Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2826 ċioe' jista' jgħid kemm intnefqu flus mill-Welfare Fund għas-snin 1996, 1997 u 1998?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru hija kif tidher hawn taħt:
1996 - Lm1,310,570
1997 - Lm 844,232
1998 (sa Ġunju) - Lm 429,833
12.1.99
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2862, ċioe' jista' jgħid meta se jibda l-proġett ta' l-iskola tal-kindergarten ta' Lourdes, f'Raħal Ġdid?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2862.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2607, ċioe' jista' jgħid kemm tfal taħt is-16-il sena talbu lid-dipartiment permess biex jispiċċaw mill-iskola għax sabu xogħol?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li mis-16.9.98 sat-3.12.98, il-ġenituri ta' 43 tifel u 36 tifla, taħt is-sittax-il sena, talbu għal permess biex jisċiċċaw mill-iskola għax sabu xogħol.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 1737?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru. 2807.
Irrid niċċara li t-tlett tabelli li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra bħala parti minn dik it-Tweġiba tinkludi wkoll informazzjoni dwar "impressed drivers" ma' Entitajiet Parastatali w mhux biss ma' Dipartimenti w Ministeri tal-Gvern.
12.1.99
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 2059?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-vot li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant taħt it-titolu "Improvement to Property" - Item 60 huwa maħsub biex jagħmel tajjeb għall-ispejjeż ta' natura rikorrenti għal xogħlijiet in konnessjoni mat-trasferiment tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport mill-Belt għall-Furjana. Barra minn hekk hu maħsub li jintuża fuq xogħlijiet ta' l-istess natura fuq faċilitajiet dipartimentali użati miż-żgħażagħ.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 1324?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li taħt il-Comenius, kienu ħadu sehem, bħala 'silent partners', 2 skejjel sekondarji fil-'Quality in Education Project'.
Bl-għajnuna tal-'British Council', kien sar seminar ta' preparazzjoni għall-iskejjel tal-primarji kollha.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 707, jista'l-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet bejn is-Socrates Office ta' l-Universita' ta' Malta u s-Socrates Technical And Assistance Office ġewwa Brussels u ma' l-EU DGXXII?
Response (GALEA, LOUIS)
Meta d-diskussjonijiet meħtieġa jitlestew, jingħataw id-dettalji kollha.
Jista' l-Ministru jgħid jekk wara d-diversi laqgħat li saru bejn il-pulizija u sedqa ġiex imħejji xi pjan sabiex tiġi ffaċċjata l-problema ta' adoloxxenti u ż-żgħażagħ li qabdu minn kmieni t-triq tal-kriminalita'?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Laqgħat bejn l-Aġenzija Sedqa w l-Pulizija, dwar il-problema ta' adoloxxenti w ż-żagħżagħ li qabdu t-triq tal-kriminalita', għadhom qed jissoktaw, bil-ħsieb li jiġu mnedija inizzjattivi f'dan ir-rigward.
12.1.99
Jista' l-Ministru jgħid min qed jagħmel l-istudju ta' kif għandha tkun l-aħjar struttura li tista' tmexxi u tikkordina politika u attivitajiet taż-żgħażagħ? Fiex wasal dan l-istudju? Saru jew se jsiru xi konsultazzjonijiet? Jekk iva, ma' min?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bħalissa l-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ qiegħed jagħmel l-aħħar xogħol sabiex jinġabar feedback fuq il-Politika Nazzjonali għaż-Żgħażagħ bil-ħsieb li fix-xhur li ġejjin issir Konferenza Nazzjonali dwar l-istess politika.
Fl-istess ħin l-abbozz ingħata lis-Sur Anthony Azzopardi, Kordinatur ta' l-Istudji taż-Żgħażagħ fl-Universita' ta' Malta, sabiex flimkien ma' persuni gradwati fil-Youth & Communications Studies, jagħmlu rapport fuq l-istess abbozz.
Saru diskussjonijiet mas-Sur Azzopardi sabiex jiġu mistħarrġa strutturi li jikkordinaw din il-politika.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998 fl-NTOM? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li ma saru l-ebda trasferimenti fin-National Tourism Organisation - Malta fil-perjodu msemmi fil-Mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1988, fid-Dipartiment tad-Drenaġġ? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li ma saru l-ebda trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998 fid-Dipartiment tad-Drenaġġ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998, fid-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998 ma ingħataw l-ebda trasferimenti mid-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika għal Dipartimenti oħrajn.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998, fid-Dipartimenti tal-Lottu Pubbliku? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (DALLI, JOHN)
Bejn id-29 ta` Ottubru u l-31 ta` Diċembru 1998, fid-Dipartiment tal-Lottu sar trasferiment wieħed biss. Madankollu l-persuna trasferita reġgħet ġiet trasferita lura lejn id-Dipartment fis-6 ta` Jannar, 1999.
Għall-aħħar parti tal-interpelanza nixtieq ninforma lill-Onor. Membru li r-risposta hija fin-negattiv.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998 fil-MFSC? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (DALLI, JOHN)
Kif diġa infurmajt lill-Onor Interpellant fir-risposta għall-mistoqsija tiegħu numru 461, il-Malta Financial Services Centre hija entita` b`uffiċċju wieħed u għaldaqstant ma jingħatawx trasferimenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998, fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (DALLI, JOHN)
Fil-perjodu imsemmi kien hemm total ta` 6 persuni trasferiti minn jew lejn id-Dipartiment. Tlieta minnhom kienu trasferiti lejn id-Dipartiment filwaqt li t-tlieta l-oħrajn ġew trasferiti lejn Dipartimenti oħrajn.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija jista` jingħad li l-persuni msemmija kienu trasferiti fuq talba tagħhom stess dejjem skond l-esiġenzi tad-Dipartiment.
Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, jekk meta fil-futur qrib isiru xi trasferimenti, dawn isiru skond il-proċedura stabbilita u skond l-esiġenza tas-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb kif kien fi ħsieb il-Gvern preċedenti li jsir ground sintetiku fejn illum hemm il-ġnien tas-Schreiber (tal-Boċċi) fi Triq Mater Boni Consiglii, Raħal Ġdid?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-proposta li jsir ground bit-turf sintetiku kienet tressqet mill-Onor. Interpellant bħala Kunsillier għal Raħal Ġdid. Il-Kunsill kellu jieħu ħsieb jipprepara pjanti u jibgħathom lill-uffiċjali tad-Dipartiment ta' l-Isport biex tkun tista' tiġi studjata din il-proposta.
Informat ukoll li ma sar ebda commitment mill-Gvern preċedenti għat-twettiq ta' dan il-proġett minħabba li l-permessi u stima ta' spejjeż ma ġewx sottomessi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ħaddiema barranin jaħdmu Malta? F'liema setturi qegħdin nisa jew irġiel? X'eta' għandhom? X'tip ta' xogħol jagħmlu?
Response (BORG, TONIO)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellanti għat-tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru 621 u Nru 2585, ninsab infurmat li ma tinżammx statistika tat-tagħrif hekk kif mitlub fil-Mistoqsija.
Ta' min jinnota li fl-ewwel Tnejn ta' kull xahar, id-Dipartiment ta' l-Informazzjoni jippubblika lista ta' dawk il-persuni barranin li għandhom permess biex jaħdmu f'pajjiżna li fiha jiġi ndikat l-isem tal-persuna, il-professjoni jew xogħol li jagħmel, ma' min jaħdem u d-data sa meta hi valida l-liċenzja.
11.01.99
Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jibda s-servizz ta' l-isleep laboratory fl-isptarijiet governattivi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-offerti li daħlu wara l-pubblikazzjoni tat-tender għas-Sleep Laboratory għadhom qed jiġu kkunsidrati. Għalhekk id-Dipartiment għadu mhux f'pożizzjoni jgħid meta ser jibda jingħata dan is-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid meta saret l-aħħar sejħa għat-tenders għal lift vans? Għal kemm-il lift van kienet it-tender? F'liema stadju waslet din it-tender? Meta mistennija jaslu l-lift vans il-ġodda?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-aħħar sejħa għat-tenders għal lift vans saret fis-26 ta' Ġunju 1998 u għalqed fit-23 ta' Lulju 1998. It-tender kienet saret għal sitt lift vans. L-ebda offerta mit-tlieta mitfugħa ma kienet skond il-bżonnijiet tad-Dipartiment u għalhekk ġew irrifjutati kollha. Id-Dipartiment qed jagħmel il-preparamenti sabiex jixtri lift vans `second-hand' mill-Ingilterra kif kien ġa talab f'Mejju tal-1997 liema talba ma kienetx ġiet aċċettata mill-MInisteru tal-Finanzi dakinhar.
Jista' l-Ministru jivverifika f'liema stadju waslet l-applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva numru H 15359 magħmula mill-persuna, li isimha qed jintbgħat separatament? Jaħseb il-Ministru li tali applikazzjoni minn persuna sabiex tkun tista' tieħu ħsieb ta' ħuha, li huwa persuna b'diżabilita' konfinat għal wheelchair, għandha tingħata priorita'?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-applikazzjoni indikata qed tiġi kkunsidrata flimkien mal-oħrajn kollha li hemm pendenti, u fid-dawl tan-numru limitat ta' postijiet li jkollu d-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Fi kwalunkwe każ il-post li trid il-persuna indikata għadu mhux disponibbli.
11.1.99