Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 1531?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1531,
ninsab infurmat li 24 Kunsill addottaw policy biex ma
jsirx tipjip fl-uffiċini u s-swali tal-konferenzi tagħhom.
Dawn huma:
Żebbuġ (Malta), Żejtun, Birkirkara, Fgura, Floriana,
Għajnsielem, Gharb, Għasri, Għaxaq, Kirkop, Mellieħa,
Mġarr, Nadur, Naxxar, Paola, Pembroke, Qrendi, San Ġwann,
Santa Luċija, Santa Venera, Ta' Xbiex, Tarxien, Xagħjra,
Żurrieq.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 474?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li fil-perjodu msemmi saru ħames trasferimenti fil-Maltacom. Dawn it-trasferimenti saru skond l-esiġenzi tax-xogħol.
Għal dik li jirrigwarda trasferimenti futuri, dawn isiru meta u jekk ikun meħtieġ.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 439?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li fil-perjodu msemmi ġew installati 2105 linji ġodda tat-telephone f'Malta u f'Għawdex.
Dwar il-partijiet l-oħra tal-mistoqsija, jiena nfurmat li l-Maltacom ma żżommx statistika.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi konkreti ttieħdu jew se jittieħdu matul din is-sena skolastika biex mill-grounds ta' l-iskejjel jew qrib ħafna tagħhom jitneħħew dawk it-tipi ta' siġar li jikkaġunaw problemi għat-tfal li jbatu bl-asthma u b'mard ieħor respiratorjali?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex it-tagħrif mitlub jinkiseb, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għal: (a) bini ta' skejjel ġodda; u (b) estensjoni ta' skejjel eżistenti?
Liema huma dawn l-iskejjel?
F'liema stadju waslu, f'kull każ, dawn l-applikazzjonijiet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
14.12.98(am)
Mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn kemm kien hemm talbiet għal żidiet fil-miżati minn skejjel privati?
Liema skejjel għamlu dawn it-talbiet u x'kienu t-talbiet f'kull każ tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex it-tagħrif mitlub jinkiseb, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' ħelu u xorb huwa permess li jinbiegħ fit-tuck shops ta' l-iskejjel tal-gvern?
Xi spezzjonijiet saru matul din is-sena skolastika biex isir magħruf il-kwalita' u l-prezz ta' dak li qed jinbiegħ fit-tuck shops? Min għamel dawn l-ispezzjonijiet? F'liema skejjel?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fit-Tuck Shops jista jinbiegħ ilma minerali, xarbiet mingħajr zokkor u kemm jista jkun frott frisk magħsur. Ma jistax jinbiegħ xorb alkoħoliku u birer.
Fir-rigward ta' ħelu, jista jinbiegħ varjeta ta' ful, ċiċri, karawett, ġewż, lewż, qastan eċċ.
Ma jistax jinbiegħ 'chewing gum' u ħelu li jeħel mas-snien bħal qubbajt jew toffee.
Id-Direttur tal-Kummerċ intalab biex jagħmel spezzjonijiet rigward il-kontroll tal-prezzijiet.
Id-Dipartiment tas-Saħħa intalab jagħmel spezzjonijiet biex ikunu żgurati l-iġjene fil-post u s-saħħa fil-prodotti għal-bejgħ mit-Tuck Shop.
L-ispezzjonijiet isiru fit-Tuck Shops kollha.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-bordijiet li twaqqfu biex imexxu entitajiet sportivi u li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħek li inti personalment iltqajt magħhom mindu dħalt fil-ħatra?
Kemm hemm talbiet pendenti minn dawn l-għaqdiet biex jiltaqgħu miegħek u għadhom qed jistennew tweġiba?
Liema minn dawn il-bordijiet iltaqgħu mas-segretarju parlamentari fl-istess żmien?
Kemm hemm talbiet pendenti għal-laqgħat simili quddiem is-segretarju parlamentari?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub dwar it-talbiet pendenti irid jinġabar, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn ma baqax jingħata special leave bħal qabel lil min ikun se jirrappreżenta lil Malta fl-isports barra l-pajjiż jew bħala player jew bħala referee?
Jista' l-Ministru jara li din il-politika terġa' tiġi lura għalli kienet kemm fil-Korporazzjoni Enemalta kif ukoll fl-organizzazzjonijiet parastatali oħra?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-ispecial leave imsemmi għadu jingħata. Jiena nfurmat ukoll li kill talba li ssir f'dan ir-rigward tiġi kkunisidrata skond il-merti tagħha.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hawn persuni li ttellgħu l-qorti din is-sena u kien hemm divjett tal-publikazzjoni ta' l-isem? X'tip ta' reati kienu akkużati f'kull każ?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika dwar in-numru ta`
persuni li ttellgħu il-Qorti din is-sena. Dan peress li l-
kawżi kriminali għadhom ma ġewx kompjuterizzati. Lanqas ma
tinżamm statistika dwar id-divjett tal-pubblikazzjoni ta` l-
isem u dwar it-tip ta` reati li kienu akkużati f'kull każ.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa r-relapse rate ta' persuni li xi darba kienu diġa' skontaw sentenza l-ħabs? Kemm kien fil-każ ta' persuni li weħlu probation jew sentenza sospiża?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fl-1997, li hi l-aħħar sena sħiħa li dwara nġabet statistika fir-rigward tas-suġġett tal-Mistoqsija, minn 246 sentenza ta' ħabs li ngħataw, 93 ingħataw lill-persuni li kienu ngħataw sentenza ta' ħabs qabel.
Ninsab infurmat ukoll li d-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi ma jżommx statistika dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija.
14.12.98pm
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni miżmuma fil-ħabs ta' Kordin li nstabu taħt l-effett tad-droga, xahar b'xahar din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta' priġunieri li nstabu pożittivi għad-droga, xahar b'xahar, minn Jannar 1998 sa Novembru 1998 kien kif ġej :
Jannar 9
Frar xejn
Marzu xejn
April 2
Mejju xejn
Ġunju xejn
Lulju xejn
Awissu xejn
Settembru xejn
Ottubru xejn
Novembru 1
14.12.98pm
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' hold-ups mill-5 ta' Settembru 'l hawn?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li bejn il-5 ta' Settembru, 1998, u d-9 ta' Diċembru, 1998, il-Pulizija kellha 15 -il-rapport ta' hold-up. Barra minn dan kien hemm wieħed li rriżulta li kien rapport falz. Minn dawn 5 ġew solvuti.
Kien hemm rapport ieħor, mhux solvut, ta' tentattiv ta' hold-up li fih ma nsteraq xejn.
14.12.98(pm)
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni membri tal-Forzi Armati llum?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-Forzi Armati ta' Malta hija komposta minn 87 uffiċjal,
1535 suldat regolari, 215 ħaddiema pajżana tal-Gvern u 55
Riservisti Voluntiera, cioe total ta' 1892. Din kienet il-
pożizzjoni fil-11 ta' Diċembru 1998.