Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #1766 Sitting 32 1998-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk humiex se jkomplu d-diskussjonijiet dwar assigurazzjoni fuq il-prodott u l-proprjeta' tal-bdiewa li kien beda l-Ministru preċedenti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Id-Dipartiment tal-Agrikoltura daħal f'diskussjonijiet dwar assigurazzjoni għall-bdiewa ma Bank Kummerċjali Malti. Jien infurmat li l-istħarriġ wasal fi stadju avanzat. Jien infurmat ukoll li l-Onor. Interpellant, meta kien responsabbli mill-Biedja u Sajd, kellu f'moħħu diversi ħsibijiet, fosthom li jneħħi l-ħlas ta' nofs il-bolla u minflok iħallas xi premums fuq xi tip ta' assigurazzjoni. Bħall ħafna kunċetti oħra li kellu l-istess Interpellant, dawn il-miżuri ma ġewx attwati u baqu biss f'rasu.
Leg 9 PQ #1767 Sitting 32 1998-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

12-il Distrett — Street lighting/bozoz ma' irziezet

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bin-numru ta' talbiet pendenti mir-residenti u l-kunsilli lokali tat-12-il Distrett għal street lighting u bozoz ma' irziezet, eċċ.? Kemm fil-fatt hija kkalkolata n-nefqa rikjesta biex l-Enemalta tinstalla dawn il-bozoz sabiex tipprovdi s-servizz meħtieġ liċ-ċittadini residenti fit-12-il Distrett?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-preżent il-Korporazjoni Enemalta għandha 4 talbiet pendenti mill-Kunsill Lokali tar-Rabat u 4 talbiet oħra mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa. It-talbiet msemmija bħalissa qed jiġu ikkunsidrati flimkien ma' talbiet oħra.

Djar — Housing Estates - San Pawl il-Baħar/Imġarr

Question

Jista' l-Ministru jikkunsidra l-possibbilta' li jsiru l-lifts fil-qasam tad-djar ta' San Pawl il-Baħar u l-Imġarr, Malta? Kemm fil-fatt huwa n-numru ta' residenti f'dawn il-Housing Estates?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet għal PQ Nru. 409 u 639. 14.12.98
Leg 9 PQ #1769 Sitting 32 1998-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Toroq — Qasam Industrijali ta' l-Imrieħel

Question

Billi fil-qasam industrijali ta' l-Imrieħel żviluppaw numru ta' ħofor fit-toroq minħabba l-maltemp ta' dawn l-aħħar jien, jista' l-Ministru jara li jikkordina mad-dipartimenti konċernati dawn ix-xogħlijiet sabiex il-ħaddiema ma jkomplux jiffaċċjaw aktar inkonvenjent fis-sewqan ikkawżat minn dawn il-ħofor? Jista' l-Ministru jara li jagħmel l-istess kordinament mad-Dipartiment ta' l-Ambjent sabiex jitnaddaf l-iskart li hemm f'dan il-qasam industrijali ħalli l-ħaddiema jkollhom ambjent diċenti? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Malta Development Corporation ser tibda xogħolijiet ta' tiswija fuq it-toroq tal-Qasam Industrijali ta' l-Imrieħel fl-ewwel ġimgħa ta' Jannar 1999. FIl-frattemp qed isir tindif regolari tat-toroq li jaqgħu fil-konfini ta' dan il-Qasam. Il-Korporazzjoni qiegħda wkoll tikkordina mad-Dipartimenti Konċernati biex kemm jista jkun malajr isisru t-tiswijiet u t-tindif neċessarji fit-toroq ta' madwar dan il-qasam industrijali.
Leg 9 PQ #1814 Sitting 32 1998-12-12 Oral · Final From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Trasferimenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il transfer sar mill-elezzjoni sal-lum f'kull dipartiment tal-gvern u x'kienet ir-raġuni wara kull transfer? X'inhi l-opinjoni tal-gvern preżenti dwar it-transfers ta' l-impjegati tiegħu, speċjalment meta dawn ikunu transfers politikament vendikattivi?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Dan il-Gvern ma jagħmilx transfers politikament vendikattivi u kien il-Gvern immexxi minni li ħadem bis- sħiħ sabiex idaħħal sistemi ta' tmexxija fid-Dipartimenti tal-Gvern li jkunu bbażati fuq ir-rikonċiljazzjoni nazzjonali. Ninsab infurmat li mill-elezzjoni ta' Settembru sat-23 ta' Novembru, 1998 ingħataw b'kollox 126 transfer. Din il- figura tinkludi dawk it-transfers li ngħataw minn dipartiment għall-ieħor fl-istess Ministeru u li saru bl- approvazzjoni tas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru rispettiv. Dawn it-transfers jidhru fl-iskeda li qiegħed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra. Irrid ngħid li 25 minn dawn it-transfers kienu ħaddiema Għawdxin li telgħu Għawdex fis-sezzjoni tax-Short Term Benefits tad-Dipartimenti tas-Sigurta Soċjali. It-transfers l-oħra saru jew fuq talba tal-impjegati nfushom jew minħabba esiġenzi tas-servizz.
Leg 9 PQ #1815 Sitting 32 1998-12-12 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Ambjent

Tarxien — Dar tal-Kejka

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dar magħrufa bħala d-Dar tal-Kejka fi Triq Xintill, Ħal-Tarxien, issa hijiex lesta? Kemm kienet l-ispiża biex issewwiet? Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm watchman? X'beħsiebu jagħmel b'din id-dar meta tkun lesta għal kollox?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Skond l-informazzjoni li għandna, l-ispiża biex id-dar tal-Kejka kienet restawrata hija ta' Lm54,224. (li tinkludi Materjal u 'Labour Cost' u 'Professional Fees'.)

Imsida — Day centre

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu t-trattativi bejn id-Dipartiment ta' l-Anzjani u l-Kunsill Lokali ta' l-Imsida dwar ftuh ta' day centre f'parti mid-dar ta' l-anzjani ta' l-Imsida? Billi dawn it-trattativi kienu bdew u oriġinaw taħt Gvern Laburista, x'inhi l-policy issa tal-Gvern preżenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Billi ma kien hemm xejn definit dwar it-trattativi bejn id-Dipartiment ta' l-Anzjani u l-Kunsill Lokali ta' l-Imsida dwar il-ftuħ ta' Day Centre f'parti mid-dar ta' l-anzjani ta' l-Imsida, sar ftehim li dawn it-taħdidiet għandhom jitkomplew, iżda s'issa għadu m'hemm xejn deċiż. 14.12.98

Enemalta — Reversible meters

Question

Nirriferi għall-mistoqsija parlamentari numru 1970 fejn jidher li l-Ministru ma fehemx sew l-iskop tal-mistoqsija tiegħi. Hemmhekk kont qed nirreferi għal reversible meters, jiġifieri meters li jkejlu enerġija elettrika li tista' tgħaddi b'lura mid-djar minn PVs (photo voltaic systems) għal ġol-grid nazzjonali. Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux bħalissa fl-istores ta' l-Enemalta minn dawn il-meters?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-meters li għalihom qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant, il-Korporazzjoni tafhome bħala 'Import/Esport Meters'. Jiena nfurmat li fil-preżent il-Korporazzjoni ma għandhiex minn dawn it-tip ta' meters fl-istores tagħha, pero' diġa qed isiru investigazzjonijiet dwarhom, kemm tekniċi kif ukoll finanzjarji, biex jekk ikun meħtieġ jinxtraw numru minnhom.

Persuni b'diżabilita' — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'diżabilita' li qed jirreġistraw għax-xogħol, kemm minnhom huma nisa u x'inhi l-eta' tagħhom? Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-persuni qed jirreġistraw bħala labourers? Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-persuni qed jieħdu xi forma ta' benefiċċju tas-sigurta' soċjali u kemm qed jieħdu benefiċċju marbut mad-diżabilita' li huma jsofru? Jista' imbagħad il-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'diżabilita' li qed igawdu minn xi benefiċċju amministrat mis-Segretarjat tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita'? Jista' l-Ministru jagħti din l-informazzjoni bin-numru ta' persuni għal kull benefiċċju separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Rigward Mistoqsija Parlamentari Nru. 2472, l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru qed tinġabar u għalhekk Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra. 14.12.98

Impjiegi — Persuni li tilfu l-impjieg

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li tilfu x-xogħol xahar b'xahar, f'Settembru, Ottubru, Novembru u Diċembru, 1998 u x'kien ix-xogħol preċedenti ta' kull wieħed minnhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' nies li tilfu x-xogħol xahar b'xahar f'Settembru, Ottubru u Novembru 1998 u x-xogħol preċedenti tagħhom hu kif ġej: SETTUR SETTEMBRU OTTUBRU NOVEMBRU Tourism/Hotels/Catering 15 23 58 Manufacturing 41 45 38 Mechanical/Metal/Building 27 33 31 Woodwork 4 4 5 Retail/Wholesale 33 33 20 Others 54 45 34 TOTAL 174 183 186 14.12.98

Non-government Organisations — Tqassim ta' flus

Question

Jista' l-Ministru jinforma jekk ġiex ifformat minnu l-kumitat li jieħu ħsieb il-Vot 4070 dwar it-tqassim tal-flus lil Non-government Organisations? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħidilna min huma l-persuni u x'inhi l-kariga tagħhom f'dan il-kumitat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Tweġiba tingħata f'Seduta oħra. 14.12.98

Furjana — Dar ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm residenti jgħixu fid-dar tal-Furjana u kif kienu ġew imqassma fid-djar l-oħrajn wara li nbeda x-xogħol ta' rinovazzjoni fid-dar tal-Furjana? Jista' l-Ministru jgħid fejn intbagħtu dan l-aħħar dawn ir-residenti? Dawn intbagħtu f'xi post immexxi mill-privat u f'dan il-każ, kemm qed iħallas il-gvern għal kull persuna kuljum? Jista' l-Ministru jgħid jekk in-nefqa fuq it-tiswijiet u l-modernizzar fid-dar tal-Furjana hijiex se taqbeż is-somma stmata meta nbeda x-xogħol? Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li d-dar tal-Furjana titlesta biex dawn ir-residenti jkunu jistgħu jerġgħu jinġabru fiha kif jixtiequ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta fuq l-istess suġġett li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2020. Rigward jekk in-nefqa fuq it-tiswijiet u modernizzar fid-dar tal-Furjana hijiex se taqbeż is-somma stmata meta nbeda x-xogħol, jien infurmat li, mill-informazzjoni miġbura s'issa, ma jidhirx li l-ispiża se taqbeż is-somma stmata. Id-dar tal-Furjana għandha tkun lesta għal ħabta ta' Marzu, 1999. 14.12.98

Ministeru tal-Politika Soċjali — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux konsulenti fid-dikasteru tiegħu, min huma, meta sarilhom il-kuntratt u x'salarju flimkien ma' allowances għandhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru. 14.12.98

ETC — Persuni ta' nazzjonalita' barranija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm employers ittellgħu l-Qorti mill-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ minn Settembru sa Novembru, 1998 talli mpjegaw persuni ta' nazzjonalita' barranija? Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każi ta' din in-natura li ġew mgħoddija lill-pulizija iżda għadhom ma ttieħdux passi dwarhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ma ttellax nies il-Qorti iżda il-kompitu tagħha hu li tirreferi l-każ lill-Pulizija u huma jipproċedu fil-Qorti Kriminali kontra dan l-abbuż. Matul ix-xhur ta' Settembru, Ottubru u Novembru 1998, kien hemm disa' (9) każi fejn uffiċjali tal-Korporazzjoni ntalbu jagħtu x-xhieda tagħhom f'każi ta' employers li ġew akkużati li mpjegaw persuni ta' nazzjonalita' barranija mingħajr il-permessi meħtieġa. Ġa ladarba l-Korporazzjoni tgħaddi lil barranin li nstabu jaħdmu mingħajr permess lill-pulizija hi ma zzomx aktar kont ta x'ġara jew ma ġarax. Uffiċjali tal-Korporazzjoni jitilgħu jgħatu x-xhieda tagħhom fil-Qorti tal-Maġistrati meta dawn jintalbu mill-pulizija kif spjegat hawn fuq. 14.12.98

Bormla — Dar ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fid-dar ta' l-anzjani ta' Bormla l-Gvern hux qed jaħseb biex it-tmexxija ta' din id-dar tieħu ħsieb minn qabel residenti li fil-futur jista' jsir dependenti u jkollu bżonn nursing care?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Policy attwali ta' dan il-Gvern hi li fid-djar residenzjali tal-anzjani għandu jkun hemm livell ta' nursing u caring li jippermetti li anzjani residenti fid-dar u li jaslu f'ċertu stat ta' dipendenza jkun possibli għalihom li jibqgħu jgħixu f'dik id-dar. Naturalment il-gvern jinsisti li kull dar ġdida li tinfetaħ, bħal dik ta Bormla, irid ikollha almenu dan il-livell ta' nursing u caring. 14.12.98

Maltacom — Arretrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm arretrati huma dovuti mit-Terranet Ltd (Maltanet) lill-Maltacom u minn meta huma dovuti? X'azzjonijiet ħadet jew beħsiebha tieħu l-Maltacom sabiex dawn l-arretrati jitħallsu? Dawn l-azzjonijiet jew pariri tal-Maltacom huma l-istess bħal dawk li l-Maltacom tieħu fil-konfront ta' arretrati ta' internet service providers oħra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #2503 Sitting 32 1998-12-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agriculture Leases (Reletting) Act

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Agricultural Leases (Reletting) Act tiġi emendata billi l-aħwa jkunu jistgħu jirtu lill-aħwa peress li fil-preżent qiegħda tiddiskrimina kontra l-aħwa?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-Ministeru tiegħi jinsab involut f'diskussjonijiet ma'l-Uffiċċju Konġunt u mad-Dipartiment ta' l-Artijiet dwar proposti għal emendi għal-Agricultural Leases (Reletting) Act. L-emenda li qed jissuġġerixxi l-Onor. Interpellant hija waħda minn dawk li qed tiġi kkunsidrata f'dawn id-diskussjonijiet.
Leg 9 PQ #2504 Sitting 32 1998-12-12 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Għaqdiet volontarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-għaqdiet volontarji li applikaw biex ikunu jistgħu jingħataw it-tmexxija tal-premises tagħhom u li qed jistennew dan biex jgħaddi mill-parlament? Kemm minn dawn jinsabu f'dawn il-lokalijiet: Żabbar, Żejtun, Wied il-Għajn, Bormla, Birgu, Isla, Xgħajra, Fgura u Kalkara?

Response (BORG, TONIO)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra. 14.12.98(am)
Leg 9 PQ #2505 Sitting 32 1998-12-12 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Żabbar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-Iskola Primarja A u fl-Iskola Primarja B, f'Ħaż-Żabbar hemmx il-full complement ta' l-għalliema? Jekk hemm xi klassijiet li għadhom mingħajr għalliema permanenti, jista' l-Ministru jgħid meta dawn it-tfal se jkollhom l-għalliema tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma hemm ebda għalliem/għalliema nieqsa la fi Skola 'A' u anqas Skola 'B' ta' Ħaż-Żabbar.
Leg 9 PQ #2507 Sitting 32 1998-12-12 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni mressqa l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti fuq reati konnessi mal-kaċċa u ma' l-insib matul din is-sena, xahar b'xahar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li tressqu l-Qorti mill-Pulizija fuq reati konnessi mal-kaċċa u ma' l-insib matul din is-sena, xahar b'xahar, hu kif ġej : - Xahar Kaċċa Insib ----- ----- ----- Jannar 8 3 Frar 4 xejn Marzu 6 xejn April 23 xejn Mejju 7 xejn Ġunju 1 1 Lulju xejn xejn Awissu xejn xejn Settembru 11 xejn Ottubru 1 xejn Novembru 2 xejn (Sat-30) 14.12.98(am)