Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #2388 Sitting 37 1998-12-15 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

SME's

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' SME's f'pajjiżna bħalissa? Kemm minn dawn iħaddmu inqas minn ħames persuni, għaxar persuni, 15-il persuna, 20 persuna u minn 25 persuna 'il fuq?

Response (BONNICI, JOSEF)

In-numru ta` SME`s f`Malta huwa ta` 4820. Dan in-numru huwa mqassam hekk: taħt 5 persuni 4096 taħt 10 persuni 4402 taħt 15 -il persuna 4525 taħt 20 persuna 4600 bejn 25 u 250 persuna 188 Dawn il-figuri huma sat-30ta` Settembru 1998

Ministeru tal-Politika Soċjali — Flus minfuqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa fl-uffiċini tal-Ministeru biex jiġu rranġati mal-5 ta'Settembru, 1998?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Mill-5 ta' Settembru sal-1 ta' Diċembru intefqet is-somma ta' Lm152 f'maintenance fl-uffiċini tal-Ministeru għall-Politika Soċjali. 16.12.98
Leg 9 PQ #2675 Sitting 37 1998-12-15 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Dwana — Ħinijiet tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fid-Dwana x-shift ta' day in day out huwiex se jispiċċa u jinbidel ma' wieħed ta' 3 days in 1 day out? Jista' jgħid għaliex se jsir dan?

Response (DALLI, JOHN)

Qed isir studju biex id-Dipartiment tad-Dwana jara kif id-diversi sistemi ta` `shift` li jeżistu jistgħu jiġu integrati f`sistema waħda jew tnejn biex jintlaħqu aħjar il-bżonnijiet tad-Dipartiment. Meta jsir xi tibdil tingħata attenzjoni biex l-imjegati involuti ma jbatux.

Isla — Triq is-Sur

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-risposta li ta l-Ministru għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 944 tfissirx li l-Ministeru tiegħu mhux se jonora dak li ġie miftiehem bejn il-Kunsill Lokali Senglea u l-gvern preċedenti, fejn anke l-Awtorita' ta' l-Ippjanar kienet approvat dan l-istess xogħol? Jekk fl-affermattiv, x'wassal sabiex dan seħħ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qatt ma kien involut fuq dan il-proġett u għalhekk mhuwiex infurmat dwar xi forma ta` ftehiem kif imsemmi mill-Onor. Interpellant. L-Onor. Interpellant hu mitlub jagħti aktar informazzjoni dwar dan il-proġett.

Impjiegi — Working permits

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom working permit li ġejjin minn pajjiż mhux fl-Unjoni Ewropea? Minn liema pajjiżi ġejjin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Membru jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat, jiġifieri lill-Ministru ta' l-Intern li taħt id-dikasteru tiegħu jaqa' d-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u ta' l-Expatriates. 16.12.98

Djar — Sussidju għal manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi kopja ta' l-applikazjoni u kondizzjonijiet applikabbli għall-iskema ġdida mħabbra mill-Awtorita' tad-Djar għal sussidju fuq xogħlijiet ta' irranġar u titjib fi djar fil-Kottonera, il-Belt Valletta u l-Furjana?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li jipprovdi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru. 16.12.98
Leg 9 PQ #2713 Sitting 37 1998-12-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Żabbar — Bieb is-Sultan

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern għar-rigward ta' Bieb is-Sultan f'Ħaż-Żabbar?

Response (GALEA, LOUIS)

Bieb is-Sultan Ħaż-Żabbar hu fost il-wirt li huwa imħares b'mod normali mid-Dipartiment tal-Mużewijiet.
Leg 9 PQ #2714 Sitting 37 1998-12-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fabbriki

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn fabbriki vojta li mhux isir xogħol fihom f'Malta u Għawdex? Jista' l-Ministru jgħid ukoll f'liema qasam industrijali qegħdin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fil-preżent in-numru ta` fabbriki vojta li mhux isir xogħol fihom huwa ta` 29. Minn dawn id- 29 hemm 23 li huma riservati għall-proġetti. Il-fabbriki vojta jinsabu fl-oqsma industrijali tal-Marsa, Kordin, San Gwann, Bulebel, Hal-Far, Ricasoli, Mosta u x-Xewkija.
Leg 9 PQ #2715 Sitting 37 1998-12-15 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Vettura bin-numru BAK 483

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2326, jista' l-Ministru jgħid liema normi jew regoli jagħtu d-dritt li l-uffiċjali fil-Ministeri jużaw il-karozzi tal-kiri fil-ġranet u ħinijiet meta ma jkunux fuq dmirijiethom? F'każ li jeżistu regoli, normi jew xi klawsoli jew kondizzjonijiet magħmula f'xi kuntratt, jista' l-Ministru jpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-użu tal-karozzi huwa rregolat minn Transport Policy maħruġa fit-12 ta' Frar 1998 u jirregola kemm it-Trasport tal-Gvern, dak impresses u dak tal-kiri. Il-vetturi tal-kiri jingħataw lil dawk li għandhom dan id-dritt b'kuntratt, u/jew lil dawk li għandhom ċirkustanzi speċifiċi, bħal eżempju dawk li xogħlhom jirrikjedi li jkunu 'on call' wara l-ħinijiet ta' l-uffiċċju u fil-'weekends'. Ċerti uffiċjali tal-Ministeru li xogħlhom jirrikjedi li jiġu mgħajta f'ħinijiet mhux normali bħal f'dan il-każ partikolari, dejjem ingħataw din il-faċilita'. Dawn iċ-ċirkustanzi speċifiċi jiġu deċiżi bejn id-Direttur tad-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi, u d-Direttur tad-Dipartiment konċernat u/jew il-Ministeru. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra it-"Transport Policy" imsemmija hawn fuq.

Pembroke — Sinjali tat-traffiku

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2448, jista' l-Ministru jgħid jekk it-traffic signs u l-istreet paintings sarux bil-permess tat-Traffic Control Board u bl-approvazzjoni u b'konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali ta' Pembroke?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jista` l-Onor. Interpellant jindikali d-domanda li qed jagħmel riferenza għaliha billi d-domanda 2448 ma tikkonċernax Traffic Signs u Street Paintings.
Leg 9 PQ #2720 Sitting 37 1998-12-15 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Mediċina Quinine Sulphate

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm milli l-mediċina Quinine Sulphate preskritta mill-konsulent tal-pazjent, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, fit-13 ta' Lulju, 1998 għal perjodu ta' sena, tinħariġlu x-Schedule V form u tingħatalu din il-mediċina?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-mediċina QUININE SULPHATE tingħata għat-trattament ta' kundizzjoni medika li mhix waħda mill-lista ta' mard elenkati fix-Schedule V. Għaldaqstant, din il-mediċina ma tistax tingħata fuq il-Kartuna s-Safra.
Leg 9 PQ #2721 Sitting 37 1998-12-15 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħal Far — Racing track

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi żviluppi dwar il-possibbilta' ta' l-iżvilupp ta' racing track għall-isport tal-karozzi u muturi f'Ħal Far?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s'issa ma hemmx żviluppi ġodda dwar il-possibilita' ta' l-iżvilupp ta' racing track għall-isport tal-karozzi u muturi f'Ħal Far. Madankollu talbiet ġodda għal faċilitajiet għal dawn l-isports qegħdin ikunu studjati.
Leg 9 PQ #2722 Sitting 37 1998-12-15 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qrati — Inkjesti maġisterjali pendenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm inkjesti maġisterjali pendenti li għadhom ma għalqux? Għal-liema maġistrat jappartjenu l-akbar numru ta' inkjesti li għadhom ma għalqux? Kemm inqatgħu kawżi ċivili quddiem il-Qorti tal-Maġistrati bejn Novembru 1997 u Novembru 1998 fil-perijodu bejn l-1995 u 1996? Kemm inqatgħu sentenzi mill-Prim Awla, Qorti ta' l-Appell Ċivili għall-istess perijodi? Kemm saru u nqatgħu ġurijiet matul l-istess perijodi msemmija? Kemm ingħataw deċiżjonijiet kriminali ta' kompetenza ta' aktar minn sitt xhur ħabs għall-istess perijodi u kemm hemm minnhom li ilhom diferti għas-sentenza għal aktar minn tliet snin?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #2723 Sitting 37 1998-12-15 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Santa Luċija — Wied ta' Garnaw - Tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitnaddaf u jissewwa l-ġibjun li jinsab fil-Wied ta' Garnaw, f'Santa Luċija li bħalissa jinsab fi stat ta' abbandun għad-detriment tal-bdiewa tal-madwar?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-Ilma biex isir ix-xogħol neċessarju.
Leg 9 PQ #2724 Sitting 37 1998-12-15 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Dwana — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema tad-Dwana li isimhom qed jintbagħat separatament humiex se jingħataw transfer kif indikat?

Response (DALLI, JOHN)

M`għandi xejn x`inżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 2673.
Leg 9 PQ #2725 Sitting 37 1998-12-15 Oral · Final From: JOE DEBONO GRECH To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Permess għall-barriera

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex oriġinarjament il-permess tal-barriera Nru. 7412/97 kien se joħroġ mingħajr il-kondizzjoni "subject to third party rights", ġaladarba l-awtorita' kienet taf li l-proprjeta' hija tal-Knisja?

Response (BORG, TONIO)

Il-permessi ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar awtomatikament joħorġu ikkundizzjonati 'saving third party rights', ikun hemm jew ma jkunx hemm kundizzjoni speċifika. Rigward il-proprjeta' in kwestjoni, l-Awtorita' kienet iffaċċjata b'informazzjoni minn tlett entitajiet li kienu qed jgħidu li l-art, jew xi parti minnha, kienet tagħhom. Jien infurmat li għaldaqstant f'dan il-każ inħass il-bżonn li jkun hemm kundizzjoni speċifika għall-każ. 16.12.98 (am)
Leg 9 PQ #2726 Sitting 37 1998-12-15 Oral · Final From: JOE DEBONO GRECH To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Permess

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma titlobx lill-applikanti li jiksbu l-permess tas-sidien sabiex ikunu jistgħu jipproċessaw l-applikazzjoni tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħti dettalji ta' l-applikazzjoni li qed jirreferi għaliha sabiex tkun tista' tingħata risposta. 16.12.98 (am)
Leg 9 PQ #2727 Sitting 37 1998-12-15 Oral · Final From: JOE DEBONO GRECH To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Bord

Question

Jista'l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li fis-seduta tat-22 ta' Ottubru, 1998 il-Bord ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, li kellha tiltaqa' għall-aħħar darba, iltaqgħet fil-pubbliku?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fis-seduta tat-22 ta' Ottubru 1998, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar iltaqgħet fil-pubbliku biex tiddetermina applikazzjonijiet għal żvilupp PA 7412/97 (Barriera il-Qala) u PA 7764/96 (Żvilupp tal-Hilton - pjanti emendati) skond il-provvedimenti ta' l-Att Nru. 1 ta' l-1992. 16.12.98 (am)
Leg 9 PQ #2728 Sitting 37 1998-12-15 Oral · Final From: JOE DEBONO GRECH To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Bord

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-aħħar seduta tal-Bord ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar kellha ssir fil-magħluq?

Response (BORG, TONIO)

Il-Bord ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar kif ukoll il-Kummissjoni għall-Kontroll ta' l-Iżvilupp, jiltaqgħu fil-pubbliku biss meta jkunu ser jiddeterminaw applikazzjonijiet għall-iżvilupp u hekk ġara f'kull każ minn meta twaqqfet l-Awtorita' sal-lum. 16.12.98 (am)
Leg 9 PQ #2729 Sitting 37 1998-12-15 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Perit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas u/jew għad fadallu jitħallas il-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, għal xogħol mad-Dipartiment/Ministeru li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jiena nfurmat li bejn id-29 ta' Novembru 1996 u Jannar 1998, it-Taqsima tax-Xogħlijiet ħallset lill-persuna msemmija is-somma ta' Lm7,274.65. Wara Jannar 1998 din il-persuna bdiet titħallas mid-Dipartiment ta' l-Artijiet.