Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas u/jew se jitħallas il-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, għal xogħol li għamel mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset id-ditta u s-sussidjarji tagħha li isimhom qed jintbagħat separatament mill-Water Services Corporation minn Marzu 1997 sa Settembru 1998?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata f`xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset id-ditta li isimha qed jintbagħat separatament mill-Water Services Corporation minn Marzu 1997 sa Ottubru 1998 u min awtorizza dan l-infiq?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hija d-distanza li l-Korporazzjoni Enemalta tikkonċedi sabiex ma titħallasx l-ispiża ta' arbli jew wires sabiex jiġi estiż d-dawl elettriku għal farms jew rural rooms?
Jista' jinvestiga għaliex persuna li isimha qiegħed jintbagħat separatament li ħallas Lm150.00 fuq irċevuta Rec.016828 u li għandu distanza ta' 485 pied qiegħed jiġi mitlub li jħallas ammont konsiderevoli? Tikkwalifika din il-persuna għall-eżenzjoni?
Jista' issa l-Ministru jirrispondi l-mistoqsijiet parlamentari numri 603, 950, 291 u 2267 li jikkonċernaw l-istess suġġett?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tipprovdi l-informazzjoni mitluba dwar il-membri tas-Segretarjat Parivat tiegħi li sa l-14 ta' Diċembru kienu ffirmaw il-kuntratt kif rikjest fil-proċeduri stabbiliti.
Il-kuntratt li ffirmaw dawn l-impjegati huwa wiehed 'pro forma' u kopja tiegħu tinsab fid-dokument dwar l-ingaġġ ta' mpjegati fis-Segretarjati Privati li kien tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
16.12.98
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsijiet parlamentari numri 604 u 2268 li jikkonċernaw l-istess suġġett?
Response (GONZI, LAWRENCE)
It-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 604 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
It-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2268 qed tingħata separatament.
16.12.98
Jista' l-Ministru jgħidilna jekk l-ordni li ta biex jiddaħħlu social workers addizjonali fl-SWDP ġietx esegwita?
Response (GONZI, LAWRENCE)
It-talba għar-reklutaġġ ta' aktar 'Social Workers' ma' l-SWDP kienet ilha li saret għal numru ta' xhur qabel il-bidla fl-Amministrazzjoni u din kienet baqgħet ma ntlaqgħetx. Din it-talba jien approvajtaha ftit wara l-bidla fl-Amministrazzjoni u nikkonferma li l-proċess ta' reklutaġġ twettaq.
16.12.98
Rigward ir-risposti parlamentari għall-mistoqsijiet parlamentari numri 773 u 1308, jista' l-Ministru jgħid jekk ordnax inkjesta dwar il-kawża għaliex informazzjoni daqshekk sensittiva m'hijiex available fis-sistema komputerizzata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Onor. Interpellant imissu jaf li dan is-saqaf tad-Dar ta' l-Anzjani tal-Furjana sar ix-xogħol fuqu fl-1991/92. Dak iż-żmien id-Dipartiment għall-Anzjani ma kellux programm komputerizzat li jiġbor fih din l-informazzjoni. Għalhekk ma nħossx li hemm bżonn ta' l-ebda inkjesta.
16.12.98
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1091, jista' l-Ministru jgħid jekk kellux risposta mingħand l-imsieħba soċjali miġbura fil-MCED għal dak li jirrigwarda ċ-CERA u l-IRA? Jista' l-Ministru jgħarrafna jekk iltaqax ma' l-imsieħba soċjali biex jiddiskuti dawn il-liġijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In segwitu għar-risposta għad-Domanda Parlamentari 1091 nixtieq ninforma l-Onor. Interpellant li jien informat li M.C.E.D. qedin jippreparaw biex jibgħatuli l-proposti konkreti tagħhom fi żmien raġonevoli.
16.12.98
Billi jirriżulta li għal darb'oħra l-Bypass ta' l-Imtarfa ma ġietx inkluża fl-estimi tal-Budget sabiex tingħata t-tarmak, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta huwa pprogrammat f'din il-leġislatura li din it-triq tiġi rranġata u mogħtija t-tarmak?
Jaf il-Ministru li din it-triq qed issirilha ħafna ħsara fil-formazzjoni tagħha u l-għoti ta' tarmak qed kull ma jmur ikun wieħed urġenti minn xahar għal ieħor?
Jista' l-Ministru jikkonsidra li jsiru lqugħ fuq il-parti ta' barra t-triq bil-gabjuni bħalma ntużaw fil-proġett ta' Wied il-Qlejgħa bil-ħsieb li l-wiċċ ikun jista' jservi ta' trejqa għar-residenti li jippassiġġjaw f'din it-triq unika għal veduta tagħha fir-Rabat?
Response (GALEA, ĊENSU)
Billi din it-triq hi mibnija ħażin, id-Dipartiment tat-Toroq ser ifassal pjan ta` kif jista jirranġa din it-triq matul iż-żmien li ġej.
Billi l-Kunsill Lokali tar-Rabat, Malta ilu s-snin jgħid lill-komunita' ta' Ta' Duna li se jirranġa, jasfalta u/jew jagħti t-tarmak l-Għalqa ta' Kola li tinsab fejn ir-Roman Villa, jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'qed jikkawża verament il-posponimenti ta' dawn ix-xogħlijiet?
Hemm xi rimedju kif din il-problema tiġi rimedjata? Jekk iva, x'inhuma?
Peress li qed jinħoloq inkonvenjent kbir bit-trabijiet lir-residenti ta' l-inħawi u qed iħalli impatt negattiv ma' l-eluf kbar ta' turisti li minn sena għal oħra jżuru dawn l-inħawi storiċi tar-Rabat, jista' l-Prim Ministru jara li jirrimedja b'soluzzjoni qabel il-festa ta' San Ġużepp li tiġi ċċelebrata nhar id-19 ta' Marzu, 1999?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infumrat mill-Kunsill Lokali tar-Rabat (Malta) b'dan
li ġej:
(a) il-Kunsill applika fl-1995 għall-permess ta`
żvilupp ta` din l-art permezz ta` applikazzjoni P.A.
3707/95. Dan il-permess għadu mhux maħruġ;
(b) għalkemm diġa ħarġet proklama tal-President għall-
akkwist ta` l-art, billi din l-art hija propjeta`
privata, is-sidien qed joġġezzjonaw li jsir xi forma
ta` żvilupp f'dan il-post;
(c) il-Kunsill huwa ppreparat li jagħmel minn kollox
biex jitnaddaf dan il-post appena joħroġ il-permess
meħtieġ biex jibda x-xogħol.
B'riferenza għall-intervent tiegħi f'seduta preċedenti sabiex titkompla d-diskussjoni dwar ir-rapport ippreżentat lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar fl-1997 sabiex jitħaffef il-proċess tal-permessi tas-serer, farm houses u żviluppi oħra meħtieġa mill-bdiewa u raħħala, jista' l-Ministru jara li jsiru laqgħat mal-koperattivi KPH, KIM, CFCS, eċċ sabiex l-awtorita' tkun aktar aġġornata dwar il-problemi u d-diffikultajiet li qed jiltaqgħu magħhom il-bdiewa u r-raħħala? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (BORG, TONIO)
Jien infurmat li uffiċjali ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ikollhom laqgħat regolarment ma' uffiċjali tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura dwar diversi aspetti li jolqtu din l-industrija importanti. S'issa ma sarux laqgħat bejn l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u l-koperattivi, iżda hemm il-ħsieb li dawn isiru fil-futur qarib anki bħala parti mir-reviżjoni tal-Pjan ta' Struttura.
Sadanittant hu maħsub li, fi żmien qasir, isiru wkoll laqgħat bejn il-Ministeru u dawn il-koperattivi.
15.12.98 (6pm)
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hijiex qed issir konsultazzjoni bejn il-Ministeru tat-Turiżmu u dak ta' l-Agrikoltura dwar il-kalendarju Agrituristiku? Jekk iva, jista' jinforma lill-Kamra x'konsultazzjonijiet saru u xi pjan tħejja għal kalendarju ta' l-1999?
Response (REFALO, MICHAEL)
It-tweġiba hi fin-negattiv. Iżda jekk l-Onor. Membru jispeċifika aktar u aħjar dwar il-kontenut u siwi tal-programm li għandu f'moħħu lest nikkunsidra s-suġġerimenti tal-Onor. Membru.
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-diskussjonijiet dwar l-istipendji ta' l-istudenti ta' l-Universita' ġewx konklużi? Jekk iva, dawn se jkunu sħaħ kif kienu ġew imwiegħda qabel l-elezzjoni? Jekk fin-negattiv, kif se jkunu mfasslin?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Bord imwaqqaf biex jistudja din il-materja għadu sejjer bix-xogħol tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew towed karozzi xahar b'xahar minn mindu daħlet fis-seħħ il-liġi tat-towing sa Ottubru 1998? Kemm minn dawn kienu karozzi privati u kemm kienu heavy vehicles jew kummerċjali? Kemm inġabru multi għal dan l-aġir kull xahar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
15.12.98 (pm)
Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena, kemm kienu l-barranin li xtraw proprjeta' f'Malta? X'nazzjonalita' kellhom u kemm minn dawn reġgħu biegħu l-istess proprjeta'? Kemm kien it-total tal-valur tal-proprjeta' akkwistata mill-barranin għal kull sena?
Response (DALLI, JOHN)
Rigward in-numru ta` barranin li xtraw proprjeta` f`Malta matul l-aħħar ħames snin, sena b`sena, qed tingħata l-informazzjoni meħtieġa fl-annessa Tabella mmarkata Dokument `A`.
Għar-rigward ta` liema nazzjonalita` kienu qed tingħata l-informazzjoni meħtieġa fl-annessa Tabella mmarkata Dokument `B`.
Ma tinżammx statistika speċifika għar-rigward ta` bejgħ ta` proprjeta` mill-barranin għax il-liġi tirregola l-akkwist ta` proprjeta immobbli mill-barranin u mhux il-bejgħ tal-istess propjeta immobbli mill-barranin.
Nissuġġerixxi pero` li l-Onorevoli Membru jindirizza din il-parti tal-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli mir-Reġistru Pubbliku.
Għar-rigward tal-total tal-valur tal-propjeta` immobbli akkwistata mill-barranin għal dawn l-aħħar ħames snin, qed tingħata l-informazzjoni meħtieġa fl-annessa Tabella mmarkata Dokument `C`.
B'riferenza għall-aħħar diskors tal-Budget fejn intqal li qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali l-impiegi fis-settur pubbliku żdiedu b'mod "li nfetħu l-bibien berah", jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt żdiedu l-impiegi? X'kategoriji kienu u f'liema dipartimenti kienu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien infurmat illi waqt li f'Awissu 1998 iddaħħlu 245
ħaddiem ġdid mal-Gvern, fit-tlett xhur ta' qabel iddaħħlu
biss bejn 29 u 34 impjegat ġdid f'kull xahar.
Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tlett skedi bid-
dettalji ta' dawn l-impjiegi li saru matul il-perjodu
msemmi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jikkalkola li se jkun il-qliegħ mill-bejgħ tal-petrol, kemm dak leaded kif ukoll unleaded, is-sena d-dieħla, jiġifieri fl-1999?
Response (DALLI, JOHN)
Hu kalkolat li ż-żieda fid-dħul tal-Gvern miż-żieda fid-dazju tas-sisa fuq il-petrol kemm dak leaded kif ukoll dak unleaded, hi ta` Lm3.2 miljuni fis-sena.
Informazzjoni addizzjonali:
KULL LITRU
TIP TA` PETROL SISA QABEL SISA WARA DĦUL
IL-BUDGET IL-BUDGET ADDIZZJONALI
Unleaded (Lt 27.5m) 27c5 32c5 Lm1.4 m
Leaded (Lt 73.5m) 30c5 32c5 Lm1.8 m
Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm dwar il-ħaddiema ta' Kalaxlokk li llum mhux jaħdmu mal-Kumpannija Novita'? Kemm hemm ħaddiema milquta b'kollox?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 2036.
Nixtieq inżid li n-numru ta` ħaddiema involuti jammonta għal 476.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jieħdu ħsieb l-IDA Section fl-ETC?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-iskema tal-IDA Training Grants hija amministrata mill-istess sezzjoni li tamministra l-iskemi tal-Apprendistati fi ħdan id-Diviżjoni ta' Taħriġ tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ (ETC).
Ix-xogħol kerikali konness mal-IDA li jinkludi processar u data inputting jsir minn skrivana full time.
Waqt li xogħol ieħor konness ma l-iskema isir mill-uffiċjali li jiffurmaw parti mill-istess diviżjoni tat-taħriġ.
15.12.98