Jista' l-Ministru jgħid jekk tlestiex ix-xogħol kollu fil-Wied il-Kbir, f'Ħal Qormi, tat-tqegħid tal-mains ta' l-ilma?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li x-xogħol li għalih qed tirreferi l-Onorevoli Interpellant jikkonsisti fi bdil ta' main galvanizzat li kien qed ifixkel ix-xogħol ta' tindif tal-Wied li qed isir mill-Unit għal Ambjent Nadif. Fil-fatt dan il-Unit ħa ħsieb biex titħaffer it-trinka għall-main il-ġdid. S'issa l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma lestiet dik il-parti tal-main li l-Unit għal Ambjent Nadif xtaqet tneħħi.
Kull ma jonqos minn din il-parti hu li jitqabbdu xi ftit house connections mal-main il-ġdid. Dan ix-xogħol mistenni jitlesta fil-jiem li ġejjin.
Meta l-Unit għal Ambjent Nadif tkompli bil-proġett, il-Korporazzjoni għas- Servizzi ta' l-Ilma tkun lesta li tkompli bil-bdil tal-main.
B'riferenza għall-avviż nru. 75/2002 imħabbar fil-gazzetta tal-gvern nru. 17, 236 bid-data ta' l-10/5/02 dwar xogħlijiet ta' drenaġġ fi Triq id-Deheb Fin, Qormi, jista' l-Ministru jgħid f'hiex jikkonsisti dan ix-xogħol u jekk sa llum tlestiex u jekk ma tlestiex, meta se jitlesta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li dan ix-xogħol tlesta f'Lulju li għadda.
B'riferenza għall-avviż nru. 13/2002 kif ippublikat fil-gazzetta tal-gvern tad-29/1/02 dwar xogħlijiet tad-drenaġġ f'Ħaż-Żebbuġ, is-Siġġiewi, Ħal-Lija, u Ħal Qormi, x'inhuma x-xogħlijiet indikati u f'liema area huma f'Ħal Qormi? X-xogħlijiet saru?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet li kienu maħsuba li jsiru f'Ħal-Qormi bl-avviż numru 13/2002 kienu fi Triq il-Biegħa u parti minn Triq 10 ta' Settembru, iżda peress li l-main tad-drenaġġ irid jgħaddi minn propjeta privata, u l-art għad mhix żviluppata, jridu jsiru 'easements' minn ġo din il-propjeta. Dawn qed isiru sabiex jitħaffef il-proċess.
Fil-fatt din l-estensjoni ma saritx, għalkemm kienet inkluża fil-kuntratt u l-kuntrattur ma tħallasx ta' dan ix-xogħol.
B'riferenza għal Avviż/E/Nru.103/2001 dwar bini ta' uffiċini ġodda tad-distrett f'Ħal Farruġ għal Enemalta, jista' jqiegħed site plan tal-location magħżula għal dawn l-uffiċini?
Response (BONNICI, JOSEF)
Is-site plan mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'riferenza għal kwot. nru. CWQ 1/02 u kwot. nru. CWQ 2/02 ippublikati fil-gazzetta tal-gvern bid-data 5/2/02 dwar xogħlijiet ta' servizzi u alterazzjoni fl-iskola sekondarja tas-subien San Franġisk ta' Assisi, St. Venera, jista' jgħid x'inhuma x-xogħlijiet imsemmija, jekk dawn inbdewx, jew tlestewx u jekk ma tlestewx meta se jitlestew?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li hemm ħames proġetti għaddejjin fuq din l-iskola, li huma:
* Bini ta' ħames klassijiet ġodda
* Xogħol ta' manutenzjoni fuq klassijiet oħrajn
* Għamara għal-laboratorju tal-Home Economics ġdid
* Għamara għal-laboratorju tal-Physics ġdid
* Xogħol fuq faċilitajiet ta' toilets, li jinkludi bini ta' tmien units ġodda
Informat ukoll li x-xogħol ta' bini u manutenzjoni tal-klassijiet kważi tlesta. Ix-xogħol li baqa' huwa minuri u kollox ser ikun lest sa l-aħħar ta' Settembru 2002.
B'riferenza għall-avviż nru. 54 imxandar fil-gazzetta tal-gvern tat-18 ta' Marzu 2002 dwar xogħlijiet tat-toroq fi Triq il-Kunsill ta' l-Ewropa, Ħal Luqa, x'inhuma dawn ix-xogħlijiet, ġewx mibdija jew tlestewx, jekk ma tlestewx meta se jitlestew?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol li qed tirreferi għalih l-Onor. Interpellanta kien jikkonsisti f'tiswija ta' partijiet fil-wiċċ ta' din it-triq u fil-fatt dan ix-xogħol ta' resurfacing tlesta' fil-31 ta' Mejju 2002.
Jista' il-Ministru jgħid jekk sarux l-ispezzjonijiet, ir-rapport u ġiex propost ix-xogħol ta' tiswija fuq il-pont tal-bypass ta' St. Venera/il-Marsa (Ħal Qormi) BRG 080, kif imħabbar mill-gazzetta tal-gvern tat-18/3/02. X'xogħol ġie propost li għandu jsir? Beda dan ix-xogħol? Meta se jitlesta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq ħareġ sejħa għall-offerti biex dan il-pont jiġi spezzjonat u fil-preżent qiegħed jivvaluta l-offerti li ntefgħu biex jista' jqabbad perit biex jagħmel dan ix-xogħol.
B'riferenza għas-sejħa għall-applikazzjonijiet biex jimtlew il-postijiet vakanti ta' kontrolluri ta' l-ajru mal-Malta Air Traffic Services Ltd, li ħarġu fl-10 ta' Mejju 2002, jista' l-Ministru jgħid: kemm applikaw? Kemm minnhom kienu eliġibli u sarilhom l-interview/eżami? Kemm minnhom ma għaddewx mill-board ta' l-għażla? X'kienu r-raġunijiet għala ma għaddewx mill-interview/eżami?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistqosija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Tista' il-Ministru tgħid jekk tneħħiex is-sussidju minn fuq il-biljetti tal-vapur għal dawk ir-residenti Maltin li għandhom familjari f'Għawdex? Jekk iva għaliex? Jekk le lil min qed jingħata?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Issussidju fuq ilbiljetti talvapur għal dawk irresidenti Maltin li għandhom familjari f'Għawdex għadu fisseħħ.
Ilpersuni ntitolati għallpass huma dawk li jgħixu Malta iżda għandhom ilġenituri, nanniet, u/jew aħwa li twieldu u jgħixu Għawdex.
Lispouses u lulied talpersuni li għandhom nieshom jgħixu Għawdex huma ntitolati għallpass meta lfamiljari Għawdxin huma lġenituri jew innanniet talpersuna li ġiet tgħix Malta.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-gradwati tal-kors tal-BA Educ hux se jiġu impjegati kollha mill-gvern? Jekk le kemm huwa n-numru ta' għalliema ġodda li se jimpjega minn dawn il-gradwati?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li l-proċess ta' l-għażla għadu mhux uffiċċjalment konkluż, għadu kmieni biex nagħti t-tagħrif mitlub.
Jista' il-Ministru jgħid fid-dawl tad-deċiżjoni tal-Gvern Laburista li neħħa s-somma (gratuity) fl-1979, persuna li bdiet taħdem il-Maltacom (dak iż-żmien Telemalta) fl-1 ta' Settembru tan-1978 u spiċċat fl-1999 għandha dritt għal xi parti mis-somma?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.
Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal l-appointment ta' linesmen wara li l-applikanti segwew b'suċċess kors ta' sitt xhur fit-training centre ta' l-Enemalta f'M'Xlokk? Billi dan il-kors intemm madwar sitt xhur ilu u l-applikanti baqgħu bla risposta jista' jinfurmani x'inhi l-pożizzjoni ta' dawn l-applikanti?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-kors li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant kien kors ta' taħriġ ta' linesman li għalih attendew erba' ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta. Tajjeb jingħad li fl-aħħar tal-kors, il-ħaddiema kkonċernati kellhom joqgħodu għal Trade Competency Test imħejji apposta mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ. Ħadd minn dawn il-ħaddiema ma kkwalifika.
Jista’ l-Ministru jgħid minn liema fakultajiet ta’ l-universita’ kienu l-benefiċċjarji tal-programm Socrates (azzjoni Erasmus) bejn is-sena akkademika 2000 – 2001 u 2001 – 2002? Kemm kien hemm minn kull fakulta’ kull sena? F’liema universitajiet Ewropej marru l-istudenti Maltin? Kemm kien hemm studenti Ewropej fl-universita’ ta’ Malta taħt il-programm Socrates (azzjoni Erasmus) fis-snin akkademiċi 2000 – 2001 u 2001 – 2002? F’liema fakultajiet kienu dawn l-istudenti?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-iskejjel li qed jieħdu sehem fil-programm Convenius, minn liema pajjiż huma l-partner schools ta’ dawn l-iskejjel, x’tip ta’ temi qed jaħdmu fuqhom dawn l-iskejjel f’dawn il-proġetti?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti fis-sitt klassi fl-iskola primarja ta' Sant'Anna f'Marsascala, fis-snin skolastiċi 2000 - 2001 u 2001 - 2002? Jista' jagħti din l-informazzjoni separatament għas-subien u l-bniet? Kemm minnhom qagħdu għall-eżami tal-junior lyceum u kemm għaddew? Jista' jgħid ukoll kemm studenti tas-sitt klassi għamlu eżami sabiex jidħlu f'xi skola sekondarja tal-knisja? Kemm minnhom għaddew? Jista' jagħti din l-informazzjoni bniet għalihom u subien għalihom?
Response (GALEA, LOUIS)
Infurmat li l-popolazzjoni fil-Year 6 fl-iskola primarja ta' Marsascala kienet kif spjegat hawn taħt:
Subien Bniet Total
2000-2001 18 28 46
2001-2002 28 23 51
Infurmat ukoll li l-iskejjel ma jżommux statistika dwar l-eżamijiet tal-Knisja.
Rigward il-parti tal-Mistoqsija li tirreferi għall-eżami tal-Junior Lyceum nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 34553 u 34554.
B'riferenza għal mistoqsija 34029, tista' l-Ministru tinfurmani kemm mill-flus tas-safar intefqu sabiex intbagħtu żgħażagħ għawdxin jitħarġu fuq il-produzzjoni agrikola organika?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li matul ix-xahar ta' Marzu, grupp ta' ħmistaxil bidwi flimkien ma' xi uffiċċjali oħra, attendew seminar ta' tlettaxil jum filĠermanja li kien jinkludi sessjonijiet fuq produzzjoni organika. Dan isseminar ġie organizzat millMinisteru għal Għawdex taħt programm ta' skambji li lMinisteru għandu malAkademie Klausenhof. Lispiża nvoluta kienet ta' Lm180.30.