Legislature:
Category:
Reset
Active:

Power stations — Enerġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm enerġija ġiet ġenerata mill-power stations mill-1998 sa llum, sena b'sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Furjana — Dar ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn qed jalloġjaw l-anzjani li kienu fid-dar ta' l-anzjani fil-Furjana? Kemm qed iħallas il-Gvern għal kull wieħed kuljum? Saret xi call for tenders għal dan is-servizz?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li diġa' ngħatat fuq l-istess suġġett - PQ. Nru. 2020. 12.12.98

Bormla — Dar ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tender saret din is-sena dwar xogħol fid-dar ta' l-anzjani ta' Bormla? Fiex kienu jikkonsistu dawn it-tenders? Kemm kien il-valur antiċipat f'dawn it-tenders? Kemm u liema minnhom ġew deċiżi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Rigward Mistoqsija Parlamentari Nru. 2431 it-Tweġiba qiegħda tinġabar u tingħata aktar il-quddiem. 12.12.98
Leg 9 PQ #2448 Sitting 30 1998-12-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Protezzjoni mill-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni li huma xiehda f'xi kawża quddiem il-qorti li qed jingħataw protezzjoni mill-pulizija? Jista' l-Ministru jgħid min huma dawn il-persuni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-present hawn tlett persuni li huma xhieda f`xi kawża quddiem il-Qorti li qed jingħataw protezzjoni mill-Pulizija. Minħabba raġunijiet ta` sigurta` kemm għal dawn il-persuni, kif ukoll għal xi xhieda oħra, ma nħossx li din l-informazzjoni għanda tkun magħmula pubblika. 12.12.98
Leg 9 PQ #2460 Sitting 30 1998-12-11 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għall-Ambjent

Santa Lucia — Wied ta' Garnaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitnaddaf u jissewwa l-ġibjun li jinsab fil-Wied ta' Garnaw f'Santa Luċia, li bħalissa jinstab fi stat ta' abbandun għad-detriment tal-bdiewa tal-madwar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #2461 Sitting 30 1998-12-11 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tal-Finanzi

NGO — Fond konsolidat

Question

Jista' l-Ministru jelenka kif se jitqassam il-fond ta' Lm400,000 li se jitqassam mill-Fond Konsolidat lil bosta NGOs? Liema NGOs se jibbenefikaw? Għal-liema programm speċifiku? Kemm se jingħataw flus? Jista' l-Ministru jgħid jekk minn din is-somma hux se jibbenefikaw għaqdiet Għawdxin?

Response (DALLI, JOHN)

Kif spjegajt fir-risposta għall-Mistoqsija Numru 2055, Lm400,000 allokati taħt il-Vot Rikurrenti tal-Ministeru tal-Politika Soċjali għas-sena d-dieħla, jitqassmu lil diversi N.G.O.`s skond programmi speċifiċili huma jitwettqu matul is-sena.

Sptar San Vinċenz de Paule — Nursing officers/acting nursing officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Nursing Officers u Acting Nursing Officers jaħdmu bħalissa fl-Isptar San Vinċenz de Paule? Jista' l-Ministru jispeċifika b'liema shift suppost jaħdmu dawn l-impjegati, u jekk hemm xi varjazzjonijiet partikolari x'inhi r-raġuni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' Nursing Officers li bħalissa qed jaħdmu ġo San Vinċenz de Paule huwa 34. Ir-Roster tan-Nursing Officers hija: DDODO għal dawk li jaħdmu 46 2/3 siegħa fil-ġimgħa; DCODO għal dawk li jaħdmu 40 siegħa fil-ġimgħa: Legend: D: 7a.m. - 7p.m. C: 7a.m. - 1.45p.m. O: Off Varjazzjonijiet hemm: għal dawk li jaħdmu bil-lejl biss u tnejn minħabba raġunijiet umanitarji/saħħa fiżika/mentali. 12.12.98

Sptar San Vinċenz de Paule — Nursing aides

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nursing aides jaħdmu fl-Isptar San Vinċenz de Paule? Jista' l-Ministru jispeċifika b'liema shift suppost jaħdmu dawn l-impjegati, u jekk hemm xi varjazzjonijiet partikolari, x'inhi r-raġuni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Numru ta' (Casual) Nursing Aides li qed jaħdmu ġo San Vinċenz de Paule huwa 45. Ir-Roster li suppost jaħdmu (Casual) Nursing Aides hija: ABNRO għal ġimgħa xogħol ta' 40 siegħa. Legend: A: 7a.m. - 7p.m. B: 7a.m. - 6p.m. N: 7p.m. - 7a.m. O: Off Ma hemm ħadd minn dawn il-(Casual) Nursing Aides li qiegħed fuq roster barra dik tal-ABNRO. 12.12.98

Sptar San Vinċenz de Paule — Uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali li qed jiżvolġu xogħol ta' natura amministrattiva bħalissa fl-Isptar San Vinċenz de Paule u jekk hemm aktar minn persuna waħda, x'inhuma r-responsabilitajiet rispettivi tagħhom? Xi kwalifiki għandhom dawn l-individwi, ċioe' għandhomx kwalifiki mediċi/paramediċi biss, u/jew kwalifiki li jirrigwardjaw il-management?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fir-Residenza ta' San Vinċenz hemm erba' uffiċjali li qed jiżvolġu xogħol ta' natura amministrattiva: Dawn huma: 1. Is-Supretendent Mediku li hija responsabbli għar-residenza kollha. Din għandha l-'Masters' fil-Public Health Medicine li jinkludi il-Health Services Management kif ukoll diversi boroż ta' studju kemm lokalment kif ukoll barra, fuq Health Services Management. 2. Lay Administrator li taħtu jaqgħu l-impjegati kollha minbarra t-tobba u n-nursing staff. Barra milli għandu snin twal ta' esperjenza fit-tmexxija ta' din ir-residenza għandu ċertifikat ta' Senior Hospital Management minn Birmingham University u kors ta' erba' ġimgħat ta' Hospital Management f'Kingston and Esher Hospital f' Londra. 3. Senior Principal Officer li kien ġie trasferit f'din ir-Residenza xi sentejn ilu qed jgħin lill-Lay Administrator. 4. Manager Nursing Services li għandu l-kwalifiki kollha neċessarji għal dan il-post. Huwa għandu l-BSc Nursing u ċertifikat ta' Senior Hospital Management minn Birmingham University. 12.12.98

Kumpanniji li jieħdu kuntratti mill-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri lest li jieħu l-gvern biex jikkontrolla kumpanniji li jieħdu kuntratti mill-gvern imbagħad jisfruttaw il-ħaddiema tagħhom billi jċaħħduhom mid-drittijiet li jgawdu ħaddiema oħra fuq il-post tax-xogħol? Ma jaqbilx il-Ministru li l-Gvern, u b'mod partikolari l-Ministru għall-Politika Soċjali, għandu jaċċerta ruħu li dinjita' tal-ħaddiem tkun rispettata f'kull ħin? Il-Gvern lest li jwaqqaf il-kuntratti ma' ditti (per eżempju d-ditta li tieħu ħsieb it-tindif fl-isptar) jekk jirriżulta li dawn id-ditti ma jipprovdux livell minimu ta' ħlas għall-ħaddiema tagħhom u drittijiet u benefiċċji oħra bħal sick leave, overtime pay, id-dritt li jissieħbu ma' trade union u drittijiet oħrajn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li diġa' tajt għal Mistoqsija Nru. 2010. 12.12.98
Leg 9 PQ #1286 Sitting 29 1998-12-11 Oral · Final From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Mobile phones

Question

B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-10 ta' Novembru, 1998 u għad-dekasteru li għalih il-Prim Ministru huwa responsabbli, jista' jgħid: (a) kemm hemm mobile phones użati; (b) kemm minn dawn huma mixtrija u kemm mikrija mingħand min u b'liema prezz/rati; (c) minn min qed jintużaw dawn il-mobile phones f'kull każ; (d) kemm minn dawn il-mobile phones bdew jiġu użati mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Mobile Phones

Question

B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-10 ta' Novembru, 1998 u għad-dekasteru li għalih il-Viċi Prim Ministru huwa responsabbli, jista'jgħid: (a) kemm hemm mobile phones użati; (b) kemm minn dawn huma mixtrija u kemm mikrija mingħand min u b'liema prezz/rati; (c) minn min qed jintużaw dawn il-mobile phones f'kull każ; (d) kemm minn dawn il-mobile phones bdew jiġu użati mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?

Response (MARCO, GUIDO DE)

Fil-perijodu ndikat mill-Onorevoli Membru, il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin kien qed jagħmel użu minn seba' mobile phones fl-Uffiċċju Ċentrali, u għaxra fil-Missjonijiet Maltin ta' barra. L-apparati f'Malta, li huma kollha mixtrija, jintużaw mill-Ministru u mis-Segretarjat Privat tal-Ministru, mis-Segretarju Parlamentari, mis-Segretarju Permanenti, mill-Kap tal-Protokoll u minn uffiċċjali tal-Ministeru, fuq bażi ta' roster, li jagħtu servizz lil min jeħtieġ xi għajnuna mill-Ministeru wara l-ħinijiet normali tax-xogħol.
Leg 9 PQ #1288 Sitting 29 1998-12-11 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Mobile Phones

Question

B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-10 ta' Novembru, 1998 u għad-dikasteru li għalih il-Ministru huwa responsabbli, jista' jgħid: (a) kemm hemm mobile phones użati; (b) kemm minn dawn huma mixtrija u kemm mikrija, mingħand min u b'liema prezz/rati; (c) minn min qed jintużaw dawn il-mobile phones f'kull każ; (d) kemm minn dawn il-mobile phones bdew jiġu użati mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni hawn żewġ mobile phones li huma mixtrija mingħand Telecell bil-prezz ta' Lm194.49,0 u l-ieħor mingħand Vodafone bil-prezz ta' Lm201.50,0. Dawn il-mobile phones qegħdin jintużaw, wieħed mill-Permanent Secretary u l-ieħor mis-Segretarjat tal-Ministeru. Wieħed minn dawn il-mobile phones, dak tas-Segretarjat, inxtara f'Ottubru 1998 u beda jiġi użat minnufih; l-ieħor kien użat qabel il-5 ta' Settembru 1998. Fis-Segretarjat Parlamentari qed jintuża mobile phone mis-Segretarju Parlamentari u tnejn oħra għall-użu ġenerali tas-Segretarjat. Dawn iż-żewġ mobile phones kienu użati minn uffiċjali li kienu jokkupaw karigi fis-Segretarjat matul l-amministrazzjoni ta' qabel. Il-kontijiet tal-mobile phone tas-Segretarju Parlamentari jitħallsu minn fondi tal-Gvern għalkemm is-set huwa propjeta' tiegħu personali. Qed jintuża mobile phone ieħor miċ-Chairman tan-National Pool Complex li għalkemm il-kontijiet tiegħu jiġu mħallsa mill-Accounts tal-Pool, la huwa propjeta' u lanqas huwa mikri mill-Pool Complex. Il-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali għandha bħala propjeta' tagħha żewġ mobile phones li nxtraw bil-prezz ta' LM89 (Feb.'97) u LM96 (Nov.'98) u li jintużaw biss għall-programm Elderhostel u jitħallsu minn dan il-programm. Il-mobile phones huma abbinati mal-programm u mhux mal-persuna. Il-Mediterranean Conference Centre għandha tliet mobile phones mixtrija mingħand Telecell/Vodaphone. Wieħed inxtara Lm130 u t-tnejn l-oħra Lm170-il wieħed. Dawn il-mobile phones qed jintużaw mill-A/General Manager, mill-Head of Operations u miċ-Charge Hand. Tnejn minn dawn il-mobile phones bdew jiġu użati mill-5 ta' Settembru, 1998. Din l-azzjoni ttieħdet biex l-uffiċjali għolja jkunu jistgħu jiġu kkuntattjati f'każ ta' emerġenza kif ġara dan l-aħħar waqt ħruq bil-lejl. Fil-perjodu mill-5 ta' Settembru sa' l-10 ta' Novembru 1998 l-Universita' kellha 4 mobile phones għall-użu tagħha. Dawn l-4 mobile phones kienu ġa qegħdin jintużaw kollha qabel il-5 ta' Settembru u huma kollha propjeta' ta' l-Universita'. Dawn il-mobile phones qed jintużaw, wieħed fir-Rettorat; wieħed fid-Dipartiment tax-Xjenzi Biomediċi; u tnejn fid-Dipartiment tal-Bioloġija. L-aħħar tliet mobile phones imsemmija qed jintużaw fuq proġetti tar-Raba' Protokoll Finanzjarju bejn Malta u l-Italja. Il-Public Broadcasting Services għandha 20 mobile phone li kollha ġew mixtrija matul is-snin qabel il-5 ta' Settembru 1998. Dawn il-mobile phones qed jiġu użati minn:- Abela Cost - Engineers, Abela Cost - OB Van-Big, Abela Cost - OB Van-Small, Abela Tony, Azzopardi Paul, Azzopardi Paul - News (4), Azzopardi Stephen, Christina Sylvana, Flores Charles, Galea Joe, Galea Joe - Sports, Inguanez John, Marshall Albert, Peresso George, Peresso George - Operations Radio, Psaila Andrew u Żammit Manuel. Il-Malta Council of Science & Technology hemm żewġ mobile phones li qed jintużaw minn uffiċjali tal-Kunsill. Iż-żewġ mobile phones huma t-tnejn mixtrija: wieħed inxtara 3 snin ilu mingħand 'it-Telephone Direct' il-mudell huwa Ericsson u nxtara għal-prezz ta' madwar LM210.00. L-ieħor inxtara sena u nofs ilu mingħand 'The Phone Shop' il-mudell huwa Motorola għal-prezz ta' madwar LM215.00. L-Ericsson kien jintuża miċ-'Chairperson' tal-Kunsill Dr. Rena Balzan, sakemm irriżenjat fid-9 ta' Settembru 1998. Ftit wara dan għamel użu minnu s-Sur Giovanni Buttiġieg għal xogħol relatat mal-Ġimgħa Xjenza u Teknoloġija 1998. Is-sett l-ieħor -Motorola- qed jagħmel użu minnu l-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill, il-Perit Carmelo J. Barbara. It-tnejn kienu jintuzaw qabel il-perjodu msemmi fil-mistoqsija parlamentari. Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, id-Dipartiment ta' l-Eżamijiet, id-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji, id-Dipartiment tal-Mużewijiet kif ukoll id-Dipartiment tal-Kultura ma jagħmlu użu min ebda mobile phone.
Leg 9 PQ #1289 Sitting 29 1998-12-11 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Mobile Phones

Question

B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru 1998 sal-10 ta' Novembru, 1998, u għad-dekasteru li l-Ministru għalih huwa responsabbli, jista' jgħid: (a) kemm hemm mobile phones użati; (b) kemm minn dawn huma mixtrija u kemm mikrija, mingħand min u b'liema prezz/rati; (c) minn min qed jintużaw dawn il-mobile phones f'kull każ; (d) kemm minn dawn il-mobile phones bdew jiġu wżati mill-5 taż Settembru, 1998 'l hawn?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub huwa kif ġej: Dipartiment Mobile Mixtrija Użu Użati Phones Mikrija\Nefqa mill- Użati 5\9\98 (a) (b) (c) Finanzi 4 a. Mixtri minn a. Ministru* *3 Hong Kong, Lm312 b. Segretarju b,c,d. Ma nxtrawx minn Privat* dan il-Ministeru c. Segretarju Permanenti d. Direttur Ġenerali* Kuntratti 1 Mixtri mingħand Vodafone, Lm165. Direttur -- Ċentru għas- 2 a. Mixtrija minn a. Chairman -- Servizzi Hong Kong, Lm350. Finanzjarji b. Mixtri mill-U.K. b. Senior Lm114.07 Executive Il-Borża 2 Mixtri mingħand a. General -- ta` Malta Telecell Ltd. Manager a. Lm179.49 u użu ġenerali b. Lm225.00 b. Chairman Bank Ċentrali 2 a. Mixtri mingħand a. Gvernatur -- ta` Malta Vodafone, Lm256.00 b. Mixtri mingħand b. Użu Telecell, Lm159.00 Korporattiva
Leg 9 PQ #1290 Sitting 29 1998-12-11 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — Mobile phones

Question

B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-10 ta' Novembru, 1998 u għad-dekasteru li l-Ministru għalih huwa responsabbli, jista' jgħid: (a) kemm hemm mobile phones użati; (b) kemm minn dawn huma mixtrija u kemm mikrija, mingħand min u b'liema prezz/rati; (c) minn min qed jintużaw dawn il-mobile phones f'kull każ; (d) kemm minn dawn il-mobile phones bdew jiġu użati mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn, la nxtraw u lanqas inkrew `mobile telephones' mid-Dipartimenti u Organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi. Għaldaqstant il-pożizzjoni għadha kif kienet taħt l-amministrazzjoni preċedenti. Per eżempju jien wiritt l-apparat li kien juża' l-predeċessur tiegħi.
Leg 9 PQ #1291 Sitting 29 1998-12-11 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ministru għall-Ambjent — Mobile Phones

Question

B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-10 ta' Novembru, 1998 u għad-dekasteru li l-Ministru għalih huwa responsabbli, jista' jgħid: (a) kemm hemm mobile phones użati; (b) kemm minn dawn huma mixtrija u kemm mikrija, mingħand min u b'liema prezz/rati; (c) minn min qed jintużaw dawn il-mobile phones f'kull każ; (d) kemm minn dawn il-mobile phones bdew jiġu użati mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba hija din: a.) Numru ta' Mobile Phones użati - 22. b.) MIXTRIJA PREZZ ---------- ------- --------- 18 Mixtrija 4 qabel 5/9/98 ċ.) Użati minn: 10 uffiċjali tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent 1 Direttur Ġenerali tax-Xogħlijiet 1 Chairman B.I.C.C. 10 uffiċjali tal-Ministeru. d.) In-numru ta' Mobile Phones illum huwa 22. Ebda wieħed minn dawn ma beda jkun użat mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn. Ta' min jinnota li fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti kien hemm dawn il-Mobile Phones: Ministeru 12 Diviżjoni tax-Xogħlijiet 3 W.S.C. 10 Enemalta 5 Awtorita' ta' l-Ippjanar 12 Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent 10 ------ TOTAL 52 ------ Għalhekk, anki biex il-paraguni jkunu jreġu aħjar, naqta' barra l-entitajiet li llum ma jifformawx parti mill-Ministeru, ssib li qabel kien hemm 25 Mobile Phone qed jintużaw imqabbla ma' 22 illum u li 4 minnhom inxtraw privatament. Fil-fatt fi żmien l-amministrazzjoni preżenti, fil-Ministeru, ma nxtara ebda Mobile Telephone ġdid, u lanqas ma beda jintuża xi Mobile Telephone ġdid.

Djar — Każ bir-Ref No. H 0015646

Question

Jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi tat-talba pendenti bir-Ref No. H 0015646? Fil-fatt, x'inhi l-policy tal-Gvern sabiex każijiet bħal dawn jiġu ttrattati? Meta huwa pprogrammat li l-Gvern jirrimedja għal dawn il-każijiet pendenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onor. Interpellant hu mitlub jara r-risposta li jiena tajtu għall-Mistoqsija Nru. 1118 li tittratta dwar l-istess persuni. 11.12.98
Leg 9 PQ #1713 Sitting 29 1998-12-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

File No. IPSE 980354/164/98

Question

Jista' l-Ministru jinformani dwar il-follow up tal-File IPSE 980354/164/98 u ċioe' jara li jiġi rimedjat il-każ sabiex il-persuni kkonċernati jkunu jistgħu jkomplu bil-ħidma tagħhom? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #1714 Sitting 29 1998-12-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Estensjonijiet

Question

B'riferenza għall-istqarrija riċenti tal-Ministru dwar l-estensjonijiet l i qed isiru fil-Ħabs Ċivili, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bin-numru ta' ħaddiema u l-gradi tagħhom li jridu jiġu mpjegati sabiex imexxu l-operat tal-Ħabs Ċivili meta jitlesta l-proġett? Kif se jkunu s-sejħiet ta' dawn il-vakanzi? Se jkun hemm kumpanniji privati li se jmexxu dan l-operat?

Response (BORG, TONIO)

S`issa, mill-estensjoni ġdida waslet biex titlesta Diviżjoni waħda li ser ikun fiha 36 ċella. Din id-Diviżjoni hi pproġettata li tintuża minn priġunieri żgħażagħ jew priġunieri li daħlu l-ħabs għall-ewwel darba. Mhux maħsub li jkun hemm żieda fuq in-numru ta` ħaddiema eżistenti biex titmexxa din id-Divijoni ġdida, billi l-istaff preżenti li qed imexxi d-Diviżjoni taż-żgħażagħ fil-parti antika tal-ħabs ser jiġu trasferiti għad-Diviżjoni ġdida hekk kif tibda titħaddem. Id-Diviżjoni l-oħra li fiha ser jitqiegħdu l-priġunieri mhux sentenzjati, u li hi l-akbar proġett tal-ħabs, għadha fl-istadju tal-bidu ta` kostruzzjoni u baqa` mill-inqas sentejn biex titlesta. Għalhekk mhux ipproġettat li jiddaħħlu nies għalissa fuq dan it-tieni proġett. Dwar il-gradi tal-ħaddiema fil-ħabs, infakkar lill-Onor. Interpellant li f`Mejju 1994 kien intlaħaq ftehim dwar is-salarji u kundizzjonijiet tal-ħaddiema tal-ħabs. Dan il-ftehim kien ukoll iffissa l-gradi ta` impjegati fis-servizzi korrettivi, kif ġej: - Correctional Managers fi skala 5 Assistant Correctional Managers fi skala 7 Correctional Supervisors fi skala 9 Senior Correctional Officers fi skala 10-11 Correctional Officers fi skala 14-17 Dwar l-aħħar mistoqsija, m`hemmx ħsieb li l-ħabs jitmexxa minn kumpanija privata. 11.12.98(pm)
Leg 9 PQ #1715 Sitting 29 1998-12-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Gwardjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt hu n-numru ta' gwardjani fil-preżent fil-Ħabs Ċivili? Kemm hu n-numru ta' postijiet vakanti tal-gwardjani fil-Ħabs Ċivili fil-mument u meta ħerġin is-sejħiet għall-applikazzjonijiet? Kemm kien in-numru ta' gwardjani li tkeċċew u/jew irriżenjaw minn din il-kariga matul l-aħħar erbgħa snin, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta` uffiċjali fir-rank ta` gwardjan (Correctional Officer) fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin huwa ta` 165. Fil-preżent in-numru ta` vakanzi ta` Gwardjani (i.e. Correctional Officers) hu ta` 14. Ninsab infurmat ukoll li n-numru ta` gwardjani li spiċċaw mis-servizz f`dawn l-aħħar erba` snin hu kif ġej:- 1995 - 30 1996 - 14 1997 - 4 1998 - 2 11.12.98(pm)