Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment tal-Labour — Incentive Schemes

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'inhuma l-Incentive Schemes ippjanati mid-Dipartiment tal-Labour? Għaliex tnaqqas il-vot minn Lm20,000 għal Lm10,000 skond il-Budget 1999?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-'Incentive Schemes' imsemmija fl-Item 4041 -Dipartiment tax-xogħol, huma x'fadal minn 3 skemi li ilhom li ddaħħlu mill-1989. Dawn it-tlett skemi kellhom l-iskop li jippromuovu inizjattivi favur (a) impjegati industrijali tal-Gvern; (b) membri tad-Dejma u (c) self-employment. Huwa ovvju li dawn l-iskemi jridu jiġu 'phased out', anke għaliex mill-1990 'l hawn l-ETC nidiet u qegħda tamministra diversi skemi ta' inċentivi kif jirriżulta mir-rapport annwali li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Item 4041 (Incentive Schemes - Lm10,000) ta' l-Estimi 1999 huwa provisjoni għall-ispejjes relatati mal-phasing out ta' dawk l-inċentivi kif imsemmija fil-paragrafu preċedenti. 15.12.98
Leg 9 PQ #2647 Sitting 36 1998-12-14 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Flus minfuqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa fl-uffiċini tal-ministeri biex jiġu rranġati mal-5 ta' Settembru, 1998?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ammont minfuq fil-Ministeru tiegħi, li jinkludi l-uffiċini taż-żewġ Segretarji Parlamentari kien ta` Lm2989.94.

Ministeru tat-Trasport u Komunikazzjoni — Flus minfuqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa fl-uffiċini tal-Ministeru biex jiġu rranġati mil-5 ta' Settembru, 1998?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li s-somma minfuqa biex jiġu rranġati uffiċini tal-Ministeru fil-perjodu ndikat hija Lm1979.
Leg 9 PQ #2649 Sitting 36 1998-12-14 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Flus minfuqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa fl-uffiċini tal-Ministeru biex jiġu rranġati mil-5 ta' Settembru, 1998?

Response (REFALO, MICHAEL)

Minħabba li l-Ministeru tat-Turiżmu daħal f'uffiċini ġodda f'Palazzo Spinola minn fejn kien qabel fil-Belt, kellhom isiru xi xogħlijiet biex il-bini l-ġdid ikun jista' jiġi rranġat u attrezzat kif jixraq. Jien infurmat li l-ispejjeż li saru jlaħħqu għal Lm3,230. Nirreferi wkoll lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt fis-Seduta 23 għall-Mistoqsija 2311 kif ukoll għal dik li tajt fis-Seduta 10 għall-Mistoqsija 546.
Leg 9 PQ #2650 Sitting 36 1998-12-14 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru ta' l-Ambjent — Flus minfuqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa fl-uffiċini tal-Ministeru biex jiġu rranġati mal-5 ta' Settembru, 1998?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Mill-5 ta' Settembru 'l hawn ma saru ebda alterazzjonijiet fl-uffiċini tal-Ministeru tiegħi, għaldaqstant ma intnefaq xejn.
Leg 9 PQ #2651 Sitting 36 1998-12-14 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Flus minfuqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa fl-uffiċini tal-Ministeru biex jiġu rranġati mal-5 ta' Settembru, 1998?

Response (DALLI, JOHN)

Mill-5 ta` Settembru 1998 s`issa, intnefqu Lm530 fl-uffiċini tal-Ministeru biex jiġu rrangati.
Leg 9 PQ #2652 Sitting 36 1998-12-14 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Flus minfuqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa fl-uffiċini tal-Ministeru biex jiġu rranġati mal-5 ta' Settembru, 1998?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-somma li ntnefqet mill-5 ta' Settembru 1998 sal-lum biex jiġu rranġati l-uffiċini tal-Ministeru kienet tammonta għal Lm4,738.47c.
Leg 9 PQ #2663 Sitting 36 1998-12-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru ta' l-Ambjent — Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 1900?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija Parlamentari numru 1900 nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma nxtrawx vetturi bejn is-6 ta' Settembru u t-28 ta' Ottubru 1998.
Leg 9 PQ #2664 Sitting 36 1998-12-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Tigne' — Għaqdiet sportivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-proġett li l-Gvern qiegħed jinnegozja mal-konsorzju/i interessat/i dwar Tigne' huwiex qiegħed jemfasizza l-ħtieġa u l-bżonn ma' min qed jinnegozja li waħda mill-kondizzjonijiet tkun li l-għaqdiet sportivi diġa' eżistenti fil-post jingħataw post alternattiv f'Tigne' stess ta' l-istess spazju li għandhom illum jew li jibqgħu fejn qegħdin illum? Jista' l-Ministru jgħid xi protezzjoni qiegħed jagħti lil għaqdiet eżistenti f'Tigne' f'dan ir-rigward? Jekk l-għaqdiet jew uħud mill-għaqdiet se jitilfu posthom minn Tigne', jista' l-Minstru jgħid fejn l-għaqdiet, jew uħud mill-għaqdiet, se jingħataw post alternattiv u jekk humiex se jkunu ta' l-istess daqs u spazju? Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-għaqdiet li se jibqgħu f'Tigne' u liema huma l-għaqdiet li mhumiex se jibqgħu Tigne'?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nassigura lill-Onor. Interpellant illi fin-negozjati li għaddejjin mal-Konsorzju li se jwettaq il-proġett ta' Manoel Island u Tigne' il-Gvern qed jassigura li l-għaqdiet sportivi kollha li hemm f'Tigne' jingħataw post alternattiv bi spazju adekwat fejn ikunu jistgħu jorganizzaw l-attivitajiet sportivi tagħhom kif għamlu sal-lum. Il-protezzjoni, jekk trid issejħilha hekk, illi l-Gvern qed jagħti lil dawn l-għaqdiet hija illi qed jiddiskuti magħhom biex jasal fi ftehim li jkun aċċettabbli għal kulħadd.
Leg 9 PQ #2665 Sitting 36 1998-12-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Tax payers - Refunds

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammonta b'mod globali l-ammont ta' refunds li l-gvern għandu jagħti lit-tax payers? Kemm huwa n-numru ta' tax payers li qed jistennew refunds? Jista' l-Ministru jgħid kif ammontaw, sena b'sena u ammont b'ammont, ir-refunds?

Response (DALLI, JOHN)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant rigward refunds hija kif indikata hawn taħt: Sena Individwi Kumpanniji Total ta` Nru. Ammont Nru. Ammont Nru Ammont Stima 90 228 93,537 36 104,840 264 198,377 91 143 85,944 24 85,251 167 171,195 92 237 108,635 20 41,026 257 149,661 93 464 328,180 34 208,324 498 536,504 94 1,053 446,474 46 177,250 1,099 623,724 95 2,994 1,747,260 123 1,082,716 3,117 2,829,976 96 5,689 2,639,615 196 1,274,826 5,885 3,914,441 97 23,924 5,650,665 456 2,071,672 24,380 7,722,337 98 223 128,816 39 160,570 262 289,386 99 68 45,395 3 1,676 71 47,071 Total 35,023 11,274,521 977 5,208,151 36,000 16,482,672 Din it-tabella turi l-ammont globali sas-17 ta` Novembru 1998.
Leg 9 PQ #2673 Sitting 36 1998-12-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Dwana — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fid-Dipartiment tad-Dwana, fil-fergħa tad-Dwana u Sisa, fi żmien mhux 'il bogħod humiex se jsiru numru ta' transfers? Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ammont ta' trasferimenti hux se jaqbeż in-numru ta' 150? Jista' jgħid min se joħroġ dawn it-transfers u minn min tfasslu? Jista' l-Ministru jgħid ukoll fuq liema kriterji se jsiru dawn it-trasferimenti? Xi ħtieġa hemm tagħhom? X'effett se jkollhom fuq l-effiċjenza tad-dipartiment?

Response (DALLI, JOHN)

Hija policy fid-dipartiment tad-dwana li l-impjegati jiddawwru minn post għall-ieħor fuq bażi regolari. Dan isir kemm għal skop ta` taħriġ u esperjenza kif ukoll għal skop ta` kontroll intern fid-dipartiment.
Leg 9 PQ #2674 Sitting 36 1998-12-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Dwana — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tad-Dwana huwiex jinvestiga xi impjegati tiegħu li nhar id-9 ta' Ottubru, 1998 allegatament skartaw minn fuq ix-xogħol biex attendew laqgħa politika tal-partit fil-gvern? Jista' jgħid x'irriżulta minn dawn l-investigazzjonijiet, jekk saru?

Response (DALLI, JOHN)

Id-Dipartment tad-Dwana waslitlu informazzjoni li allegat li xi impjegati kienu ħallew il-post tax-xogħol tagħhom biex jattendu laqgħat politiċi taż-żewġ partiti politiċi. Qed isiru investigazzjonijiet dwar dan biex wara jsir dak li jkun indikat skond ma jirriżulta minnhom.
Leg 9 PQ #2677 Sitting 36 1998-12-14 Oral · Interim From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Livell ta' ċomb

Question

Jista' l-Ministru jagħti figuri tal-livelli ta' ċomb: (i) fl-atmosfera; (ii) fil-ħobż Malti; u (ii) fil-ħamrija għas-snin li dawn huma available?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Membru li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar. Risposta finali tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #2678 Sitting 36 1998-12-14 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Vittoriosa/Senglea Creeks

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir sabiex ikun imħares il-qiegħ il-baħar u xi relikwi li jista' jkun fih ġewwa Vittoriosa u Senglea Creeks fejn hu maħsub li jsir il-Proġett tal-Kottonera?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Fid-diskussjonijiet li qegħdin isiru mal-konsorzja għall-iżvilupp ta' l-area in kwestjoni qiegħed ikun enfasizzat il-punt li għalih qiegħed jirreferi l-Onorevoli Interpellant biex jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha biex ir-relikwi li jista' jkun hemm fil-qiegħ tal-baħar jiġu mħarsa.
Leg 9 PQ #2679 Sitting 36 1998-12-14 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward in-numru ta' studenti fl-Universita' ta' Malta bħalissa ġejjin minn dawn il-lokalitajiet: Żabbar, Żejtun, Marsascala, Cosipicua, Senglea, Vittoriosa, Kalkara, Fgura u Xgħajra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti fl-Universita' li bħalissa ġejjin minn Ħaż-Żabbar, Żejtun, M'Scala, Cospicua, Senglea, Vittoriosa, Kalkara, Fgura huma: Ħaż-Żabbar 198 Żejtun 141 M'Scala 121 Cospicua 51 Senglea 25 Vittoriosa 28 Kalkara 21 Fgura 241
Leg 9 PQ #2680 Sitting 36 1998-12-14 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

WHO — Tipip

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar f'liema pożizzjoni tinsab Malta fil-lista ta' pajjiżi skond il-World Health Organisation (WHO) rigward it-tipjip in ġenerali fin-nisa u fl-irġiel?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Siltiet mill-aħħar informazzjoni mibgħuta mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO), qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #2685 Sitting 36 1998-12-14 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Trasport

Question

Jista' l-Ministru jieħu passi u jinvestiga għaliex xufier fuq ir-rotta ta' Ġebel San Martin (Żejtun) qed iħalli tfal taħt il-11-il sena 'l bogħod ħafna (Bir id-Deheb) minflok ma jwassalhom fil-post fejn joqogħdu kif suppost? X'passi ttieħdu mill-kumitat li jilqa' tali lment?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-uffiċjal inkarigat mit-Trasport għat-tfal ta' l-iskola, qed imur fuq il-post imsemmi biex jivverifika dan l-ilment. Jittieħdu l-passi meħtieġa skond il-każ.
Leg 9 PQ #2686 Sitting 36 1998-12-14 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-Edukazzjoni — Awżiljarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li numru ta' awżiljarji li jaħdmu f'dan id-dipartiment u għadhom bażerali (mhux tal-post) minkejja li ilhom jaħdmu għal għadd ġmielu ta' snin, isiru tal-post?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-materja ma tiġix deċiża fil-livell tal-Ministeru tiegħi iżda fil-livell tal-Gvern kollu taħt id-direzzjoni ta'l-Uffiċċju tat-Tmexxija tal-Personnel.

Impjiegi

Question

Jista' l-Ministru jgħid, dejjem skond is-census ta' l-1995, kemm kien hawn familji li qalgħu bejn l-Lm10,000 u t-Lm13,000 u li kellhom ħamest itfal taħt is-16-il sena? Kemm minn dawn kellhom dħul wieħed fulltime, kemm kellhom żewġ incomes għax kienu jaħdmu iż-żewġ ġenituri u kemm kien hemm familji li laħqu dawn iċ-ċifri permezz ta' xogħol extra part-time?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Membru jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli għad-Dipartiment ta' l-Istatistika. 15.12.98