Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jieħu xi inizjattivi biex ikollu mekkaniżmu biex jispezzjona l-ħaddiema tal-gvern fuq il-post tax-xogħol ħalli jiġi żgurat li qed jagħtu s-servizz li huma mħallsa għalih?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Membru jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli mis-Servizz Pubbliku.
11.1.99
Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji — Deċiżjonijiet
Question
S'issa, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ħarġu deċiżjonijiet mit-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji mindu twaqqaf?
Liema każi ġew deċiżi u f'kull każ x'kienet id-deċiżjoni?
Kemm fadal każi pendenti?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li minn meta twaqqaf it-Tribunal għall-
Investigazzjoni ta' Inġustizzji sal-24 ta' Diċembru 1998,
ingħataw 77 sentenza finali u 12-il sentenza parzjali. Qed
inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, lista tal-każi kollha
deċizi u d-deċizjoni mogħtija mit-Tribunal f'kull każ.
Sas-6 ta' Jannar 1999 kien hemm 1173 applikazzjonijiet
pendenti.
Peress li fid-diskors tiegħu għall-Budget 1993, il-Ministru ħabbar li għall-ħames snin li kienu ġejjin kellu l-mira li jżomm id-deficit pubbliku f'livell ta' 3% tal-prodott gross domestiku, jista' l-Ministru jgħid x'wassal biex bejn l-1992 u l-1996 din il-mira mhux talli ma ntlaħqitx iżda ttriplat?
Response (DALLI, JOHN)
Fond Konsolidat
Attwali 1992 1993 1994 1995 1996
Dħul Ordinarju 332.8 374.7 397.6 459.3 447.2
Infiq Rikurrenti 325.9 364.8 405.1 446.6 498.0
Infiq Kapitali 58.0 59.7 62.3 70.3 73.5
Deficit Strutturali 51.1 49.8 69.8 57.6 124.3
Għotjiet 16.4 8.4 12.9 4.5 20.8
Ħlas lura ta`
Self tal-Gvern 8.5 12.7 5.9 9.0 0.3
Bejgħ ta` ishma 0.5 0.7 12.6 14.6 0.09
Deficit Finanzjarji 25.7 28.0 38.4 29.5 103.1
GDP 874.7 940.0 1028.5 1145.5 1201.3
% 2.9 3.0 3.7 2.6 8.6
Kif diġa għidna fid-Diskors tal-Budget għall-1999, biex stajna nidentifikaw il-fissuri strutturali fil-finanzi pubbliċi, morna lura għas-sena 1985, u mill-istatistika finanzjarja tul dawn is-snin kollha, bnejna sena b`sena d-dħul ordinarju attwali u l-infiq rikurrenti u dak kapitali attwali. Minn dan l-analiżi, li tiegħu qed nipproduċi hawn fuq il-figuri relevanti għas-snin li semma l-Onorevoli Interpellant, jidher li kontroll fuq id-deficit kien fil-fatt qed isir. Dan jidher aktar ċar meta irnexxilna nniżżluh għall-medja ta` 3.0% bejn l-1992 u l-1995 minn medja ta` 5.1% fit-3 snin ta` qabel.
Rigward l-1996, diġa tajt raġunijiet għaliex spiċċat kif spiċċat, imma ta` min jgħid:
1. l-interattivita tat-titjib fil-pensjonijiet li sar mill-1987 sa dak in-nhar mar-riforma fis-servizz ċivili li kkawżat żieda qawwija mhux biss fis-salarji imma wkoll fil-pensjonijiet;
2. bejgħ ta` ishma li kien proġettat u li ma sarx għax dak inhar intqal li kien `kontra l-policy tal-Gvern` Laburista ġdid;
3. l-eżerċizzju tal-MDD li kien ippjanat għall-1996 u li ma sarx f`dik is-sena imma tħalla għas-sena ta` wara biex iċ-ċifri dehru kif dehru;
4. in-nuqqas ta` dħul mit-taxxa tal-VAT, b`riżultat tal-politiċiżżazzjoni ta` din is-sistema ta` tassazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il attivita' soċjali organizzaw il-Welfare Fund fl-Isptar San Vinċenz de Paule?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nassumi li l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għall-Welfare Committee u mhux il-Welfare Fund kif kiteb fil-mistoqsija. Il-Welfare Committee ma torganizzax attivitajiet soċjali fir-Residenza San Vinċenz. Dawn l-attivitajiet, li jsiru matul is-sena kollha, jiġu organizzati mill-Entertainment Section tar-Residenza.
11.1.99
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 1235, jaħseb il-Viċi Prim Ministru li issa wasal il-waqt li jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kwestjonarju mibgħut lilu mill-Unjoni Ewropea kif ukoll it-tweġiba tal-Gvern Malti?
Response (MARCO, GUIDO DE)
Ma għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt għall-interpellanza Nru. 1235.
It-Tnejn 11 ta' Jannar 1999
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2181?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bejn il-perjodu 05.09.98 sa l-01.12.98, id-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji kellu tender waħda approvata ta' valur ta' aktar minn Lm1,000 li ġiet approvata fit-28.09.98. Il-valur tat-tender hija ta' Lm7,132 u ġiet 'awarded' lil Messrs. Shelving Direct ta' 59 St Paul's Street, Valletta.
In-natura tax-xogħol tat-tender hija:
"Shelving Units for the Public Records Depository, Ħal Far".
Fl-istess perjodu ta' żmien intalbu tliet kwotazzjonijiet għal xiri ta' żewġ photocopiers għall-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali. Il-photocopiers inxtraw mingħand VJ Salamone Ltd bil-prezz ta' Lm899 il-waħda. Il-kwotazzjonijiet l-oħra kienu ta' Lm976 u Lm1172 il-waħda rispettivament.
Għal dak li għandu x'jaqsam id-Dipartiment tal-Mużewijiet, fil-perjodu msemmi fil-mistoqsija ingħataw dawn il-kuntratti, wara sejħa għall-offerti, bil-valur ta' aktar minn elf lira:
1. Provvista ta' żewġ mobile toilets lil Temple Holdings Ltd
għal valur ta' Lm2239.82.
2. Xogħol ta' stamplar lil P.E.G. Ltd li għal valur ta'
Lm1930.00.
3. Provvista u tqegħid ta' scaffolding system fil-Kon Katidral
ta' San Ġwann lil Jos F Spiteri & Co (1927) Ltd għal valur
ta' Lm1355.00.
(Il-Letter of acceptance dwar dan l-aħħar kuntratt fil-fatt
għadha ma ħarġitx iżda hi mistennija li toħroġ dawn fil-
ġranet li ġejjin).
Lista ta' tenders ta' valur aktar minn Lm1,000 li ġew approvati mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni mill-5.9.98 sa l-1.12.98 (Dok. A), u mill-Universita' ta' Malta (Dok. B), ser jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fil-perjodu msemmi, il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, is-Segretarjat Parlamentari, id-Dipartiment ta' l-Eżamijiet, il-PBS, il-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija, il-Mediterranean Conference Centre u d-Dipartiment tal-Kultura ma approvaw ebda tender ta' valur aktar minn Lm1,000.
Jista' l-Ministru jinformani x'qiegħed isir f'tarf Triq Manuel Dimech (ħdejn ir-roundabout ta' l-erba' qaddisin) f'Ħal Qormi? Meta hemm il-ħsieb li jiġi finalizzat ix-xogħol? Ix-xogħol qiegħed isir mill-kuntrattur jew minn ħaddiema tal-Gvern?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li fis-sit imsemmi mill-Onorevoli Interpellant qed isir xogħol ta':
* twessigħ tal-kanal ta' l-ilma
* twessigħ tal-ftuħ taħt il-bridge tat-triq
* elevazzjoni ta' l-istess bridge
Dan ix-xogħol mistenni jitlesta sa l-aħħar ta' Frar 1999.
Dan ix-xogħol qed isir minn ħaddiema tat-Taqsima tax-Xogħlijiet, Kalaxlokk Co. Ltd. u aktar tard kuntrattur fuq xogħol ta' 'surfacing' ta' toroq.
Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-applikazzjoni għall-irranġar ta' dar li saret lill-Awtorita' tad-Djar HAS 13/96 f'Ħaż-Żebbuġ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-applikant tal-file HAS 13/96 ġie infurmat fil-21 ta' Frar 1997 li l-applikazzjoni tiegħu hija invalida minħabba Klawsola 14 (3)(i) (Dokument A). Din il-Klawsola tgħid hekk:
L-għajnuna f'flus għal xogħolijiet ta' rranġar u titjib ma tingħatax mill-Awtorita' għal xogħolijiet li jkunu diġa saru qabel l-approvazzjoni ta' l-applikazzjoni biex isir dan ix-xogħol u jekk dan ix-xogħol ma jkunx ġie ċertifikat bħala neċessarju minn Perit nominat mill-Awtorita' għal dan il-għan;
Meta fit-28 ta' Jannar 1997 saret spezzjoni fuq il-post instab li x-xogħolijiet mitluba kienu diġa saru (Dokument B).
Skond ċertifikat maħruġ mill-perit ta' l-applikant stess, (Dokument C) ma jirriżultax periklu immedjat li jrid jinbidel is-saqaf.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Dokumenti A, B, u C imsemmija hawn fuq.
11.1.99
Jista' l-Ministru jgħid meta Triq il-Belt Valletta, f'Raħal Ġdid se tiġi rranġata, ġaladarba issa għaddew is-servizzi kollha minn taħt l-imsemmija triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li peress li din it-triq ġarbet ħafna ħsara qed issir kollaborazzjoni bejn id-Dipartiment tat-Toroq, il-Kunsill Lokali u l-'Utilities' biex jingħata wiċċ ġdid.
Is-sejħa għall-offerti diġa' ħarġet u l-offerta li ntefgħet qed tiġi kkunsidrata.
Segretarjat Parlamenti għad-Drittijiet tan-Nisa — Impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni b'kuntratt bejn l-1997 u l-1998 fis-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tan-Nisa? Meta bdew u meta jagħlqu dawn il-kuntratti? Min kienu dawk fuq kuntratt? X'ħidma wettqu? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta' xi studji li għamlu? Xi ħlas kellhom dawn il-persuni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Bejn is-sena 1997 u 1998 kien hemm erba' persuni b'kuntratt fis-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tan-Nisa. Dawn kienu kif ġej:
Dr Helen Borg LL.D. bdiet fil-11.11.96 b'kuntratt għal sena sa l-10.11.97 fil-kariga ta' Uffiċjal għall-pariri legali. Il-kuntratt, li kien għal ġimgħa ta' ħmistax-il siegħa jew aktar skond l-esiġenzi tas-servizz, kien ġie mġedded sa l-10.11.98. Dr Borg kellha ħlas ta' Lm2290 fis-sena. Mal-bidla fl-amministrazzjoni, il-kuntratt ġie terminat skond klawsola fl-istess kuntratt.
Ms Jane Attard bdiet fuq bażi "full time" fit-8.5.97 b'kuntratt għal sena fil-kariga ta' Uffiċjal tas-Segretarjat Privat. Il-kuntratt tagħha kien ġie mġedded sas-7.5.99. Ms Attard kellha hlas ta' Lm3424 fis-sena. Mal-bidla fl-amministrazzjoni, il-kuntratt ġie terminat skond klawsola fl-istess kuntratt.
Sar kuntratt bejn il-Gvern u l-Malta University Services għas-servizzi ta' konsulenza ta' Dr Mary Darmanin bejn 1.9.97 u 30.8.98. Il-kuntratt kien għal ġimgħa ta' għoxrin siegħa jew aktar skond l-esiġenzi tas-servizz. Il-ħlas għal dan ix-xogħol kien ta' Lm3251.
Ms Sandra Cachia B.A. (Hons.) Social Administration, bdiet fil-5.1.98 fil-kariga ta' Uffiċjal tas-Segretarjat privat. Il-kuntratt tagħha, fuq bażi full time, kien għal sena. Ms Cachia kellha ħlas ta' Lm3907 fis-sena u allowance ta' Lm50 fix-xahar għal xogħol wara l-ħin. Il-kuntratt ġie terminat mal-bidla fl-amministrazzjoni skond klawsola fl-istess kuntratt.
Nota separata tispjega x-xogħol li għamlet il-konsulenta Dr Darmanin li kopja tiegħu qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
11.1.99
B'riferenza għal dak li qalet l-Onor. Helena Dalli nhar il-Ġimgħa 18 ta' Diċembru, 1998 fil-Parlament waqt li kienet qed titkellem dwar l-Approprjazzjoni għas-sena 1999, jista' l-Prim Ministru jgħid x'kuntatti għamel l-MPO mal-Commonwealth dwar esperti biex jgħinu biex tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fir-rigward ta' l-amministrazzjoni tal-pajjiż? X'riżultati konkreti ħallew dawn l-kuntatti?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jiena nfurmat illi fit-30 ta' Settembru 1997, il-Management
and Personnel Office bagħat proposta dettaljata lill-
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent dwar
għajnuna teknika li seta jibbenefika minnha l-Gvern Malti.
Il-proposta intitolata Strategy for increasing the
representation by women in decision making positions in the
Maltese public sector kellha tintbagħat lill-Commonwealth
Fund for Technical Co-operation għal deċiżjoni finali. Fil-
proposta ġew mitluba s-servizzi ta' espert fuq Gender
Policy fis-settur pubbliku, u kien ġie propost ukoll li l-
espert tkun stazzjonata fis-Segretarjat Parlamentari għad-
Drittijiet tan-Nisa għal perjodu ta' tliet xhur,
preferibbilment fil-bidu ta' l-1998.
Sa llum jidher li l-Commonwealth Secretariat qatt ma
bagħat risposta, u għalhekk s'issa l-ebda espert tagħhom ma
ġiet Malta biex tagħti għajnuna teknika lill-Gvern fuq
Gender Policy.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus li daħħal il-gvern mill-eżitu tal-liġi li jimponi taxxa one off mill-banek kummerċjali? Kemm kien l-ammont minn kull bank?
Response (DALLI, JOHN)
L-ammont ta` flus li daħħal il-Gvern mill-eżitu tal-liġi li jimponi taxxa one off mill-banek kummerċjali huwa hekk:
Lm
Mid Med Bank 1,476,237
Bank of Valletta 1,621,118
APS Bank 93,909
Lombard Bank 89,729
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu jsir sabiex is-saqaf tat-Turretta fil-Palazz, il-Belt ma jibqax fi stat ta' periklu għall-ħaddiema tal-AFM?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li diġa sar xogħol ta' manutenzjoni fit-
Turetta fil-Palazz fl-aħħar ta' Diċembru 1998, fejn sar
xogħol ta' waterproofing tas-soqfa. Xogħlijiet oħra
meħtieġa ser isiru mill-iżjed fis possibli.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kwalifiki li bihom refuġjat jista' jibqa' residenti f'pajjiżna?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li persuna f'Malta li tiġi dikjarata bħala refuġjata mill-U.N.H.C.R. tiġġeddilha l-visa minn żmien għal żmien biex tkun tista' tibqa' f'Malta sakemm titlaq lejn il-pajjiż li jaċċettha biex tgħix fih.
11.01.99
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2466, jista' l-Ministru jgħid kemm qed iħallas anzjan li jgħix fid-dar ta' l-anzjani fiż-Żejtun?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Anzjan fid-Dar taż-Żejtun qed iħallas bħal kull anzjan ieħor fid-djar tal-Anzjani l-oħra tal-Gvern jiġifieri 60% tad-dħul tiegħu basta ma jeċċediex Lm4.00 kuljum.
11.1.99
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-Kummissarju tal-Pulizija qiegħed jirrifjuta li jikkollabora ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar sabiex il-fond fi Triq ta' Ciantar, fiż-Żurrieq fejn qiegħed jiġi konness reat, jiġi magħluq?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija kkollaborat dejjem ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar fejn jidħol rapporti li saru dwar dan il-każ. Barra minn dan, il-persuna liċenzjata itellgħet il-Qorti mill-Pulizija u ġiet liberata.
11.01.99
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1730, jista' l-Ministru jgħid dawn il-persuni li għandhom employment licence x'tip ta' xogħol qed jagħmlu?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru 621 f'Seduta 20, Nru 2585 f'Seduta 34 u Nru 2869 f'din l-istess Seduta.
11.01.99
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1734, jista'l-Ministru jgħid għalfejn il-bini eżistenti, ex-Deutschwelle, il-Gvern mhux qiegħed jikkonsidra sabiex dan jagħmel parti wkoll mill-park nazzjonali ta' Delimara? Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet għal dan il-park nazzjonali?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Dwar il-bini ta' l-ex-Deutshcwelle, saret talba biex dan jinbidel għal użu residenzjali. F'dan l-istadju, t-talba għandha tiġi kkunsidrata mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.
Sadanittant, fuq is-sit kollu tal-Park f'Delimara hemm Master Plan u qed nidentifikaw passaġġi biex jinħolqu mixjiet fil-kampanja li anke' jgħaqqdu mill-inħawi tal-Bajja ta' San Tumas sa dawk ta' Marsaxlokk.
Jista' l-Ministru ġentilment jgħid min hu bħalissa ċ-Chairman ta' l-Isptar Monte Carmeli?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-Isptar ħatar internament ad hoc Hospital Management Team biex ikun jista' jkompli bix-xogħol tiegħu.
L-Acting Superintendent u Direttur Kliniku ta' l-Isptar, għandu l-inkarigu ta' Chairman ta' dan il-Management Team.