Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tarzna — Bini ta' vapuri ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-bini tal-vapuri ġodda għal Għawdex fit-Tarzna tal-Marsa? Veru li d-disinji kollha tal-vapuri għadhom ma waslux minn barra u dan qed iżomm ix-xogħol lura? X'passi qed jittieħdu biex ix-xogħol ma jaqax lura? X'passi se jittieħdu biex tissaħħaħ it-tmexxija ta' din it-Tarzna u x-xogħol ikun organizzat aħjar?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li il-programm tal-bini tal-vapuri t`Għawdex kellu jinbidel aktar minn darba f`dawn l-aħħar sentejn, l-aktar minħabba li l-Malta Shipbuilding kienet daħlet għal ħafna aktar xogħol milli setgħet tlaħħaq miegħu. Mill-aħħar pjan li sar fi Frar li għadda ix-xogħol waqa` lura b`ħames xhur. Qed isiru sforzi biex dan id-dewmien jiġi rkuprat. Għad hemm diffikulatjiet rigward id-disinji li hija responsabbli għalihom il-kumpanija Daniża Carl Bros As. Għalkemm il-MIMCOL ser tibgħat żewġ uffiċjali tekniċi fid-Danimarka fil-jiem li ġejjin biex jiddiskutu din il-problema direttament ma ` l-ogħla uffiċċjali tal-Carl Bro. Il-Gvern qed jikkunsidra pjanijet ta` riforma għat-tarzna tal-Marsa biex tissaħħaħ it-tmexxija u l-organizzazjoni tax-xogħol. Nittama li nkun f` pożizzjoni li nagħti dettalji aktar il-quddiem.

Mtarfa — Binja San David

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'jista' jsir biex l-ispazji u l-faċilitajiet komuni tal-Binja San David fl-Imtarfa issir il-manutenzjoni meħtieġa tas-soqfa, tal-lift u tibjid tal-ħitan biex ma jaqgħux fi traskuraġni u stat ta' abbandun?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-partijiet komuni tal-blokk, il-manutenzjoni tagħhom hija r-responsabilita' tal-inkwilini. Għal dan il-għan, flimkien ma ftehim tal-kirja iffirmaw dokument li l-inkwilini bejniethom għandhom jiffurmaw Għaqda tar-Residenti biex jieħdu ħsieb l-manutenzjoni ta' l-istess partijiet komuni. 21.12.98

Ta' Ġiorni — Lamp-posts fil-playing field

Question

Jista' l-Ministru jieħu azzjoni immedjata biex jitneħħa l-periklu li hemm mil-lamp-posts fil-playing field ta' Ta' Ġiorni? Jista' l-Ministru jara li jerġgħu jinxtegħlu mill-ġdid?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f`xi seduta oħra.

Qormi — Triq 23 ta' April - Tiswija

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta t-Triq 23 ta' April, f'Ħal Qormi se tiġi rranġata peress li sal-lum ġiet rranġata biss nofsha?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjoni lid-Dipartiment tat-Toroq biex isir spezzjoni tal-lokalita` u b`hekk ikun jista` jiġi deċiż x`hemm bżonn.

Kumpannija Tug Malta — Vakanzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'vacancies kien hemm fil-Kumpannija Tug Malta dawn l-aħħar ġimgħat? Jekk kien hemm, dawn imtlew? Xi proċeduri ġew segwiti biex dawn jimtlew?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-preżent hemm vakanza ta` Tug Operations Officer u bħalissa qed isiru l-intervisti għall-mili ta` din il-vakanza. Is-sejħa saret fil-medja lokali wara li ntalab il-permess meħtieġ mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ u l-approvazzjoni tal-MIMCOL.
Leg 9 PQ #2858 Sitting 46 1998-12-21 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Ħlasijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-ħlas ta' Lm78 kull sena għas-snin 1996, 1997 u 1998 u ta' Lm156 kull sena għas-snin 1999 u 2000 hux se jitqies bħala parti mis-salarju għal fini ta' komputazzjoni tal-pensjoni tat-Teżor skond Cap. 93 tal-Liġijiet ta' Malta?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Kif provdut f'paragrafu 5 tal-Ftehim Kollettiv, il- ħlasijiet ta' LM78 u LM156 mhumiex ser ikunu nkorporati fis- salarji. Madanakollu, fl-istess Ftehim, hemm provdut ukoll illi sejrin isiru arranġamenti ad hoc u fuq bażi personali għal dawk l-uffiċċjali pubbliċi li rtiraw jew se jirtiraw mis-sena 1996 sas-sena 2000 biex dawn il-ħlasijiet jiġu riflessi fil-pensjoni fuq bażi pro-rata.
Leg 9 PQ #2859 Sitting 46 1998-12-21 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ħatra ta' surġenti

Question

B'riferenza għall-interviews li saru bejn Jannar u Frar 1998 għal ħatra ta' surġenti u għar-riżultati li ħarġu fis-sajf 1998, jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri mill-madwar 90 pulizija li għaddew?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 351 f'Seduta 6. 21.12.98 (am)

Enemalta — Każijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn tidħol il-Korporazzjoni Enemalta, mill-1990 'il hawn, kemm tressqu każijiet (u kemm-il wieħed intrebaħ mill-ħaddiema) quddiem: (i) l-Ombudsman; u (ii) il-Qrati?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f`xi seduta oħra.

Enemalta — Promozzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw u f'liema kategoriji promozzjonijiet fil-Korporazzjoni Enemalta minn Lulju sal-5 ta' Settembru, 1998? Ingħataw promozzjonijiet mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet u jekk fl-affermattiv, lil min?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #2862 Sitting 46 1998-12-21 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Raħal Ġdid - Kindergarten

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda l-proġett ta' l-iskola tal-kindergarten ta' Lourdes, f'Raħal Ġdid?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinġabar l-informazzjoni, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Qormi — Tiswija ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta t-toroq segwenti f'Ħal Qormi se jingħataw resurfacing tat-tarmac: Triq id-Dragun, Triq Korea u Triq Pinto'?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li xogħol ta` resurfacing huwa responsabilita` tal-Kunsill.
Leg 9 PQ #2865 Sitting 46 1998-12-21 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali

Question

Peress li d-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali għamel studju dwar il-costing attwali ta' servizzi u responsabbiltajiet kollha devoluti lill-kunsilli lokali, jista' l-Prim Ministru jpoġġi dan l-istudju u analisi fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-istudju dwar il-costing attwali tal-kuntratti f'idejn il- Kunsilli Lokali li għalih qed jirreferi l-Onorevoli Membru tlesta iżda l-eżerċizzju għad irid jiġi evalwat internament. Kopja tiegħu tkun tista` titpoġġa fuq il- Mejda tal-Kamra darba l-istudju jitlesta mill-fażijiet kollha tiegħu.
Leg 9 PQ #2866 Sitting 46 1998-12-21 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Petroleum Division

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni meta se jagħlaq ISO 9002 li jirrigwarda Aviation Section tal-Petroleum Division tal-Korporazzjoni Enemalta? Hemm xi ħsieb li dan jerġa' jiġi mġedded? Xi tħejjijiet qed tagħmel il-Korporazzjoni Enemalta biex dan ikun jista' jiġġedded? Meta hu mistenni li jsiru l-inspections li jmiss?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #2867 Sitting 46 1998-12-21 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Segretarju Parlamentari

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk is-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tiegħu ltaqax ma' kunsilli lokali? Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, ma' min iltaqa' s'issa? Dawn il-laqgħat se jitkomplew b'mod regolari?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Is-Segretarju Parlamentari fl-Uffiċċju tiegħi qed jiltaqa` mall-Kunsilli Lokali kollha u sallum ikun fadal il-Kunsill ta` Dingli, Għargħur, Ħamrun, Marsaxlokk u Qrendi li ngħataw appuntament iżda ħassruh. Meta jsiru l-laqgħat kollha huwa l-ħsieb li dawn jitkomplew kull meta jkun hemm bżonn.
Leg 9 PQ #2719 Sitting 45 1998-12-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Rabat — Tal-Katakombi - Ilma tax-xita

Question

Jista' l-Ministru jinformani dwar l-iżviluppi ta' l-investigazzjonijiet li kellhom isiru skond ir-risposta tiegħu f'Seduta Nru. 29, dwar mistoqsija parlamentari tiegħi numru 1716?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Minn investigazzjonijiet li saru, ir-rimedju sabiex tkun riżolta din il-problema hu li tinbena sistema ta' culvert fi Triq il-Katakombi, bejn Triq Kanonku G. Gatt Said u Misraħ il-Parroċċa.
Leg 9 PQ #2816 Sitting 45 1998-12-19 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — Computers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx bżonn ta aktar computers fiċ-ċentri tas-saħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Filwaqt li aktar komputers fiċ-Ċentri tas-Saħħa dejjem ikunu utli, n-numru ta' komputers preżentament jaqdu l-ħtiġijiet ta' komputerizzazjoni fiċ-Ċentri tas-Saħħa fl-istadju preżenti.
Leg 9 PQ #2817 Sitting 45 1998-12-19 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Tqassim ta' gazzetti

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema gazzetti jitqassmu fis-swali ta' l-Isptar San Vinċenz de Paule u l-Isptar San Luqa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-ebda gazzetti ma jitqassmu fis-swali ta' l-Isptar San Luqa. L-Isptar San Vinċenz de Paule ma jaqax taħt id-dekasteru tal-Ministeru tas-Saħħa.

Sptar San Vinċenz de Paule — Ġonna

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fil-ġonna ta' St. Vinċenz de Paule isiru bankijiet biex igawduhom l-anzjani?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Hemm il-ħsieb li għas-sena d-dieħla, fir-Residenza ta' San Vinċenz, se jitqegħdu bankijiet fil btieħi tan-naħa tan-nisa u ta' l-irġiel, kif ukoll fil-bitħa quddiem il-kappella. Dawn huma postijiet l-aktar frekwentati mir-residenti. 19.12.98
Leg 9 PQ #2819 Sitting 45 1998-12-19 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment għall-Ambjent — Sezzjoni tal-bini tal-ħitan tas-sejjiegħ

Question

Jista' l-Minstru jgħid jekk is-Sezzjoni tal-Bini tal-Ħitan tas-Sejjiegħ hijiex tiffunzjona fid-Dipartiment għall-Ambjent?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fi ħdan id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent hemm is-sezzjoni tal-Countryside li fiha hemm benneja li tul dawn l-aħħar erba' snin għamlu xogħol relatat mal-bini ta' ħitan tas-sejjieħ. Id-Dipartiment, flimkien mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għadu kemm nieda kors dwar il-bini tal-ħitan tas-sejjieħ. Id-Dipartiment ħareġ ukoll sejħa interna għal Rubble Wall Builders. Tul l-1999, hemm il-ħsieb li jiġu ngaġġati 40 Rubble Wall Builder.
Leg 9 PQ #2820 Sitting 45 1998-12-19 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Banek — BOV - Refurbishment

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fil-Bank of Valletta ta' Pjazza San Ġorġ, Valletta jsir refurbishment?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jekk id-direzzjoni tal-Bank tħoss il-ħtieġa li jsir ir-refurbishment imsemmi, dan isir. Tajjeb li wieħed ifakkar li l-Gvern għandu biss 25% fil-bank u għalhekk deċiżjoni fuq din il-materja hija kompitenza tal-Board tad-diretturi.