Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #2023 Sitting 46 1998-12-21 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartimenti governattivi — Karozzi ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk iddaħħlux karozzi ġodda tal-kiri mill-elezzjoni tal-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum ta' kumpanniji oħra li ma kenux qabel jagħmlu xogħol f'dipartimenti ta-gvern? Jekk iva, kemm ġew mikrija karozzi u min hija l-kumpannija?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li fid-dekasteru tiegħi mill-5 ta' Settembru 1998 'il hawn inkrew dawn il-karozzi: Segretarju Parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru 1 John's Garage, Ħamrun 3 Autorentals Ltd, St Julians Diviżjoni tal-Ġustizzja 1 Autorentals Ltd, St Julians Qrati tal-Ġustizzja 15 Mexico Garage, Marsa Dipartiment tal-Kunsilli Lokali 9 Joe's Garage, Żabbar
Leg 9 PQ #2140 Sitting 46 1998-12-21 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Ħaddiema fil-mammography unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu fil-mammography unit? Xi training għandhom dawn in-nies? Jekk għandhom training speċjalizzat, kemm dam dan it-training?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fil-Mammography Unit hemm 3 Radjoloġisti u 10 Radjografisti. Mit-tliet konsulenti fuq imsemmija, tnejn irċevew it-training bażiku tagħhom waqt l-istudju postgraduate li għamlu, waqt li l-ieħor għamel snin itwal jaħdem f'dan ix-xogħol u għalhekk għandu esperjenza iżjed vasta. L-għaxar radiographers imsemmija kollha għandhom basic training fl-iscreening tal-mammography. Meta inġieb l-apparat, dawn l-għaxra ngħataw kors ta' training speċjali u ngħataw ċertifikati relattivi li attendew dan il-kors b'suċċess. Irid jingħad li dawn l-impjegati kollha huma mmonitorjati kontinwament u jeżistu quality controls biex jiggarantixxu servizz tajjeb. Ta' min ifakkar li dan l-apparat sofistikat (li nġieb fl-1995) jillokalizza anki ``foci ta'cancer'' żgħar ħafna, u għalhekk hu importanti li n-nies li jaħdmu f'din is-sezzjoni jgħarrfu dawn il-leżjonijiet anki f'dan iċ-ċokon, waqt li mill-banda l-oħra ma jirrapportawx riżultati foloz jew skorretti.
Leg 9 PQ #2273 Sitting 46 1998-12-21 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Paramedic aides

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'kemm-il bord kienu ż-żewġ persuni li tressqu l-qorti in konnessjoni mal-kwestjoni tal-paramedic aides? Minn min kienu nominati għal dawn il-karigi?X'rimunerazzjoni kellhom għax-xogħol li kienu jwettqu? Ir-rimunerazzjoni li kienu jieħdu, jekk kienu jieħdu, kienet skond l-ordni li nħarġet mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru fl-1997 li ħadd mill-impjegati fis-segretarjati tal-Ministri ma jista' jirċievi remunerazzjoni għal xogħol li jwettqu f'bordijiet jew kumitati?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Miż-żewġ persuni i tressqu l-Qorti nkonessjoni mal-kwestjoni tal-paramedic aides, is-Sur Martin Sultana kien fuq il-kumitat ta' l-Isptar Zammit Clapp. Mhux magħruf min kien innominah għal din il-kariga. Is-Sur Sultana kellu renumerazzjoni ta' Lm1000 fis-sena għal xogħol li kien iwettaq. Is-Sur Sultana kien iservi ukoll bħala Registrar tan-Nursing and Midwifery Board mill-ex-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja. Prima facie r-renumerazzjoni tas-Sur Martin Sultana ma kienx skond l-ordni li nħarġet mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru fl-1997. Il-persuna l-oħra s-Sur F. Ripard kienet fuq il-Boards: Nursing and Midwifery Board, Hospital Management Committee St. Luke's Hospital u Mental Health Reform Commission. Dan ma kien jirċievi l-ebda renumerazzjoni. Kien ġie nominat għal dawn il-karigi mill-ex-Ministru tas-Saħħa, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja.
Leg 9 PQ #2290 Sitting 46 1998-12-21 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Refurbishment

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 847, jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq il-gvern Laburista fuq refurbishment ta' l-Isptar San Luqa matul is-sentejn ta' gvern Laburista, sena b'sena, u kemm beħsiebu jalloka fondi l-Gvern Nazzjonalista?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Bejn Novembru 1996 u Awissu 1998 intefqu Lm943,229.59 fuq ir-Refurbishment tal-Isptar San Luqa. Għas-sena li ġejja ġew ivvutati Lm250,000.
Leg 9 PQ #2306 Sitting 46 1998-12-21 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Kuntratti

Question

Riferibbilment għall-perjodu 1 ta' Novembru, 1998 sat-30 ta' Novembru, 1998 u għad-dikasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' għamara ta' uffiċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: 1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; 2) lil min intalbu quotations; 3) kemm kienet kull quota; 4) min rebaħ il-kuntratt; 5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv: 6) fiex kienu jikkonsistu; u 7) kemm kien il-valur totali tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Għall-perjodu 1 ta' Novembru 1998 sat- 30 ta' Novembru 1998, id-Dipartiment tas-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern ta' kuntratt wieħed għal għamara ta' uffiċini, dak għall-imwejjed "L" 'shaped'. 1. Il-persuni li għamlu l-'award' kienu l-Prinċipal ta' l-Accounts(għal min kienet l-għamara) u l-Assistent Direttur (Amministrazzjoni). 2. Intalbu 4 'quotations' mingħand il-kumpaniji Melco, BIM, Invicta u Bezzina. 3. Il-kwotazzjonijiet riċevuti kienu:- BIM Ltd - Lm202.75 Melco - Lm223.00 Invicta - Lm314.00 4. Rebaħ il-kuntratt ta' l-irħas aġent:- Lm202.75 kull wieħed Total:Lm405.50 5. Ma ngħatawx estensjonijiet fuq il-kuntratt oriġinali. 6. Nil 7. NIL Ma ngħataw ebda kuntratti għal għamara ta' uffiċini mid-dipartiment tas-Saħħa fl-istess perjodu.
Leg 9 PQ #2395 Sitting 46 1998-12-21 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Xiri ta' ophtalmic angiography machine

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inħariġx it-tender għal xiri ta' ophthalmic angiography machine u jekk fin-negattiv meta beħsiebu jagħmel dan, peress li hemm lista konsiderevoli ta' pazjenti li qed jistennew din l-investigazzjoni tant importanti għalihom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Dipartiment qed jieħu l-passi neċessarji sabiex jinxtara apparat ġdid.
Leg 9 PQ #2397 Sitting 46 1998-12-21 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nurses jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa? Ta' liema kategorija huma? F'liema sptarijiet qed jaħdmu? Kemm hemm nisa u kemm hemm irġiel?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' Nurses li jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa jammonta 1156. Dawn in-nurses huma mqassmin kif jidher hawn taħt: Grad Irġiel Nisa ___________________________________________ Airport Health Office Enrolled Nurse 4 - Boffa Hospital Departmental Nursing Manager 1 - Deputy Nursing Officer 2 4 Enrolled Nurse 20 28 Manager Nursing Services 1 - Nursing Officer 4 4 Staff Nurse 3 8 Head Office Director Nursing Services - 1 Nursing Officer 1 - Health Infor. Systems Enrolled Nurse 1 1 Staff Nurse - 4 Health Policy & Planning Deputy Nursing Officer 1 - Institute of Health Care Enrolled Nurse 1 - Enrolled Nurse - 1 Nursing Officer - 3 Staff Nurse - 10 Mount Carmel Hospital Departmental Nursing Manager 3 - Deputy Nursing Officer 4 5 Enrolled Nurse 80 64 Manager Nursing Services 1 - Nursing Officer 10 7 Staff Nurse 8 19 Primary Health Care Manager Nursing Services 1 - Deputy Nursing Officer 1 5 Enrolled Nurse 16 59 Nursing Officer 5 4 Staff Nurse 5 39 Public Health Staff Nurse - 1 St. Luke's Hospital Departmental Nursing Manager 3 4 Deputy Nursing Officer 34 20 Enrolled Nurse 122 187 Manager Nursing Services 1 - Nursing Officer 33 17 Staff Nurse 85 205 Tal-Ferħa Enrolled Nurse 1 3 Nursing Officer 1 -
Leg 9 PQ #2400 Sitting 46 1998-12-21 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet fl-Isptarijiet San Luqa u Karen Grech, fl-operating theatres rispettivi tagħhom, sena b'sena, matul dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Operazzjonijiet li saru fl-Isptar San Luqa Operating Theatre huma:- Sena Surgical/Orthopaedic E & A Endoscopy __________________________________________________ ____ 1988 9921 515 720 1989 / / / 1990 7774 655 3588 1991 7001 565 3797 1992 7999 333 4469 1993 7754 493 4237 1994 7561 457 3783 __________________________________________________ ______ Operazzjonijiet li saru fl-Isptar Karin Grech Operating Theatre huma: Sena Gynae/Maternity ENT Ophthalmic Fairyland __________________________________________________ __________ 1988 3266 1731 1814 154 1989 / / / / 1990 3765 1634 1490 643 1991 3909 962 1513 628 1992 4878 1545 1457 701 1993 4738 1638 1646 673 1994 4283 1678 1536 692 __________________________________________________ ___________ Jidher li r-records ta' l-1989 ġew spustati, u għalhekk il-figuri ma jistgħux jingħataw għalissa. Dawn jiġu mogħtija appena jinstabu. Ninsab infurmat li fl-Isptar San Luqa u fl-Isptar Karin Grech saru 22,037 operazzjoni matul l-1995, 22,708 operazzjoni matul l-1996, 23,316 operazzjoni matul l-1997, u 16,502 operazzjoni minn Jannar sa Awissu ta' din is-sena.
Leg 9 PQ #2405 Sitting 46 1998-12-21 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Dipartiment ta' l-Out-patients

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew invistati nies fid-Dipartiment ta' l-Out-Patients ta' l-Isptar San Luqa sena b'sena matul dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' nies invistati fid-Dipartiment tal-Out Patients, tal-Isptar San Luqa f'dawn l-aħħar għaxar snin hu hekk: Sena Każi Ġodda Follow-ups ________________________________________________ 1988 87,704 254,493 1989 - - 1990 95,777 237,413 1991 85,811 227,233 1992 77,434 234,785 1993 78,393 240,156 1994 80,034 245,957 1995 80,708 234,103 1996 83,292 254,378 1997 75,493 244,958 1998 56,262 185,036 (sa l-aħħar ta' Settembru) __________________________________________________ Ir-records għas-sena 1989 għadhom qed jinġabru.

Anzjani — Djar ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qiegħed jiswa lill-Gvern anzjan li jgħix fid-djar ta' l-anzjani? Tista' din l-informazzjoni tiġi diviża fil-Cost: 1) variable cost; 2) fixed cost - average capital outlay per client?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Anzjan li jgħix f'Dar ta' l-Anzjani qiegħed jiswa lill-Gvern hekk:- Dar tal-Furjana LM 9.94 Kuljum Dar tal-Mtarfa LM 10.35 Kuljum Dar tal-Mosta LM 6.26 Kuljum Dar tal-Gżira LM 9.28 Kuljum Dar tal-Imsida LM 8.35 Kuljum "Average" tad-Djar kollha LM 8.58. Dawn il-"costings" huma magħmula minn "recurrent costs" biss. Ma tinżammx statistika ta' "fixed costs" kif mitlub fil-mistoqsija. 21.12.98
Leg 9 PQ #2760 Sitting 46 1998-12-21 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Air Malta — Saħħa tal-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li l-vetturi li jġorru l-bagalji bejn l-ajruplani u t-terminal qed jikkaġunaw irritazzjoni fl-għajnejn u sogħla fil-ħaddiema ta' l-Air Malta minħabba emission qawwija ta' fumes? Jekk it-tweġiba hi fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema qed isoffru minn dawn l-effetti u jekk id-Dipartiment tas-Saħħa talabx biex tinfetaħ investigazzjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma l-Onorevoli Interpellant li f'dawn l-aħħar sitt xhur ma kien hemmx ħaddiema ta' l-Air Malta li ġew irreferuti l-Airport Health Office minħabba irritazzjoni fl-għajnejn jew sogħla, b'konsegwenza ta' ħruġ qawwi ta' foga jew fwar mill-vetturi li jġorru l-bagalji bejn l-ajruplani li jġorru l-bagalji bejn l-ajruplani u t-terminal. B'rispett nixtieq ninforma l-Onorevoli Interpellant illi din il-materja taqa' taħt il-kumpanija Air Malta u tajjeb, jekk jixtieq, jitlob aktar tagħrif mill-Ministeru tas-Servizzi Ekonomiċi.
Leg 9 PQ #2822 Sitting 46 1998-12-21 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Returns tat-taxxa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li ma bgħatux return tat-taxxa għas-sena 1997?

Response (DALLI, JOHN)

In-numru ta` persuni li għadhom ma bgħatux ir-return tat-taxxa għas-sena 1997 huwa ta` 30,691.
Leg 9 PQ #2823 Sitting 46 1998-12-21 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Return tat-taxxa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li ma bgħatux ir-return tat-taxxa għas-sena 1996?

Response (DALLI, JOHN)

In-numru ta` persuni li għadhom ma bgħatux ir-return tat-taxxa għas-sena 1996 huwa ta` 20,478.

Raħal Ġdid — Triq Kordin - Crash barriers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru crash barriers fi Triq Kordin, Raħal Ġdid?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħti ndikazzjoni ċara ta` fejn jaħseb dawn il-crash barriers għandhom jitwaħħlu.

ITS — Traffic lights/street paintings

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1404, jista' l-Ministru jgħid jekk traffic signs u street paintings li saru riċentement ħdejn l-ITS sarux bil-permess meħtieġ mit-Traffic Control Board u b'konsultazzjoni u approvazzjoni tal-Kunsill Lokali ta' Pembroke?

Response (GALEA, ĊENSU)

M`għandi xejn x`inżid mar-risposta li tajt għall- mistoqsija parlamentari Nru 2373.

Birkirkara — Triq Salvu Psaila - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jew jiċħad jekk ntilfux pjanti relatati max-xogħol li għandu jsiru fi Triq Salvu Psaila, Birkirkara?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li ma jiriżultax li ntilfu xi pjanti li għandhom x`jaqsmu mal-proġett ta` Psaila Street u għalhekk nitlob l-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku
Leg 9 PQ #2849 Sitting 46 1998-12-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Kriminalita' — Addoloxenti/żgħażagħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġi mfassla u jittieħdu inizjattivi flimkien mal-ministeri l-oħra tal-politika soċjali u ta' l-edukazzjoni biex niffaċċjaw il-problemi ta' addoloxxenti u ż-żgħażagħ li qabdu minn kmieni ħafna t-triq tal-kriminalita'?

Response (BORG, TONIO)

Saru diversi laqgħat bejn Sedqa u l-pulizija dwar l-aħjar metodi ta' prevenzjoni li wieħed jista' jieħu. F'dawn il-laqgħat l-pulizija jgħaddu l-esperjenzi tagħhom li żgur jgħinu biex jitfasslu inizjattivi ġodda f'dan il-qasam. 21.12.98 (am)
Leg 9 PQ #2850 Sitting 46 1998-12-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

San Pawl il-Baħar — Pompa tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu biex tiġi solvuta l-problema kbira ta' l-intiena ħierġa mill-pompa tad-drenaġġ li hemm ħdejn l-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar? Hemm xi ħjiel meta se jsir dan ix-xogħol tant meħtieġ biex titneħħa t-tbatija għal dawk li jitgħallmu, jgħallmu, jaħdmu u jmexxu din l-iskola?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-intiena li ħierġa mill-pumping station li hemm ħdejn l-iskola ta' San Pawl il-Baħar hija kkawżata mill-ħruġ ta' gassijiet li qegħdin jinġemgħu fis-sistema tad-drenaġġ ta' madwar Buġibba u San Pawl il-Baħar, u li finalment jispiċċaw fil-pumping station hawn fuq imsemmija. Sabiex din l-intiena tiġi eliminata darba għal dejjem, dawn il-gassijiet iridu jiġu ttrattati jew meqruda, u dan jirrikjedi l-installar ta' sistema ta' purifikazzjoni. Sfortunatament id-Dipartiment la għandu l-mezzi u lanqas ir-riżorsi meħtieġa biex din is-sistema tiġi mplimentata. Għaldaqstant iridu jsiru studji apposta fuq dan is-suġġett.

Toroq — Tiswija ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir ix-xogħol meħtieġ biex tiġi rranġata sew it-triq li minn Burmarrad tieħu għal Wardija? Hemm xi ħjiel meta jista' jsir dan ix-xogħol?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-toroq biex jispezzjona din it-triq u jara x`jista jsir.