Jista' l-Ministru jgħid għaliex tifel ilu minn Settembru, 1998 jistenna biex isirlu test biex jiġi stabbilit jekk ibatix minn dyslexia?
Response (GALEA, LOUIS)
Kif jaf l-Onor. Kollega s-servizzi u l-għajnuna għan-nies li jbatu mid-dyslexia għadhom ġodda. Għalhekk hemm 'waiting lists' biex it-tfal jieħdu l-għajnuna meħtieġa. Lest inkompli nsegwi l-każ jekk ikolli d-dettalji speċifiċi.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li qed isiru appuntamenti għad-dental clinic fil-Health Centre ta' Ħal Qormi wara sena, per eżempju minn Settembru, 1998 għal Settembru, 1999?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Skond ir-records ta' l-Appuntamenti għad-Dental Clinic fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Ħal-Qormi, l-ewwel appuntament disponibbli għal checkup huwa fi żmien tlitt ijiem, u dak għall-mili tas-snien huwa fi żmien sitt ijiem.
JIsta' jkun il-każ li jingħata appuntament wara sena jekk ikun każ ta' ``follow-up'' għaliex fl-opinjoni tad-dentist li jkun qed jieħu ħsieb il-każ ma jkunx hemm bżonn li wieħed jarah qabel dan iż-żmien.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed idumu ma jingħataw appuntamenti għal mental clinic fil-Health Centre ta' Ħal Qormi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-appuntamenti tal-Mental Health Clinic huma tan-natura ta' follow-up. Ovvjament, appuntament ta' follow-up jingħata għad-data meta t-tabib jew l-ispeċjalista jidhirlu li hemm bżonn li jiġi invistat il-pazjent, liema żmien jista' jvarja minn xahar sa sitt xhur. Is-sitwazzjoni bħalissa hi li kull pazjent ingħata appuntament skond id-data li kien dovut jew mitlub mill-ispeċjalista li jarah.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li jressaq l-emenda fil-liġi ta' l-ETC, li ġiet imħejjija mill-Gvern Laburista preċedenti, bil-għan li l-ħaddiema ta' Kalaxlokk ikunu jistgħu jiġu mpjegati malli jkun hemm vakanzi fis-Servizz Pubbliku u f'entitajiet tal-Gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Mill-informazzjoni li għandi s'issa ma tirriżulta ebda informazzjoni dwar xi emenda kif suġġerit mill-Onor. Interpellant.
15.12.98
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Flus minfuqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus s'issa fl-uffiċini tal-ministeri biex jiġu rranġati mal-5 ta' Settembru, 1998?
Response (MARCO, GUIDO DE)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Membru qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra. Qed nassumi li l-perijodu li jixtieq li jkun kopert huwa dak bejn il-5 ta' Settembru 1998 u l-10 ta' Diċembru 1998.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa fl-uffiċini tal-ministeri biex jiġu rranġati mal-5 ta' Settembru, 1998?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li mill-5 ta' Settembru, 1998, s'issa l-ispiża li saret sabiex jiġu rranġati l-uffiċini tal-Ministeru tal-Intern kienet tammonta għall-Lm5,430.59, li huma relatati prinċipalment max-xogħol għall-uffiċini ġodda tas-Segretarju Parlamentari.
15.12.98 (2pm)
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1962, jista' l-Ministru jirrispondi l-parti ċioe' jekk huwiex il-ħsieb tal-gvern li jiftaħ berġa f'Ta' Ġiorni peress li l-area msemmija tinsab 'il bogħod mill-bereġ li semma fir-risposta speċjalment għall-anzjani?
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament huwiex intitolat biex jirċievi l-għajnuna medika?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-persuna kkonċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tal-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali, u dan b'ittra tal-14 ta' Diċembru 1998.
15.12.98
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1956, jista' l-Ministru jikkonsidra li jagħti struzzjonijiet lill-pulizija biex jinforzaw il-Liġi tat-Traffiku fis-sens kif mitlub fil-mistoqsija oriġinali?
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 1868 u ċioe' jista' jieħu l-passi meħtieġa bi jitneħħa l-periklu li hemm fil-bypass tal-Mellieħa fil-hair-pin bend li hemm viċin ir-roundabout? Jaf il-Ministru li dawn l-inċidenti f'din il-parti ta' triq qegħdin iseħħu spiss minħabba d-disinn jew tfassil ta' din il-kurva? Jaf il-Ministru li l-inċidenti li jseħħu minn dawk il-karozzi li jkunu neżlin huma ta' periklu ferm akbar għal dawk il-karozzi li jkun telgħin?
Response (GALEA, ĊENSU)
Ħadt passi biex flimkien mad-Dipartiment tat-Toroq isir ix-xogħol meħtieġ.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 1869 u ċioe' jista' jieħu l-passi meħtieġa biex tiġi rranġata dik il-kurva perikoluża mmens li hemm fi Triq Baħar iċ-Cagħaq viċin it-Torri ta' l-Għallis? Jaf il-Ministru li minkejja li l-crash barriers jiġu rranġati u minkejja li twaħħlu sinjali li jiddentifikaw din il-kurva bħala black spot, xorta waħda għadhom iseħħu l-inċidenti peress li d-difett qiegħed fid-disinn jew tfassil ta' din il-kurva?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li diġa beda xogħol ta` tiswija fit-triq ta` Baħar iċ-Ċagħaq minn naħa tas-Salini lejn St Andrews u l-asfalt fil-kurva ndikata mill-Onor. Interpellant ser jitranġa waqt dan ix-xogħol.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1908, jaf il-Prim Ministru li l-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan ilu li għamel talba biex juża l-Palazzo Spinola bħala uffiċini mill-1993? Jidhirlu il-Prim Ministru li għadda żmien biżżejjed biex wieħed ikompli jikkonsidra din it-talba? Jista' l-Prim Ministru jgħid f'din il-konsiderazzjoni hijiex se tingħata lil Kunsill ta' San Ġiljan li wara kollox huwa l-gvern lokali ta' dan il-lokal?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-propjeta`
msemmija kienet tappartjeni lill-Knisja Maltija (Abazzia
Spinola) u għalkemm kienet għaddiet fil-pussess tal-Gvern
Malti permezz ta` Dikjarazzjoni Presidenzjali għal
skopijiet pubbliċi, kienet ġiet ippreżentata kawża fil-
Qorti Maltija mill-Awtoritajiet Ekklesjastiċi.
Wara li dan is-sit kien użat mill-Malta International
Business Authority (MIBA), fi Frar 1997 il-Ministeru tat-
Turizmu kien ħa pussess ta` dan il-bini billi kellu l-ħsieb
li Palazzo Spinola jinbidel f'ċentru tal-World Tourism
Organisation.
Il-linja ta` politika ta` dan il-Gvern rigward użu ta`
artijiet/propjeta` pubbliċi hija dik ta` aktar devoluzzjoni
lill-Kunsilli Lokali u għaldaqstant it-talba ta` dan il-
Kunsilll rigward dan is-sit tista` tiġi kkunsidrata f'dan
il-kuntest.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1901, jista' l-Ministru jgħid: (i) kemm għandhom karozzi mikrija d-dipartmenti kollha li jaqgħu taħtu dipartment b'dipartiment? Kemm qed tlaħħaq l-ispiża kuljum?
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kuntratti li saru sarux wara ħruġ ta' l-offerti?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' karozzi tal-kiri li hemm fil-Ministeru u mad-Dipartimenti li jaqgħu taħtu huwa ta' 59. Dawn qegħdin imqassma hekk:
Building & Engineering Department 11
B.I.C.C. 2
Construction & Maintenance Department 4
Central District Office 1
Drainage Department 5
Finance & Administration Department 6
Manufacturing & Servicing Department 1
Storm Water System Unit 1
Waste Management 2
Ministry 10
Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent 16
Il-kuntratti saru wara l-ħruġ ta' offerti.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta se jibda x-xogħol fi Triq Andrea Debono, Naxxar, kemm bħala xogħol tas-sistema tad-drenaġġ kif ukoll mil-lat ta' xogħol ta' surfacing ta' l-istess triq?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Tlabt lid-Dipartiment tad-Drenaġġ biex issir spezzjoni biex jara x'baqa' jsir xogħol f'din it-triq.
Wara li jiġi identifikat ix-xogħol li baqa' tinħareġ l-offerta.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawk il-postijiet skedati ġewwa l-lokalita' tal-belt ta' Ħaż-Żabbar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li hemm erba' proprjetajiet skedati f'Ħaż Żabbar li huma kif jidher hawn taħt :
INDIRIZZ GN NO GN DATE GRAD TA' PROTEZZJONI
-------- ----- ------- --------------------
16, Triq iċ-
Ċimiterju 313/98 17-04-98 2
Nos 6-7, Triq
Bajjada 404/98 19-05-98 1
Windmill, Triq
iż-Żejtun 722/95 17-11-95 1
Entrenchments
from Ricasoli to
Ras iż-Żonqor,
l/o Żabbar 729/95 23-11-95 1
15.12.98 (2pm)
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuwa l-istatus, jiġifieri jekk hijiex protetta eċċ., ta' pill box fi Triq Apap Bologna ġewwa Marsascala?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-post ta' difiża jew aħjar il-'Command Post' tat-Tieni Gwerra Dinija fit-tarf ta' Triq Apap Bologna kienet skedata fis-7 ta' April 1997 skond l-avviż GN 241/97 u kif muri fil-pjanta annessa ma' l-istess avviż b'riferenza numru 658/96. Il-proprjeta' msemmija hi ta' Grad 2 li skond il-Pjan ta' Struttura (Policy UCO 7) tfisser :
Buildings of some architectural or historical interest or which contribute to the visual image of an Urban Conservation Area. Permission to demolish such buildings will not normally be given. Alterations to the interior will be allowed if proposed to be carried out sensitively and causing the least detriment to the character and architectural homogeneity of the building.
15.12.98 (2pm)