 1998 u 28 ta' Ottubru 1998. Hemm tlett vetturi (ta' l-art) reġistrati f'isem is-Segretarjat Parlamentari u tlieta oħra f'isem id-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport. Id-dettalji tagħhom huma dawn: Numru ta' Għamla Dipartiment/Sezzjoni Reġistrazzjoni GVN071 Mercedes Segretarju Parlamentari GVN070 Skoda Segretarju Parlamentari BBB306 Rover Segretarju Parlamentari DAM591 Peugeot Staff-Marsa Sports Section GAC652 Rover Derettur Żgħażagħ u Sport GUH061 Tractor Marsa Sprots Grounds Ma hemm ebda vettura tal-baħar reġistrata f'isem is-Segretarjat Parlamentari jew f'isem id-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport u ma nxtrat ebda vettura matul il-perjodu indikat. Id-Dipartiment ta' l-Eżamijiet għandu żewġ karozzi f'ismu. WAħda hija għad-dispożizzjoni esklussiva tad-Direttur - GAN521 Mażda 323 Saloon, u l-oħra tintuża għal qadi kollu tad-Dipartiment - GVN125 Subaru 1600 Station Wagon. Ebda vettura ma nxtrat minn dan id-Dipartiment mis-6 ta' Settembru 1998 sat-28 ta' Ottubru 1998. Id-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji għandu tlett karozzi reġistrati. Dawn huma: Numru tal-Karozza Tip AAB661 Peugeot GVN046 Seat Ibiza GVN329 Renault Mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru id-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji ma xtara ebda karozza. Id-Dipartiment tal-Kultura għandu 3 vetturi reġistrati li ebda waħda minnhom ma nxtrat bejn il-5 ta' Settembru 1998 u t-28 ta' Ottubru 1998. Id-Dipartiment tal-Mużewijiet għandu vettura waħda (Toyota Hiace) reġistrata f'ismu. Bejn is-6 ta' Settembru 1998 u t-28 ta' Ottubru 1998 ma ġiet mixtrija ebda vettura.
Leg 9 PQ #2121 Sitting 29 1998-12-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Karozzi tal-kiri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu karozzi tal-kiri mal-ministeru u mad-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu dipartiment b'dipartiment? Jista' l-Ministru jgħid ukoll min huma l-kerrejja ta' dawn il-karozzi u jekk il-kirijiet humiex isiru permezz ta' kuntratt li għalih ħarġu l-offerti jew peremzz ta' direct orders? Jista' l-Ministru jgħid kemm qed tlaħħaq l-ispiża kuljum għal kiri ta' dawn il-karozzi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li karozzi tal-kir mal-Ministeru hemm 7 filwaqt li mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni hemm 17. Il-kerrejja ta' dawn il-karozzi huma (a) Swift Rent a Car, (b) Autorentals and (c) Butterfly Garage. Dawn il-kirjiet saru permezz ta' Treasury tender 206 ta' din is-sena, bl-eċċezzjoni ta' żewġ karozzi li nkrew, waħda, minħabba li fid-Diviżjoni ma kienx hemm fondi sabiex tinxtara karozza, skond Performance Agreement, għal Direttur, u l-oħra mikrija għal konsulent skond ftehim ta' kuntratt. L-ispiża tlaħħaq għal Lm111.74 kuljum. Id-Dipartiment ta' l-Eżamijiet ma għandu ebda karozzi tal-kiri għad-dispozizzjoni tiegħu. Id-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport għandu erba' karozzi tal-kiri li tlieta minnhom huma taħt il-1200cc u waħda 'l fuq minn 1200cc. Hemm żewġ karozzi oħra li huma 'l fuq minn 1200cc li qed jintużaw fl-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari. Il-karozzi qegħdin mikrija b'kuntratt li kien ingħata wara sejħa għall-offerti. Il-kuntratturi huma Del Carm Ltd u Butterfly Garage. Ir-rata tal-kiri hija ta' Lm3.45 għall-karozzi taħt l-1200cc u Lm3.75 għall-karozzi fuq il-1200cc. Id-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji għandu karozza waħda tal-kiri għall-użu tiegħu. Il-kerrej tal-karozzi "DAK 152" huwa d-Direttur tal-Libreriji u Arkivji. Il-Dipartiment fil-kiri ta' din il-karozza juża l-istess kuntratt tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Il-kuntratt sar mid-Diviżjoni bl-offerti u x-xogħol ingħata lil Auto Rentals Company Ltd. L-ispiża għal kiri ta' din il-karozza hija ta' Lm3.60 kuljum. Id-Dipartiment tal-Kultura għandu 3 karozzi tal-passiġġieri u van wieħed tal-kiri li huma mikrijin mingħand Del Carm Ltd u Butterfly Garage. L-ispiża tlaħħaq l-ammont ta' Lm16.60 kuljum. Għal dak li għandu x'jaqsam mad-Dipartiment tal-Mużewijiet, id-Dipartiment għandu żewġ karozzi u pick-up mikrija. Il-karozzi u pick-up huma mikrija mingħand il-Butterfly Garage Co. Ltd, Autorentals Co. Ltd u Lawrence Mercieca. L-ispiża ta' kuljum tammonta għal Lm19.75.

Port Ħieles — Impjegati

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 801, jista' l-Ministru jagħti il-lokalitajiet minn fejn huma dawk li ġew impjegati l-ħaddiema in kwestjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif diġa' għidt fit-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 801 ma jkunx etikament ġust li nagħti dettalji dwar persuni li jkunu ġew impjegati ma' Korporazzjoni.

Persuni b'diżabilita' — Reserved parking

Question

Jista' l-Ministru jintervjeni sabiex applikazzjoni għal reserved parking ta' persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament tiġi pproċessata bla telf ta' żmien peress li din l-applikazzjoni saret f'Awissu ta' l-1998 wara li l-applikazzjoni oriġinali li kienet saret f'April, 1998 intilfet mid-dipartiment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Is-Servizz tal-Keep Clear/Reserved Parking Areas quddiem residenzi ta' persuni b'diżabilita' jingħata mill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita'. Minħabba ċerti diffikultajiet, il-Kummissjoni għandha numru sostanzjali t'applikazzjonijiet pendenti. Ittieħdu l-miżuri neċessarji biex dawn l-applikazzjonijiet jiġu proċessati mill-aktar fis possibbli u hu ttamat li s-sitwazzjoni tiġi għan-normal fi żmien qasir. 11.12.98

Impjiegi — Ħaddiema impressed

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 1029 u t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 1115, jista' l-Ministru jgħid meta huwa l-ħsieb tal-Gvern li jwettaq din il-wegħda elettorali? Jista' l-Ministru jikkonferma jekk bdewx jew le diskussjonijiet f'dan is-sens u jekk bdew ma' min?

Response (GONZI, LAWRENCE)

M'għandix x'inżid mat-Tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsijiet Nri. 1115 u 1029. 11.12.98

Impjiegi — Assistenti soċjali każwali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb tal-Gvern li l-ħaddiema li huma assistenti soċjali każwali jinqalbu minn self-employed għal part-timers mal-Gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Li l-Assistenti Soċjali Każwali jinqalbu minn 'self-employed' għal 'part-timers' mal-Gvern hija wegħda li l-P.N. għamel fil-programm elettorali tiegħu għall-aħħar elezzjoni ġenerali u li dan il-Gvern ser iwettaq aktar 'il quddiem. 9.12.98
Leg 9 PQ #2287 Sitting 29 1998-12-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Vjaġġi għall-istudenti

Question

Fl-ewwel xahrejn tas-sena skolastika 1998-1999, jista' l-Ministru jgħid: 1) kemm saru vjaġġi għall-istudenti primarji, sekondarji; 2) kemm ġew jiswew dawn il-vjaġġi: i) għall-primarji; ii) għas-sekondarji; 3) x'passi qed jittieħdu biex jiġi żgurat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qed tħallas għall-vjaġġi li ġenwinament isiru u kemm fil-fatt hemm bżonn?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-ewwel xahrejn tas-sena skolastika 1998/99, l-għadd ta' vjaġġi għat-tfal ta' l-iskejjel kulljum kien: Skejjel Primarji - 170 filgħodu u l-istess numru filgħaxija Skejjel Sekondarji - 536 filgħodu u l-istess numru filgħaxija L-ispiża involuta kienet ta' madwar Lm39,000 għall-iskejjel primarji u ta' madwar Lm152,000 għall-iskejjel sekondarji. It-talbiet għall-ħlas isiru lill-kapijiet ta' l-iskejjel li jiċċertifikaw li l-vjaġġi jkunu effettivament saru. Meta vjaġġ ikun miftiehem li jsir imma fil-fatt ma jsirx, il-Kap ta' l-iskola javża b'dan lid-dipartiment ta' l-Edukazzjoni li tgħaddi l-pagamenti għall-vjaġġi biss li jkunu effetivament saru. L-għadd ta' vjaġġi li hemm bżonn isiru hu dak li jkun ġie deċiż qabel tibda s-sena skolastika, u skond in-numru ta' studenti li jkollhom bżonn trasport.
Leg 9 PQ #2288 Sitting 29 1998-12-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Ta' l-Ingliż

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a) kemm ġew barranin jistudjaw l-Ingliż fl-iskejjel ta' Malta u Għawdex li jgħallmu l-Ingliż lil barranin matul: 1) Ġunju 1998; 2) Lulju 1998; 3) Awissu 1998; u 4) Settembru 1998; b) kemm għandna minn dawn l-iskejjel bħalissa; c) kemm għandna persuni bil-warrant biex jgħallmu f'dawn l-iskejjel?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasalli, ser ikolli nwieġeb f'xi seduta oħra.

Djar — Akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal akkomodazzjoni soċjali? Minn liema lokalitajiet ta' Malta u Għawdex huma dawn l-applikazzjonijiet? F'kull każ, kemm ilha tistenna l-applikazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi sal-4 ta' Diċembru 1998, kien hemm 3005 applikazzjoni pendenti. L-applikanti huma minn madwar Malta u Għawdex kollu. L-applikazzjonijiet ilhom għal perjodu ta' żmien li jvarja mill-l988 sal-4 ta' Diċembru 1998. 12.12.98

Air Malta — Xiri ta' biljetti ta' l-ajru

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Ministru ma tanix l-informazzjoni li tlabt f'mistoqsija parlamentari numru 1724 dwar x'ammont ta' flus għandha tieħu l-Air Malta mil-Libja għal ħlasijiet ta' xiri ta' biljetti ta' l-ajru meta f'dawn il-jiem fi tweġiba għall-mistoqsija supplimentari wieġeb li dan l-ammont huwa ta' Lm13-il miljun? Xi problema sab jagħtiha bil-miktub meta ma sab l-ebda problema simili jwieġeb bil-fomm?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li ma tajtx tweġiba bil-miktub għall-informazzjoni mitluba fil-mistoqsija parlamentari numru 1724, għas-sempliċi raġuni li fil-ħin li t-tweġiba ġiet mgħoddija lill-Iskrivan tal-Kamra kif titlob il-proċedura, tali informazzjoni ma kienitx għad-dispożizzjoni tiegħi. Infatti l-informazzjoni waslitli ftit tal-ħin qabel dħalt għas-seduta parlamentari ta' dakinhar u għalhekk kif għidt ma kienx possibbli li din tiġi nkluża fid-domanda relattiva.
Leg 9 PQ #2369 Sitting 29 1998-12-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kumitat tal-Jeddijiet tal-Bniedem — Attivitajiet

Question

Minn Settembru 1998 s'issa, jista' l-Ministru jgħid x'attivitajiet organizza l-Kumitat għall-Jeddijiet tal-Bniedem li kien twaqqaf biex fuq livell ta' skejjel u fuq livell nazzjonali ifakkar il-50 sena mid-Dikjarazzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem? Peress li dawn il-valuri li hemm bżonn jibqgħu jinxterdu fl-iskejjel biex isiru parti sħiħa mill-kultura tat-tfal u ż-żgħażagħ tagħna, hemm il-ħsieb li kumitat simili jibqa' attiv matul din is-sena skolastika?

Response (GALEA, LOUIS)

Fil-25 ta' Settembru ssejħet laqgħa tal-Kumitat biex jitkomplew it-tħejjijiet tal-programm. F'din il-laqgħa ġejt infurmat li l-membri appuntati mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni (u Kultura) kienu offrew ir-riżenja tagħhom minħabba raġunijiet ta' proċedura. Il-Kumitat qua Kumitat, għaldaqstant, ma baqax kostitwit u l-attivitajiet maħsuba biex ifakkru l-anniversarju kellhom jieqfu. Sa fejn hu magħruf minni, ma jirriżultalix li dan il-Kumitat reġa' twaqqaf. Fuq livell kurrikulari u mhux fuq livell ta' Kumitat, iż-żewġ 'membri' min-naħa tad-Diviżjoni, u cioe' Ms Josephine Vassallo u Mr Philip Said komplew bl-attivitajiet ta' tifkira ma' l-iskejjel. F'din id-direzzjoni: 1. L-istudenti ta' l-iskejjel Statali, tal-Knisja u Indipendenti ġew mistiedna permezz ta' ittra ċirkulari mid-dipartiment tal-kurrikulu biex jipparteċipaw fi 'Pjan ta' Azzjoni' fil-komunita' tagħhom b'riżq il-ħarsien tad- Drittijiet tal-Bniedem. Diversi skejjel primarji u sekondarji ħadu sehem f'dan il-proġett imniedi mill-Ġnus Magħquda. Il-ħidma tagħhom tinsab reġistrata fuq il-website globali: CyberSchoolBus.un.org.Human Rights. 2. Id-dipartiment ta' l-Istudju Soċjali fil-Junior Lyceum tal-Bniet 'Maria Reġina' Blata l-Bajda, ikkoordina programm ta' attivitajiet interkurrikulari u inter-skolastiku biex ifakkar il-ħamsin sena tad-Dikjarazzjoni. L-attivitajiet qegħdin isiru bejn is-7 u l-11 ta' Diċembru 1998. 3. Se ninqdew bil-kompetizzjoni ta' Europe at School li għas- sena 1999 għandha bħala tema 'Human Rights and I' Dawn l-attivitajiet huma maħsuba biex inkomplu nxerrdu fost it-tfal u ż-żgħażagħ fl-iskejjel primarji, sekondarji u post-sekondarji l-kultura ta' rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-kuxjenza għall-obligazzjonijiet soċjali.
Leg 9 PQ #2406 Sitting 29 1998-12-11 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Konfini

Question

Wara diversi lmenti minn diversi kunsilli lokali fuq il-konfini tal-lokal tagħhom u wara li diversi kunsilli ma ħarġux sodisfatti b'dak li ddeċidiet il-kummissjoni li twaqqfet apposta biex teżamina dawn l-ilmenti, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tittieħed xi inizjattiva fil-futur qarib biex din il-problema tiġi solvuta?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Talbiet għat-tibdiliet fil-konfini tal-lokalitajiet huma regolati mill-Artikolu 3(3) ta' l-Att ta' l-1993 dwar il- Kunsilli Lokali li jipprovdi hekk:- Tibdil fil-konfini ta' lokalitajiet għandu jsir biss f'ċirkostanzi eċċezzjonali u biss mill-Kummissjoni Elettorali, wara konsultazzjoni mal-Ministru, il-Kunsill Loklai konċernat u, fejn hu possibbli, mar-residenti lokali. Il-Kummissjoni Elettorali għandha tagħmel dan it- tibdil permezz ta' avviz legali fil-Gazzetta. Dan ifisser li l-Kummissjoni Elettorali bħala awtorita indipendenti u awtonoma, għandha ġurisdizzjoni esklussiva fid-deċiżjonijiet tagħha dwar talbiet fit-tibdiliet tal- konfini.
Leg 9 PQ #2407 Sitting 29 1998-12-11 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għall-Ambjent

Birżebbuga — Il-Bajja s-Sabiħa

Question

Jaf il-Ministru li parti mix-xogħol li kellu jsir fuq il-proġett ta' Birżebbuga, partikolarment fil-parti tal-Bajja s-Sabiħa sabiex meta tagħmel ix-xita l-ilma ma jaqlibx għal fuq il-bajja, għadu ma sarx? Jista' l-Ministru jgħid jekk dan l-ilqugħ u culverts humiex se jsiru? Jekk fl-affermattiv, meta se jsir dan ix-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li bħalissa qed isiru pjanti ġodda partikolarment li juru l-'invert levels' tal-culverts eżistenti biex tiġi addottata l-aħjar sistema sabiex l-ilma tax-xita ma jaqax fuq ir-ramel. Wara li joħorġu t-tenders neċessarji, jibda x-xogħol li mistenni jkun lest sa Ġunju 1999.
Leg 9 PQ #2408 Sitting 29 1998-12-11 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Maria Regina Junior Lyceum

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif fl-iskola ta' Maria Regina Junior Lyceum tal-Blata l-Bajda minn tliet għalliema tal-Business Studies l-istudenti tal-Form 3 u Form 4 spiċċaw b'għalliema waħda? Peress li dawn l-istudenti ilhom b'għalliema waħda mill-bidu ta' Novembru, meta jaħseb li se jerġa' jkollhom għalliema available?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mit-tliet għalliema tal-Business Studies fl-Iskola ta' Maria Regina Liceo tal-Bniet, Blata 'l-Bajda, żewġ għalliema qegħdin b'ċertifikat ta' mard. Fil-każ ta' dik l-għalliema li ilha nieqsa mid-9 ta' Novembru ntbagħat għalliem ieħor biex jieħu l-lezzjonijiet tagħha. Għal-lezzjonijiet ta' l-għalliema l-oħra għadu ma nstabx għalliem. Iż-żewġ għalliema huma mistennija lura l-iskola wara l-vaganzi tal-Milied.

Birkirkara — Fleur de-lys - Pelican light

Question

Jista' l-Ministru jindaga biex jara jekk tistax issir pelican light quddiem il-knisja tal-Karmnu (Parroċċa) fi Triq Fleur-de-Lys, Birkirkara?

Response (GALEA, ĊENSU)

Irreferejt is-suġġeriment ta` L-Onor. Interpellant għall- konsiderazzjoni tal-Bord għall-Kontrol tat-Traffiku.
Leg 9 PQ #2410 Sitting 29 1998-12-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Malti għall-Isport

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Kunsill Malti għall-Isport u lil min jirrappreżentaw?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-membri tal-Kunsill Malti għall-Isport għadhom l-istess għalkemm bagħtu r-riżenja tagħhom wara l-bidla fil-Gvern.
Leg 9 PQ #2411 Sitting 29 1998-12-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kumitat Olimpiku Malti — Għajnuna finanzjarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħata għajnuna finanzjarja l-Kumitat Olimpiku Malti f'dawn l-aħħar erba' snin? Kemm hu maħsub li jingħata s-sena d-dieħla?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasalli, ser ikolli nwieġeb f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #2412 Sitting 29 1998-12-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Vot Kapitali Numru 13

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-commitments li diġa' jeżistu kif ukoll xi proġetti kapitali oħra qed ikunu ppjanati u dan b'riferenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 2092 mogħtija f'Seduta Numru 21?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-proġetti kapitali li hemm committed mill-Vot 13 tad-Dipartiment ta' l-Isport jinkludu xogħlijiet fuq il-canopy ta'l-Istadium Nazzjonali f'Ta' Qali, bini ta' dressing rooms fil-Lyceum ta' Kordin, Pitch tal-boċċi f'Bormla, xiri u installazzjoni ta' laboratory equipment għall-Kumitat Olimpiku Malti. In-nefqa se tkopri wkoll xogħol preliminari konness mal-bini tat-tlett ċentri sportivi.