B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru 1998 sal-10 ta' Novembru, 1998 u għad-dikasteru li għalih il-Ministru huwa responsabbli, jista' jgħid: (a) kemm hemm mobile phones użati; (b) kemm minn dawn huma mixtrija u kemm mikrija, mingħand min u b'liema prezz/rati; (c) minn min qed jintużaw dawn il-mobile phones f'kull każ; (d) kemm minn dawn il-mobile phones bdew jiġu wżati mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru.
12.12.98
Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd — Mobile phones
Question
B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-10 ta' Novembru, 1998 u għad-dekasteru li għalih il-Ministru huwa responsabbli, jista' jgħid: (a) kemm hemm mobile phones użati; (b) kemm minn dawn huma mixtrija u kemm mikrija, mingħand min u b'liema prezz/rati; (c) minn min qed jintużaw dawn il-mobile phones f'kull każ; (d) kemm minn dawn il-mobile phones bdew jiġu wżati mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?
Response (ZAMMIT, NINU)
Fid-Dekasteru tiegħi fil-perjodu msemmi ntużaw tlett mobile phones biss. Dawn qed jintużaw minn:
i) Il-Ministru
ii) Is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru
iii) Il-Hatchery Manager taċ-Ċentru Nazzjonali ta' l-Akwakultura
i) Dak użat mill-Ministru huwa mobile phone (mhux GSM) li sa l-20.8.98 kien jintuża mill-Ministru preċedenti l-Onor. Noel Farrugia. Bejn l-20.8.98 u l-5.9.98 dan kien jintuża minn xi membri tas-Segretarjat ta' l-Onor. Noel Farruġia.
ii) Fl-20.8.98 inxtara mobile phone GSM mingħand il-Vodafone bil-prezz ta' Lm225 għall-użu tal-Ministru l-Onor. Noel Farrugia minflok dak spjegat f'(i). Wara l-5 ta' Settembru 1998 dan beda jintuża mis-Sur Edward Gauci Borda is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru, li sa dakinhar ma kellux mobile phone minkejja l-pożizzjoni għolja tiegħu fil-Ministeru.
iii) F'Awwissu wkoll inxtara mobile phone ieħor mingħand il-Vodafone, għall-użu tas-Sur Alex Meilak, Hatchery Manager fiċ-Ċentru ta' l-Akwakultura f'San Luċjan, bil-prezz ta' Lm119.68.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma nxtara jew beda jintuża l-ebda mobile phone mill-5 ta' Settembru 'l hawn fid-Dekasteru tiegħi.
B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-10 ta' Novembru, 1998 u għad-dekasteru li għalih il-Ministru huwa responsabbli, jista' jgħid: (a) kemm hemm mobile phones użati; (b) kemm minn dawn huma mixtrija jew mikrija, mingħand min u b'liema prezz/rati; (c) minn min qed jintużaw dawn il-mobile phones f'kull każ; (d) kemm minn dawn il-mobile phones bdew jiġu wżati mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta` mobile phones użati mid-dekasteru ta` l-Intern hu ta` 35.
Minn dawn, 33 huma mixtrija, filwaqt li tnejn oħra kienu jiffurmaw parti mit-tagħmir li wasal maż-żewġ SAR vessels tal-Protezzjoni Ċivili.
Minn dawn il-mobile phones 29 ġew mixtrija mingħand Vodafone Ltd, wieħed mill-Phone Shop, wieħed mis-Second Cellular Ltd, ieħor mit-Telephone Direct Ltd u ieħor minn Pace Associates Ltd.
Dawn qed jintużaw kif spjegat hawn taħt:-
Ministeru 3
Segretarju Permanenti 1
Dipartiment tal-Passaporti 1
Dipartiment ta` l-Artijiet u Kostruzzjoni 1
NDIU 2
Awtorita` ta` l-Ippjanar 9
Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili 5
Faċilita` Korrettiva ta` Kordin 3
Korp tal-Pulizija 9
Manager Airport Security 1
3 minn dawn il-mobile phones hawn fuq imsemmija bdew jiġu użati wara l-5 ta` Settembru, 1998.
12.12.98
Jista' l-Ministru jara li jiġu rranġati l-ħofor li hemm fi Triq is-Salib fil-Mellieħa? Jista jikkonsidra li jikkordina mal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa sabiex jiġu rranġati l-bankini ta' din it-triq u wkoll jingħata t-tarmak sabiex ir-residenti jkollhom aċċess aħjar? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu direttament lill-Kunsill Lokali interessat.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bit-tariffi/rati ġodda ta' l-ilma u dawl għar-raħħala, bdiewa u l-Agro Industrija? Kemm fil-fatt ġie l-prezz ta' metru kubu li kien 4c5m sa 2,270 metru kubu ilma għar-raħħal?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kif il-miżuri l-ġodda ta' tnaqqis ta' levy fuq ċerti beef burgers mhux se jaffetwa ħażin l-industrija lokali ta' l-ipproċessar taċ-ċanga friska? Jista' l-Ministru jgħid fejn se jiġu mpjegati l-ħaddiema li jaħdmu f'dawn l-azjendi ta' l-ipproċessar tal-laħam kemm-il darba minħabba kawża ta' dawn il-miżuri l-kumpanniji jkollhom jgħalqu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li dan it-tnaqqis sejjer jolqot biss lill-beef burgers li huma manifatturi minn ċanga pura u għalhekk jaffetwa biss sezzjoni żgħira mill-manifattura lokali.
Rigward it-tieni parti, nixtieq ninforma lill-Onorevoli Membru , li sa fejn huwa nfurmat id-Dipartiment ta' l-Industrija llum, ma jidhirx li din is-sitwazzjoni sejra taffettwa b'mod negattiv l-impjiegi. Anzi, jidher li l-ħwienet ta' l-ikel (fast food outlets) jimpjegaw numru sostanzjali ta' ħaddiema u dan jagħmel tajjeb għal xi tnaqqis żgħir li jista' jkun hemm fis-settur tal-manifattura ta' l-istess prodott.
Billi hija x-xewqa ta' ħafna ċittadini mill-Manikata li jkollhom ground tal-logħba tal-boċċi, jista' l-Ministru jikkonsidra li japprova dan il-proġett ċkejken għad-dipartiment imma żgur li jfisser ħafna għar-residenti tal-Manikata?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-proposta biex jinbena ground tal-boċċi fil-Manikata se tiġi mistħarrġa.
Billi hi x-xewqa ta' ħafna mir-residenti tal-Manikata li jkollhom ground tal-logħba tal-boċċi, jista' l-Ministru jikkonsidra li japprova dan il-proġett għall-budget li ġej?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 1755.
Billi hija x-xewqa ta' ħafna mir-residenti tal-Manikata li jsiru toilets għall-pubbliku u anke ġnien fil-Manikata, jista' l-Ministru jikkonsidra li fil-budget jinkludi dawn iż-żewġ proġetti żgħar għal ministeru tiegħu iżda li jfissru ħafna għar-residenti tal-lokal? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali interessat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb tal-gvern li jifrex l-għajnuna eżistenti li qed tingħata lil nisa xebbiet jew romol li jieħdu ħsieb lil qraba b'mard li jgħixu fl-istess dar, għal ġuvintur jew romol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Is-suġġeriment ta' l-Onor. Membru jiġi kkunsidrat fl-isfond ta' proċess li jrid jitkompla sabiex tkompli tinfirex l-ugwaljanza tas-sessi fil-Liġi tas-Sigurta' Soċjali.
12.12.98
Wara l-miżura mħabbra fil-Budget 1999 dwar żieda fil-bolla, jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb tal-gvern li jeżenta mill-miżura jew oltre jeħles mill-ħlas tal-bolla lill-ġenituri li jkunu bil-parental leave bla ħlas?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-għoti ta' eżenzjoni mill-ħlas tal-Kontribuzzjoni tas-Sigurta' Soċjali lill-ġenitur li jkun fuq 'parental leave' hi waħda mill-wegħdiet fil-Programm Elettorali tal-Gvern Nazzjonalista. Għaldaqstant nassigura l-Onor. Interpellant li din il-wegħda ser tiġi mwettqa f'waqtha.
12.12.98
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1125, jista' l-Ministru il-karozza msemmija kemm qiegħda tintuża fil-ġimgħa (numru ta' ġranet) u fejn qed titpoġġa wara l-ħinijiet tax-xogħol?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-karozza tal-kiri numru BAK 483 hija użata skond l-esiġenzi tas-servizz kif stipulat fil-kuntratt.
Wara l-ħin tax-xogħol din il-karozza tinżamm viċin id-dar ta' l-uffiċjal li jużaha, kif hu l-każ tal-karozzi l-oħra kollha tal-kiri u li jintużaw minn uffiċjali oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi policy li fl-iskejjel fejn m'hemmx persuni biżżejjed biex inaddfu, l-istudenti stess jitqabbdu jnaddfu dawn l-iskejjel?
Jaħseb l-Ministru li tajjeb li l-istudenti jitqabbdu jnaddfu l-iskejjel?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma hemm ebda policy li studenti jitqabbdu jnaddfu l-iskejjel. Pero' l-istudenti huma mistennija li jżommu l-ambjent nadif kemm jista' jkun, li jħallu kull ambjent nadif kif isibuh.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li applikaw biex jiġu reklutati bħala part-time clerks u part-time cleaners fl-iskejjel?
Min se jagħżel lil dawn l-applikanti?
X'input qed jingħata f'din l-għażla l-Ministeru nnifsu u s-segretarjat tiegħu?
X'inhi r-raġuni li s-segretarjat tal-Ministeru talab il-listi ta' l-applikanti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' persuni li applikaw biex jiġu reklutati bħala:
part-time clerks kien 489
part-time cleaners kien 481
Dawn l-applikanti ser jintgħażlu mill-Bord magħmul mill-President tal-Kunsill Skolastiku, il-Kap ta' l-Iskola u membru ta' l-istaff ta' l-iskola kkonċernata.
Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' l-għażla biex jinħatru l-assistenti diretturi fid-dipartimenti differenti tal-gvern?
X'vakanzi jeżistu għal assistenti diretturi?
Tista' tipprovdi lista ta' fejn teżisti vakanza f'kull dipartiment?
Min hu mdaħħal fil-proċess ta' l-għażla?
B'liema kriterji se jinħatru l-assistenti diretturi?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jiena nfurmat illi l-proċess ta' l-għażla biex jinħatru l-
Assistenti Diretturi jinsab fi stadju avvanzat.
Minħabba t-tibdil fid-dekasteri qegħda ssir re-evalwazzjoni
tal-vakanzi f'dawn il-pożizzjonijiet.
Billi għad baqa xi dettalji li għad iridu jiġu determinati
dwar il-proċess ta' l-għażla minix f'pożizzjoni li nagħti
aktar informazzjoni f'dan l-istadju.
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-traffic lights u s-street paintings li saru riċentement ħdejn l-ITS sarux bil-permess meħtieġ tat-Traffic Control Board u b'konsultazzjoni u l-approvazzjoni tal-Kunsill Lokali ta' Pembroke?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Ministeru tat-Turiżmu ħa l-inizjattiva biex jagħmel diversi xogħolijiet biex isebbaħ il-lokal fejn jinstab l-Ex Martin Luther King College. Fost dawn ix-xogħolijiet saru xi sinjali tat-Traffiku u road markings għas-sigurta ta` l-istudenti u biex tinżamm ċertu ordni madwar l-iskola, iżda ma saru ebda Traffic Lights fl-inħawi.
Dawn is-sinjali ma jaffetwaw bl-ebda mod l-aċċess u l-moviment tat-traffiku għan-nies tal-lokalita.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1305, jaf il-Ministru li meta fl-1993, is-sena tat-twaqqif tal-kunsilli lokali, il-Gvern għadda l-playing field ta' Ta' Ġiorni lil Kunsill Lokali ta' San Ġiljan, l-imsemmija playing field kienet diġa' tinsab fi stat diżastrus u dan wara sitt snin sħaħ ta' Gvern Nazzjonalista? Jaf il-Ministru li biex din il-playing field tiġi refurbished jenħtieġ somma konsiderevoli ta' flus, liema somma l-kunsill mhux faċli li jonfoq? Jista' l-Ministru, li kif għoġbu meta kien Ministru ta' gvern preċedenti Nazzjonalista, iwettaq diversi proġetti kapitali f'postijiet li jaqgħu taħt il-kunsilli lokali bħal per eżempju l-Pjazza tal-Balluta, jikkonsidra bis-serjeta' u bl-aktar responsabbilta' li jwettaq immedjatament xogħol simili biex jitneħħa kull periklu u tingħata sura lil din il-playing field u dan għal ġid tal-komunita' ta' Ta' Ġiorni, speċjalment iż-żgħażagħ u t-tfal?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Is-suġġeriment ta' l-Onorevoli Interpellant qed ikun ikkunsidrat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm turbini b'kollox fil-power station tal-Marsa u ta' Delimara? Kemm hi l-kapaċita' ta' ġenerazzjoni elettrika minn kull turbina?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.