Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #322 Sitting 782 2002-09-16 Written · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Wied il-Għajn — Triq il-Munxar

Question

B'riferenza għal mistoqsija preċedenti tiegħi dwar il-bżonn li ssir Triq il-Munxar, Wied il-Għajn jista' d-dipartiment tat-toroq jagħmel site visit biex jikkonferma li fil-fatt Triq il-Munxar hi żviluppata kollha u minkejja dan xorta għadha fi stat diżastruż speċjalment fin-naħa fejn it-triq fejn din tingħaqad ma' Triq l-Aħdar?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq bagħat perit biex jispezzjona t-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant u gie stabbilit li s-servizzi huma mgħoddija kollha, filwaqt li hemm xi proprjetajiet li għadhom qed jiġu mibnija.
Leg 9 PQ #323 Sitting 782 2002-09-16 Written · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kunsilli lokali għandhomx ir-responsabbilta' li jobbligaw sidien ta' plots abbandunati li jkunu qed jintużaw bħala dumping sites biex itellgħu boundary wall madwar il-plot?

Response (GATT, AUSTIN)

L-obbligu statutorju huwa ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar u l-Ambjent.
Leg 9 PQ #324 Sitting 782 2002-09-16 Written · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tas-Saħħa

Mediċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-mediċini Fosamax (10mg) u Ideos (60) mhumiex fuq il-lista ta' mediċini li jingħataw b'xejn lil dawk li huma eliġibbli għall-mediċini b'xejn? Jaf li hemm pensjonanti li qed ikollhom jixtru dawn il-pilloli regolarment u li ma jistgħux jagħmlu użu minn pilloli oħrajn li qegħdin fuq il-lista? Jaf li 30 pillola tat-tip Fosamax jiswew Lm20.62ċ filwaqt li pakkett Ideos huwa Lm4.40ċ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Iż-żewġ mediċini msemmija Fosamax u Ideos jintużaw għall-kura ta` osteoporosi. Din il-kundizzjoni mhiex inkluża f'Schedule V u għalhekk il-pazjenti ma jistgħux jieħdu l-mediċini bil-kartuna s-safra. Il-mediċini Fosamax u Ideos mhumiex imniżżla fil-formularju tas-Servizzi tas-Saħħa tal-Gvern, u għalhekk ma jistgħux jittieħdu fuq il-kartuna r-roża. Ideos hija preparazzjoni li tikkonsisti minn żewġ ingredjenti - calcium carbonate u vitamin D3. Dawn l-ingredjenti jinsabu fil-formularju separatament u jistgħu jiġu preskritti separatament. B'hekk, jiġu ekwivalenti għall-kontenut tal-preparazzjoni. Pazjenti b'kartuna roża huma ntitolati għal dawn l-ingredjenti.
Leg 9 PQ #325 Sitting 782 2002-09-16 Written · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Airmalta — Tender

Question

Jista' l-Ministru jgħid billi skada t-termini tat-tender tat-transport & removal services ta' l-Airmalta li kien ġie assenjat lid-ditta li isimha qed jintbagħat separatament għaliex għada ma ħarġitx l-offerta l-ġdida riferibbli għal l-istess xogħol?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li skond it-termini tal-klawżola tal-kuntratt oriġinali, il-kuntratt mad-ditta li preżentement qed tagħti s-servizz ġie estiż taħt l-istess kundizzjonijiet, inkluż prezzijiet oriġinali tat-tender. Dan sar biex il-kumpanija tiffranka l-flus sakemm jingħata kuntratt ġdid. Sejħa għall-offerti mistennija toħroġ fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 9 PQ #326 Sitting 782 2002-09-16 Written · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Sea Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn ser jiġi riallokat il-maintenance base tal-kumpannija Sea Malta, liema maintenance base topera mill-Belt il-Ħażna? Huwa minnu li din il-base ser tiċċaqlaq lejn post ieħor 'il bogħod mill-Port tal-Belt u jekk isir hekk ma jaħsibx li ser ikun hemm problema ta' maniġġ ta' heavy plant and machinery jekk il-base tiġi riallokata 'il bogħod mill-Port?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li ir-rilokazzjoni tad-depot li s-Sea Malta bħalissa għandha f'Beltilħażna ġie deċiż skond il-pjan ta' azzjoni inkluż fir-rapport dwar Crown and Horn Works pubblikat f'Marzu tas-sena l-oħra mill-Awtorita' ta' Malta ta' l-Ambjent u Ippjanar. Għalkemm il-post ġdid għadu ma ġiex identifikat, is-Sea Malta diġa' għamlet il-kummenti tagħha dwar il-materja b'mod partikulari dwar l-importanza li kemm jista' jkun il-post il-ġdid ikun qrib iz-zona tal-port.
Leg 9 PQ #327 Sitting 782 2002-09-16 Written · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Sea Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn ser jiġi riallokat il-maintenance base tal-kumpannija Sea Malta, liema maintenance base topera mill-Belt il-Ħażna? Huwa minnu li din il-base ser tiċċaqlaq lejn post ieħor 'il bogħod mill-Port tal-Belt u jekk isir hekk ma jaħsibx li ser ikun hemm problema ta' maniġġ ta' heavy plant and machinery jekk il-base tiġi riallokata 'il bogħod mill-Port?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.

Mid Term Bonus — Marsa

Question

Jista' l-Ministru jara għala anzjan li l-partikolaritajiet tiegħu jidhru separatament minn din il-mistoqsija ma rċeviex il-bonus ta' nofs is-sena f'Ġunju?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li saret mid-Dipartiment konċernat jirriżulta li l-persuna li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant fil-fatt irċeviet il-benefiċċju ndikat f'Mejju li għadda.
Leg 9 PQ #329 Sitting 782 2002-09-16 Written · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Qormi — Ċentru tas-Saħħa

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hu maħsub li jitkompla t-tieni fażi ta' l-air conditioning fiċ-ċentru tas-saħħa ta' Ħal Qormi? Fejn sar air conditioning s'issa f'dan iċ-ċentru u fejn jonqos li jsir? Kemm intefqu s'issa f'air conditioning f'dan iċ-ċentru u x'inhi l-ispiża biex jitlesta ċ-ċentru kollu ta' Ħal Qormi bl-air conditioning?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li t-tieni fażi ta' air conditioning fiċ-Ċentri tas-Saħħa kollha, inkluż dak ta' Ħal Qormi, huwa ppjanat li jsir is-sena d-dieħla. Il-postijiet li sarilhom air conditioning fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Ħal Qormi huma: Treatment Room, Immunisation, Pharmacy, General Practitioners Clinics, X-ray Clinic, Pharmacy Store, Dental Clinic. Il-postijiet fejn jonqos li jsir air conditioning ġewwa ċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Ħal Qormi huma: Clerk's office, Reception desk area, PABX room, Well Baby Clinic, Ophtalmic clinic, Speech Language clinic, Rest room, Changing rooms (male & female), Physiotherapy, Social Workers (2 rooms), Administration office, filing room, Psychiatric/Gynae, Diabetes clinic, MOP, Staff Pantry, Bedrooms (four), Podology, Chest Unit. L-ispiża li saret fuq l-ewwel fażi ta' air conditioning ġewwa Ħal Qormi hi ta' Lm2960. Huwa ppjanat li l-ispiża ta' air conditioning biex jitlesta ċ-Centru tas-Saħħa ta' Ħal Qormi tkun Spiża Kapitali Lm16000 Spiża biex titħaddem (Operational) fis-sena Lm2450
Leg 9 PQ #330 Sitting 782 2002-09-16 Written · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Każi ta' TB

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hawn każi ta' TB f'Malta tul l-2001 u sa l-10 ta' Awissu 2002? Kemm minn dawn kienu Maltin u kemm stranjieri? Kemm minn dawn il-każi kienu klandestini li nqabbdu Malta bla permess?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-każijiet ta' tuberkolosi rrapurtati lit-Taqsima Tħaris tal-Mard huwa skond it-tabella ta' hawn taħt Sena Resident Każ ijiet ikkonfermati Residenti Każ ijiet pendenti Mhux Residenti Każ ijiet ikkonfermati Mhux Residenti Każ ijiet pendenti 2001 13 0 3 (0 klandestini) 0 2002 (sa 10 ta' Awwissu) 10 4 4 (4 klandestini) 2 (1 klandestin)

WSC

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol tal-bdil tal-mains ta' l-ilma hux effettwat bl-azzjoni industrijali tal-ħaddiema fil-water services?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li x-xogħol tal-bdil tal-mains ta' l-ilma normalment jinkludi ħafna xogħol li jsir minn kuntratturi privati. Meta jkun lest ix-xogħol tat-tqiegħid tal-main li jsir mill-kuntrattur, u qabel ma jibda jintuża main ġdid, il-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma jkunu jridu jittestjaw il-kanen ġodda (pressure test), inaddfuhom (wash-out) u wara jqabbduhom mas-sistema tad-distribuzzjoni attwali. Dan ix-xogħol kollu ma kienx qed isir mill-impjegati tal-Korporazzjoni minħabba d-direttiva ta' azzjoni industrijali ordnata mill-General Workers' Union. B'konsegwenza ta' din id-direttiva, il-mains ġodda li kienu mqegħdin mill-kuntratturi baqgħu ma jistgħux jintużaw.
Leg 9 PQ #333 Sitting 782 2002-09-16 Written · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Luqa — Skola Primarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol fuq l-iskola primarja ta' Ħal Luqa hiex se tkun kompletament lesta sal-bidu tas-sena akkademika 2002/2003?

Response (GALEA, LOUIS)

Bħalma stqarrejt drabi oħra, il-pjan tal-proġett ta' tkabbir u rinovament ta' l-iskola primarja ta' Ħal-Luqa kien previst li jieħu numru ta' snin u hu mistenni li jkun lest fl-2004. Nirreferi wkoll għal stqarrija maħruġa mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni li tikkontjeni tagħrif dwar il-proġett.

Qormi — 10 ta' Settembru

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol tal-bini u tal-kisi ta' Triq l-10 ta' Settembru, f'Ħal Qormi wara li d-direttorat tat-toroq ħareġ avviż nru. 63 permezz tal-gazzetta tal-gvern fit-23/4/02?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol imsemmi mill-Onor. Interpellant fi Triq l-10 ta' Settembru f'Ħal Qormi tlesta' fl-aħħar t'Awissu.

Kirkop — Stallar ta' Lift

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol ta' l-istallar tal-lift fi blokk 1-5, Ta' Tewma Ħal Kirkop?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-kostruzzjoni tal-blokki 1 - 5 Ta' Tewma, Ħal Kirkop tlestiet riċentement. Ninsab infurmat li t-tender għall-istallazzjoni ta' lift f'kull blokk ġiet mogħtija u dawn il-lifts mistennija jkunu nstallati fil-futur qrib.
Leg 9 PQ #336 Sitting 782 2002-09-16 Written · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsa Sports Ground

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux veru li l-gvern qed jippjana li t-track tal-Marsa sports grounds se ssir bil-ħlas għal dawk li jmorru jimxu fiha?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-track tal-Marsa hija intiża għall-ġiri u mhux sabiex in-nies imorru jimxu fiha. S'issa ma kien hemm ebda pjanijiet dwar rati ta' ħlas għal min juża din it-track. Informat ukoll li s-Segretarjat Parlamentari ħejja pjanti sabiex tinbena trim trail f'parti oħra tal-Marsa grounds sabiex min ikun irid jagħmel eżereċizzji ta' mixi jew jogging ikun jista' jagħmel dan mingħajr ħlas.
Leg 9 PQ #337 Sitting 782 2002-09-16 Written · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Qormi — Ċimiterju

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jsir ix-xogħol meħtieġ fuq iċ-ċimiterju ta' Ħal Qormi li ma kull xita jimtela' bl-ilma?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li għalkemm wara spezzonijiet li saru fiċ-Ċimiterju ta' Ħal Qormi matul l-aħħar xitwa, ma nstab l-ebda akkumulu allarmanti ta' ilma, ġie ssuġerit li ċertu passaġġi jistgħu jiġu livellati jew miksija mill-ġdid. Għal dan il-għan spezzjonijiet saru mil-perit tal-Gvern biex jiġu magħmula l-istimi neċessarji.

Persuni b'Diżabilita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' hux ikollha lmenti dwar in-nuqqas ta' rikonoxximent ta' l-ID għal persuni b'diżabilita' minn xi entitajiet? Jekk iva, kif qed jiġi nfurzat ir-rikonoxximent ta' din l-ID card?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Karta ta' l-Identita' Speċjali maħruġa lill-persuni b'diżabilita' mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' tagħti diversi benefiċċji. L-aktar wieħed importanti hu li dik il-persuna tkun tista' tieħu prijorita' fi kju. Il-Kummissjoni diversi drabi tirċievi lmenti mingħand persuni b'diżabilita' li dan il-benefiċċju ma jingħatax jew ma jingħatax kif suppost. Il-Kummissjoni titratta dawn il-każijiet kemm fuq bażi individwali kif ukoll fuq bażi aktar ġenerali.

Polling Places

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir fil-każ ta' dawk il-postijiet li se jintużaw bħala polling places fl-elezzjoni ġenerali u li m'humiex aċċessibli għal persuni bi problema ta' mobilita' eċċ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-liġi tal-Elezzjonijiet Ġenerali titkellem ċar dwar l-obbligu li għandha l-Kummissjoni Elettorali fir-rigward ta' persuni b'diżabilita'.