Jista' l-Ministru jara jekk huwiex vera li madwar 2,000 regulator pop-on dan l-aħħar marru għand il-privat minflok għand il-Korporazzjoni Enemalta?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-aħħar konsenja ta' regulaturi 'pop-on' taċ-ċilindri tal-gass li impurtat il-Korporazzjoni Enemalta kienet ta' 2,000 regulatur.
1,700 minn dawn ir-regulaturi ġew imqassma lil diversi ħwienet ġo Malta u Għawdex, kif ukoll lid-distributuri taċ-ċilindri tal-gass, sabiex il-pubbliku ikun jista' jinqeda aħjar.
300 minn din il-konsenja inżammet fl-istores ta' l-istess Korporazzjoni għal dawk li jiġu biex jinqdew mid-Depot tal-Gass.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li terġa' ssir ir-rotta Nru. 5 tal-karozzi tal-linja fil-lokalita' ta' Raħal Ġdid?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li peress li minn Raħal Ġdid jgħaddu karozzi tal-linja minn diversi rotot, ma' tinħassx il-ħtieġa li terġa' tkun introdotta mill-ġdid ir-Rotta Nru. 5, li ilha li spiċċat snin ilu minħabba nuqqas ta' patrunaġġ.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb, kif kien tal-Gvern preċedenti, li l-Forzi Armati jnaddfu l-ħajt tad-dawra kollu tal-ground ta' Pace Grasso li jinsab f'Raħal Ġdid?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li waqt li kien hemm talba bil-fomm biss
biex il-Forzi Armati jnaddfu l-ħajt tad-dawra kollha tal-
ground ta' Pace Grasso f'Raħal Ġdid, it-tweġiba minn naħa
ta' l-Armata kienet li dan mhux xogħol addattat għalihom.
M'hemmx x'jindika bil-miktub li l-Gvern preċedenti kellu l-
ħsieb jordna lill-Forzi Armati jagħmlu dan ix-xogħol ta'
tindif u mhux xieraq li l-Armata tiġi mqabbda dan ix-
xogħol.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jagħti kumpens lill-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid biex fi Ġnien Pawlu Boffa jiġu rranġati l-funtani?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali Paola għamel talba lit-
Taqsima ta' l-Artijiet fi ħdan il-Ministeru ta' l-Intern
sabiex l-imsemmi ġnien jgħaddi f'idejn il-Kunsill Lokali fi
stat tajjeb inklużi ż-żewġ funtani.
Din it-talba sejra tiġi kunsidrata fil-kuntest tal-politika
ta' devoluzzjoni lokali introdotta minn dan il-Gvern u li
permezz tagħha l-Gvern irid jinkoraġixxi proġetti lokali
billi jgħaddi f'idejn il-Kunsill Lokali propjeta li sal-
lum hi amministrata minnhu u li tista tiġi amministrata
aħjar mill-Kunsill Lokali.
Jista' l-Ministru jikkonsidra li l-proċedura eżistenti dwar id-doping tests tinbidel fis-sens li l-għaqdiet sportivi jgħaddu r-riżultati lid-Dipartiment ta' l-Isport? Jaħseb il-Ministru li dan huwa importanti sabiex l-isport f'pajjiżna jibqa', safejn u sakemm hu possibbli, ħieles mit-teħid ta' sustanzi projbiti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li diġa' ttieħdu passi biex il-proċedura eżistenti dwar id-doping tests tinbidel. Fil-fatt l-Assoċjazzjonijiet li ġew mgħejjuna finanzjarjament biex setgħu jsiru doping tests f'dawn l-aħħar sentejn ġew mitluba jibgħatu rapport dwar dawn it-tests.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 2411?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-għajnuna finanzjarja li ingħata l-Kumitat Olimpiku Malti f'dawn l-aħħar erba' snin kienet hekk:
1995 Għajnuna għall-promozzjoni ta' elite sports Lm25,000
Għajnuna konnessa ma' Small Nations Games Lm20,000
1996 Għajnuna għall-promozzjoni ta' elite sports Lm40,000
Għajnuna għall-Kumitat Olimpiku Malti Lm10,000
1997 Għajnuna għall-Kumitat Olimpiku Malti Lm85,000
Għajnuna konnessa ma' Small Nations Games Lm50,000
1998 Għajnuna bħala bonus għall-atleti Lm10,500
Għajnuna għat-Top Athletes Programme Lm51,500
Għajnuna konnessa ma' Commonwealth Games Lm34,500
Hu maħsub li din is-sena l-għajnuna lill-Kumitat Olimpiku Malti tammonta għal Lm110,000.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1838, jista' l-Ministru jgħid jekk irċeviex xi kummenti u pariri mill-organizzazzjonijiet li semma fir-risposta? Jekk le, meta għandu jirċevihom u jekk iva, meta hemm il-ħsieb li d-dokument jibda jiġi attwat?
Jekk id-dokument huwa wieħed finali, jista' l-Ministru jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GALEA, LOUIS)
Irċevejt kummenti u pariri mill-Ministeru tal-Politika Soċjali illi qed jiġu kkonsidrati. Sadattant saru laqgħat fi ħdan il-Ministeru u beda jitħejja abbozz ta' pjan ta' azzjoni li fih għad iridu jiġu nvoluti dawk kollha konċernati, inkluż l-MUT, qabel ma l-proċeduri proposti jidħlu fis-seħħ. Għaldaqstant id-dokument għadu mhux finali.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jinħatar il-Kunsill Malti għall-Isport?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kunsill Malti għall-Isport se jinħatar li ġejjieni qrib. Fil-fatt id-diversi Assoċjazzjonijiet li għandhom dritt ikollhom rappreżentant ġew mitluba jinfurmawna bl-isem tal-persuna ikkonċernata. Kif nirċievu l-ismijiet kollha jinħatar il-Bord.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1988 fil-VAT Office? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant, li mid-29 t`Ottubru sal-31 ta` Diċembru 1998 saru żewġ (2) trasferimenti li jikkonċernaw id-Dipartiment tal-VAT.
It-trasferimenti saru fuq talba ta` l-uffiċċjali kkonċernati. Għalkemm in-numru ta` trasferimenti jinżamm limitat kemm jista` jkun, dejjem jistgħu jinqalgħu ċirkustanzi fil-futur li jkunu jirrikjedu li jsir xi trasferiment.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998, fil-Pixxina Nazzjonali? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998 fl-Uffiċċju tal-Budget? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (DALLI, JOHN)
Ma ngħataw ebda trasferimenti mill-Ministeru tal-Finanzi fil-perjodu msemmi. Kif jaf l-Onor Interpellant it-trasferimenti ta` impjegati fis-servizz pubbliku huma suġġetti għall-esiġenzi tas-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998, fid-Dipartiment tal-Mużewijiet? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998 fil-PBS? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998, fl-ETC? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Bejn id-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998, fil-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ma ngħata l-ebda trasferiment. Il-"policy" hi li trasferimenti jingħataw biss jekk u meta jkun meħtieġ għall-effiċjenza tal-Korporazzjoni.
13.1.99
Billi jirriżulta li skond l-istatistika il-kontribut tal-biedja u s-sajd fil-GDP fl-1998 kien ta' 2.9% filwaqt li fil-1995/96 kien ta' 2.7%, jista' l-Ministru jgħid minn fejn qed jikkwota ċ-ċifri li ħabbar fid-diskors tiegħu dwar l-Estimi għall-1999?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-kontribut tal-biedja u s-sajd għall-Prodott Gross Domestiku bejn Jannar u Settembru 1998 kien ta' 2.8 %, waqt li bejn Jannar u Dicembru 1995 u 1996 kien ta' 2.9 %.
Dawn il-figuri wieħed jista' jasal għalihom mit-tabella 2.5 f'paġna 32 ta' l-Economic Survey Jannar-Settembru 1998 u News Release numru 56 ta' l-1998 maħruġa mill-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika.
Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar preċiż dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, ċioe fid-diskors tiegħi dwar l-Estimi għall-1999.
B'riferenza għall-eżenzjoni ta' 80% fuq il-laħam tal-majjal frisk li approvat l-Unjoni Ewropea lill-pajjiżi li kellhom applikazzjoni għall-sħubija sħiħa qabel l-1995, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex il-Metco ma ssottomettietx applikazzjoni dak iż-żmien?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mhux il-kompitu tal-METCO li tissottometti talbiet għall-eżenzjonijiet jew tinnegozja għall-aċċess preferenzjali ma' l-Unjoni Ewropea.
Ta' min jgħid ukoll li din l-eżenzjoni fuq il-laħam tal-majjal, li hija marbuta ma' kwota, ġiet mogħtija lill-pajjiżi li kienu jiffurmaw parti minn dik li kienet magħrufa bħal l-Ewropa tal-Lvant, bħala parti mill-Europe Agreements.
B'riferenza għal-laħam tal-Beef Internvention Scheme u tnaqqis tal-levy fuq burgers taċ-ċanga friska mportata, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kif l-industrija lokali mhux se tiġi affettwata?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li jeżisti ftehim bejn il-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd u r-raħħala dwar prezz minimu fuq il-qatla tal-baqar. Għaldaqstant r-raħħala għadhom protetti. Għadu kmieni wisq biex wieħed jkun jista' jevalwa xi impatt li jista jkun hemm fuq il-produtturi tal-beef burgers.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li japprova l-overtime, dipartiment, dipartiment fid-dipartimenti kollha li jaqgħtu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-`overtime' jiġi approvat mid-Diretturi fid-diversi Direttorati li għalihom huma responsabbli. Fid-Dipartiment tas-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern, l-`overtime' jiġi approvat mid-Direttur għas-Servizzi Korporattivi. Fil-każ tan-`nurses', `health assistants' u `hospital auxiliaries', l-`overtime' jiġi approvat mid-`Departmental Nursing Manager', pero' f'każ ta' xi emerġenza jiġi approvat min-`Nursing Officer in Charge' mis-sala u wara jiġi kkonfermat mid-`Departmental Nursing Manager'.