Jista' l-Ministru jgħid meta se titnaddaf il-parti tat-triq ħdejn Entrance of Block F, fi Triq l-Għolja, Sta. Venera li qisha maqjel? Meta din it-triq se tiġi asfaltata kollha għaliex sa llum nofsha hija asfaltata?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-Onor. Interpellant hi mitluba tirreferi l-ewwel parti tal- mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat peress li d-Dipartiment tat-Toroq mhux responsabli mit-tindif ta` l-iskart.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija jien infurmat li din it-triq qiegħda nkluża biex tiġi asfaltata max-xogħol li ser isir fit-toroq ma ġenb Psaila Street bi preparament għax-xogħol ta` l-Upgrading ta` Psaila Street.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol fuq it-toroq fil-Housing Estate f'Tal-Blat II, f'Ħal Qormi li huma ta' periklu kemm għar-residenti, għal pedestrians kif ukoll għal vetturi li jgħaddu minnhom, minħabba l-istat diżastruż li jinsabu fih?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-toroq imsemmija mill-Onor. Interpellant huma asfaltati u għalhekk ix-xogħol fihom irid isir mill-Kunsill Lokali.
Billi Triq Piscopo Macedonia, San Pawl il-Baħar u Triq Raddet ir-Roti, Baħrija jonqos li jsiru bankini ma' naħa waħda tat-triq u li jsir tindif tal-ħaxix ħażin, jista' l-Ministru jintervjeni sabiex dawn ix-xogħlijiet pendenti jsiru fl-affermattiv?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari numru 1758 (Seduta 31).
Jista' l-Ministru jinkludi fil-programm tax-xogħlijiet għas-sena d-dieħla, l-għoti ta' asfalt jew tarmac u x-xogħol fuq il-bankini ġodda ta' Triq l-Awwista u Triq il-Pwales, fix-Xemxija?
Billi f'dawn l-aħħar sitt snin għamilt diversi talbiet għan-nom ta' dawn ir-residenti u qatt ma sar xejn, jista' l-Ministru jikkordina din it-talba sabiex ikun assigurat li s-sena d-dieħla x-xogħlijiet isiru verament?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari numru 1758 (Seduta 31).
Jista' l-Ministru jinkludi fl-estimi tal-Budget ta' l-1999 ix-xogħlijiet ta' bankini ġodda u asfaltar jew tarmac ta' Triq Jean De La Valette u l-madwar tagħha f'San Pawl il-Baħar?
Billi t-talba ta' dawn ir-residenti ilha pendenti s-snin, jista' l-Ministru jassigura lill-Kamra li fil-fatt ix-xogħlijiet jsiru vera s-sena d-dieħla?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari numru 1758 (Seduta 31).
Billi r-residenti ta' Triq it-Torri San Pawl il-Baħar, ilhom jistennew is-snin biex tiġi rranġata t-triq residenzjali tagħhom, jista' l-Ministru jikkordina x-xogħlijiet mad-dipartimenti u l-kunsilli lokali konċernati? Jista' l-Ministru jara li x-xogħlijiet pendenti jsiru s-sena d-dieħla, jiġifieri l-1999? Jekk iva, meta u jekk le għaliex?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari numru 1758 (Seduta 31).
Jista' l-Prim Ministru jara li meta l-pulizija tressaq u takkumpanja lil xi persuna/i fil-qorti ma daħħalhomx mill-bieb prinċipali tal-qorti qisha qed tagħmel xi show bihom? Dawn jistgħu jidħlu mill-bieb ta' wara li hemm fi Strait Street?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-Onor Interpellant hu mitlub li jagħmel id-domanda lill-
Ministru responsabbli għall-Intern.
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tal-persumni li qegħdin jaqdu d-dmirijiet tagħhom fis-segretarjati tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari?
Jista' l-Prim Ministru jindika wkoll id-dipartimenti jew azjendi parastatali li ġejjin minnhom, il-grad tagħhom, id-dmirijiet li qegħdin jaqdu issa u x'allowance qegħdin jirċievu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija
minni għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numru 81, 290 u 647.
Il-proċess biex jiġu ffirmati l-kuntratti tal-persuni li
għandhom jaqdu dmirijiet fis-Segretarjat Privat tiegħi u
f'dak tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħi issa
beda imma għadu ma ġiex konkluż. Għalhekk, risposta sħiħa
għal din il-mistoqsija f'dak li jirrigwarda il-Ministeru
tiegħi tingħata f'xi seduta oħra.
Jekk l-Onor Interpellant jixtieq dettalji dwar staff
f'Segretarjati Privati oħra, nistiednu jagħmel il-
mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sezzjoni tal-pulizija - l-Administrative Law Enforcement (ALE) - waqfitx milli tkompli tieħu passi biex tneħħi karozzi abbandunati fit-toroq? Jekk le, kemm ġabret karozzi, xahar b'xahar, minn Jannar 1998 sa Novembru 1998?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi s-sezzjoni ta' l-A.L.E. tal-Pulizija, ma waqfitx milli tneħħi vetturi abbandunati. Fil-fatt matul din is-sena tneħħew dawn il-vetturi :
Jannar 28
Frar 25
Marzu 17
April 23
Mejju 16
Ġunju 11
Lulju 17
Awissu 4
Settembru 9
Ottubru 17
Novembru* 15
14.12.98(pm)
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew sospiżi ħaddiema fis-Servizz Ċivili, sena b'sena mill-1992 'il hawn? Kemm minn dawn ġie eventwalment terminat l-impjieg tagħhom? X'kienet ir-raġuni tas-sospensjoni f'kull każ? Kemm-il persuna sospiża eventwalment kompliet bix-xogħol tagħha fis-Servizz Ċivili?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi t-tip ta' każijiet li fihom impjegati
tal-Gvern jistgħu jiġu sospiżi u eventwalment jiġu
nterdetti huma:
każijiet dwar reati serji ta' dixxiplina li jiġu
nvestigati mill-Bord tad-Dixxiplina tal-Kummissjoni dwar is-
Servizz Pubbliku; u
każijiet kriminali fil-Qorti li fihom ikunu nvoluti
uffiċjali pubbliċi.
It-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa miġbur
fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti l-ispejjeż involuti għaż-żjarat li saru fl-14/11/98, fid-29/10/98, fil-05/11/98 u fil-11/11/98 li ma ngħatawx fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 982? Jista' l-Ministru jinkludi l-ispejjeż tal-biljetti ta' l-ajru fejn dawn ġew esklużi?
Response (MARCO, GUIDO DE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għalhekk ir-risposta tingħata f'seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 898, jista' l-Ministru: (a) jagħti breakdown tad-dejn ta' Lm45,000 li jsemmi fit-tweġiba tiegħu u fiex kien jikkonsisti; (b) jgħid min kienu l-promoturi li għaddew self lill-club li jirriferi għalihom l-istess Ministru fit-tweġiba tiegħu; u (ċ) jgħid liema u kemm huma membri fil-kumitat tal-Marsa Racing Club li mhumiex horse owners?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-dejn ta' Lm45,000 sar meta l-Gvern ried jibni korsa u talab lis-sidien biex jagħtu l-għajnuna finanzjarja tagħhom. Kienet saret Promoters Association biex setgħet tinġabar din is-somma. Ħafna minn dawk li offrew l-għajnuna kienu sidien u dilettanti. Il-flus kienu inġabru bejn l-1980 u l-1981 u kellhom jitħallsu lura fi żmien ħames snin. Sadanittant il-Club kien qed iħallas imgħax bir-rata ta' 6.5%. Id-dejn beda jitħallas lura fl-1993.
Jidhirli li l-lista tal-promoturi li għaddew self lill-Club tista' f'dan l-istadju tintwera konfidenzjalment lill-Onor. Membru.
Il-membri tal-kumitat tal-Marsa Racing Club li m'humiex sidien huma Paul Midolo, Alfred Cinagura, Piju Saliba u Mario Meli.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ħinijiet uffiċjali tax-xogħol tal-plumbers u electricians li jaħdmu fl-Isptar San Vincenz de Paule? Kemm hemm ħaddiema li jagħmlu dan it-tip ta' xogħol? X'inhi l-medja ta' sejħiet għall-maintenance ta' kuljum, kemm għall-plumbers kif ukoll għall-electricians?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fil-Maintenance Section tar-Residenza ta' San Vinċenz hemm sebgħa plumbers u tmin electricians.
Dawn qed jaħdmu fuq shift ta' AOAO. Il-ħinijiet tax-xogħol huma mis-sebgħa ta' filgħodu sas-sebgħa ta' filgħaxija.
Il-medja tax-xogħol hija ta' tmintax il-sejħa kuljum għall-Plumbers u tnejn u għoxrin għall-electricians.
14.12.98
Jista' l-Ministru jelenka kemm saru żjarat mill-ispettorat ta' l-ETC, sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin? Kemm minn dawn ġew solvuti u kemm minnhom għadhom sub judice? X'inhi l-preskrizzjoni ta' dawk il-każi li għadhom sub judice? Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li xi każi li għadhom sub judice jiġu xolti qabel ma tgħaddi l-preskrizzjoni minn fuqhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba tingħata f'xi Seduta oħra.
14.12.98
Veru li n-nursing aide partikolari ngħata transfer minn San Vinċenz de Paule fejn ġie mibgħut jaħdem fil-laundry bħala supervisor? Veru li dan l-istess nursing aide għandu l-permess li minflok li juża l-punch clock bħal ħaddiema l-oħra fil-grad tiegħu, qed jitħalla jiffirma? Veru li n-nursing aide ieħor intbagħat jaħdem l-Isptar San Luqa bħala security guard, u jekk fl-affermattiv, taħt liema kriterji amministrattivi sar dan it-transfer?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Mhux veru li Nursing Aide partikulari ngħata transfer għal ġol-Laundry. Li ġie transferred il-Laundry huwa Health Assistant li bħalu hemm diversi Health Assistants oħra li jaħdmu ġol-Laundry.
Mhux veru wkoll li dan qed jitħalla jiffirma. Dan qed jippanċja u l-Punch Card No. tiegħu huwa l,202.
Dak li ġie transferred għal mas-Security huwa Health Assistant u mhux Nursing Aide.
14.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti minn San Vinċenz de Paule mistednin għall-ikla ta' San Martin li għadha kif għaddiet ix-xahar l-ieħor? Kemm kien hemm membri ta' l-istaff preżenti għal din l-okkażjoni? Xi gradi kellhom dawn il-membri ta' l-istaff? X'inhuwa t-total ta' flus li ġew minfuqa fuq din l-attivita'? Kemm kien hemm privates privati mikrijin għall-istess attivita', u mil-liema garaxx kienu mikrijin? Kemm hemm patient transporters irreġistrati ma' l-istess Sptar San Vinċenz de Paule? Kemm dawk li huma proprjeta' tal-gvern u kemm dawk li huma mikrijin mingħand garaxxijiet privati? X'inhu l-ammont li suppost jonfoq l-entertainment section kull sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għall-Festa ta' San Martin li bħal snin oħra ġiet ċelebrata fil-ġonna tal-Buskett nhar il-11 ta' Novembru 1998, attendew b'kollox 210 anzjani li minnhom kien hemm 85 wheel chair cases. Biex jieħdu ħsieb u jgħinu lil dawn l-anzjani għal din l-okkażżjoni kienu nvoluti 26 staff.
Tlitt coaches bil-lifter, bus u żewġ vannijiet kollha ta' din ir-Residenza, intużaw biex iġorru l-anzjani u l-ikel.
Inkrew tlitt buses mingħand il-Paramount Garage u ġew imħallsa mill-Welfare Committee.
L-ispiża għal din l-okkażżjoni kienet ta' Lm319.
L-entertainment section m'għandiex vot speċifiku ta' kemm għandha tonfoq flus fis-sena.
14.12.98