Legislature:
Category:
Reset
Active:

Koperattivi — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema u tekniċi li jaħdmu f'azjendi privati u koperattivi konnessi ma' l-oqsma tal-Biedja u Sajd bħal KPM, MDP eċċ matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. 13.1.99
Leg 9 PQ #630 Sitting 49 1999-01-13 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Servizz "Buying of Service"

Question

Jista' l-Ministru jgħid bejn l-1992 u l-1996 kemm ġew impjegati persuni taħt skema "Buying of service" fis-settur tas-saħħa? X'servizz kienu qed joffru? Minn liema belt jew raħal ġew dawk li kienu impjegati taħt din l-iskema? Min kien jiffirmalhom l-invoice li kienet tintbagħat kull xahar? X'kienu l-prezzijiet mitluba f'kull każ? Min approva d-dħul ta' dawn il-persuni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mir-records li għandu d-Dipartiment toħroġ din l-informazzjoni: 1. Bejn l-1992 u l-1996 ġew impjegati għal perjodi diversi total ta' 31 persuni taħt l-iskema buying of service. 2. Il-persuni kienu joffru fil-maġġoranza xogħol klerikali. Kien hemm min kien joffri consultancy services, public relations u xogħol ta' superviżjoni. 3. Il-persuni kienu minn dawn il-bliet jew irħula: 9 mill-Mosta 5 minn B'Kara 1 min Ħad-Dingli 3 mill-Għargħur 1 mill-Imsida 6 minn Naxxar 1 minn Raħal Ġdid 1 mir-Rabat 1 mis-Siġġiewi 1 minn Ħal Tarxien 1 mill-Belt 1 minn Ħaż Żebbuġ 4. L-invoice kienet tiġi ffirmata mill-uffiċċjal inkarigat mis-sezzjoni rispettiva li taħtu kienu jagħtu s-servizz. 5. Il-prezzijiet mitluba kienu jvarjaw hekk Lm343.85, Lm422.00, Lm376.33, Lm605.76, Lm690, Lm460, Lm345 fix-xahar. Kien hemm min kien jitħallas Lm1.88, Lm1.85 jew Lm2.82 fis-siegħa. 6. Id-dħul ta' dawn il-persuni kien jiġi approvat jew mis-Segretarju Parlamentari, miċ-Chief Government Medical Officer, mid-diretturi rispettivi jew mill-MPO. Taħt l-F.M.S. hemm hemm dawn li ġejjin: 1) Persuni impjegati taħt skema buying of Ħdax il-persuna (11) service fis-settur tas-Saħħa bejn l-1992 1996. 2) Servizzi offruti Secretarial, Nursing Task Force Co-Ordinator, Financial Consultancy, Hotel Management Consultancy, SLH RefurbishmentConsultancy, Public Relations, Professional Support and Advisory Services, Recruitment Consultancy, Executive Secretary 3) Belt jew raħal ta' dawk Siġġiewi, Msida, Attard, San Ġiljan, taħt din l-iskema Żejtun, Żebbuġ, Santa Luċija 4) Min kien jiffirmalhom Membru tal-Bord/Kap Eżekuttiv hekk kif l-invoice li kienet approvati mill-F.M.S. Board tintbagħat kull xahar 5) Prezzijiet mitluba f'kull Secretarial Services: Lm85-125 monthly każ Nursing Task Force Co-Ordinator: Lm380- 456 monthly Financial Services: Lm666 monthly Hotel Management: Lm750-810 monthly SLH Refurbishment: Lm25 monthly Public Relations: Lm140 monthly Professional Support and Advisory Services: Lm737-993 monthly Recruitment Consultant: Lm833 monthly 6) Min kien approva d-dħul ta' L-F.M.S. Board dawn il-persuni

Pensjoni — Pensjoni tas-Servizzi

Question

Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' persuni li gawdew mill-iskema tal-Pensjoni tas-Servizzi kif mogħtija mill-Gvern Laburista? Jista' jgħid x'kienet in-nefqa u kemm għad hemm persuni li għadhom ma gawdewx minn din l-iskema? Jista' jgħid ukoll meta se jitħallsu dawn il-każi li għad hemm pendenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lil Onor. Interpellant li minn total ta' madwar 18,000 pensjonant li jirċievu pensjoni tas-Servizz u li qed jirċievu pensjoni tas-Sigurta' Soċjali, 6,799 ibbenefikaw minn żieda fil-pensjoni tagħhom b'riżultat tal-miżuri li ġew fis-seħħ b'effett mill-4 ta' Ottubru, 1997. In-nefqa minħabba din il-miżura matul l-1997 kienet ta' Lm390,000. Iż-żieda fl-ispiża rikkorrenti matul l-1998 b'effett ta' dawn iż-żidiet hija ta' Lm1.56 miljun. Jiena nfurmat li t-taqsima tal-pensjonijiet spiċċat l-eżerċizzju kollu u l-ftit każi li għandhom pendenti huma dawk fejn l-informazzjoni meħtieġa dwar ir-rata oriġinali tal-pensjoni tas-Servizz ma ġietx ipprovduta mill-pensjonant. Għaldaqstant il-kalkolu tal-pensjoni ma tistax ssir. Kif din l-informazzjoni tiġi provduta, l-pensjoni tiġi riveduta u kull arretrati dovuti jitħallsu. In-numru ta' dawk il-pensjonanti li ma gawdewx minn żieda fil-pensjoni minħabba dawn il-miżuri huwa ta' madwar 11,201. 13.1.99

Persuni b'diżabilita' — Servizzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw persuni b'diżabilita' taħt is-60 sena għal dawn is-servizzi u kemm minnhom ingħatalhom sena b'sena mindu l-persuni b'diżabilita' saru ntitolati għalihom: (i) Home help; (ii) telecare; (iii) servizz dwar inkontinenza; (iv) servizz ta' handyman; u (v) meals on wheels?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jiddispjaċini ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li ġew ikkuntattjati s-sections kollha msemmija fil-mistoqsija tiegħu, instab li ma tinżammx statistika ta' applikazzjonijiet fejn toħroġ jekk l-applikant kienx "disabled" jew le. Sabiex tinġabar din l-informazzjoni llum, rridu mmorru lura xi seba jew tmin snin, u jeħtieġ li wieħed irid ifittex eluf ta' applikazzjonijiet sabiex jara x'kienet il-pożizjoni ta' l-applikant dak inhar li applika. Ma nħossx li din il-biċċa xogħol kbira għandha ssir illum. 13.1.99
Leg 9 PQ #1945 Sitting 49 1999-01-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Rabat (Malta) — Ċiniterju

Question

B'riferenza għall-intervent tiegħi dwar iċ-Ċimiterju fir-Rabat, Malta u l-fatt li l-komunita' Rabtija tinsab imdejqa u urtata ħafna li ilha snin twal tistenna dan il-bżonn fir-Rabat, jista' l-Ministru jagħmel time-frame sabiex il-proċess ta' l-istħarriġ għal dan iċ-ċimiterju ma jkomplix jieħu aktar fit-tul? Jista' l-Ministru jieħu konsiderazzjoni li ma jintużax raba' tajjeb li diġa' jintuża mill-bdiewa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma l-Onor. Interpellant li qiegħed isir kull mezz possibbli biex l-istħarriġ dwar il-possibilta' li jinbena ċimiterju ġdid, limiti tar-Rabat jitħaffef u jiġi deċiż fl-iqsar żmien possibbli. Ma tistax tingħata data definittiva sabiex jitwettaq dan il-proġett. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, biex ma jintużax raba' tajjeb, tiġi mistħarrġa fil-kuntest tal-ħtieġa li jsir ċimiterju ġdid.

Ministeru tas-Servizzi Soċjali — Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura (ta' l-Art u tal-Baħar) għandu reġistrat f'isem il-ministeru u f'isem id-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu, dipartiment b'dipartiment? Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura ġiet mixtrija għal ministeru jew għal xi wieħed mid-dipartimenti mis-6 ta' Settembru, 1998 sat-28 ta' Ottubru, 1998?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. 13.1.99
Leg 9 PQ #2159 Sitting 49 1999-01-13 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Kuntratti

Question

Jista' l-Prim Ministru, għall-perijodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-1 ta' Diċembru, 1998, jagħti lista tal-kuntratti li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt: (a) jindika x'kien il-kuntratt; (b) min għamel l-ispecifications; (ċ) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (d) lil min intalbu l-quotations; (e) kemm kienet kull quote; (f) min rebaħ il-kuntratt; (g) ingħataw extensions fuq il-kuntratt oriġinali; u (h) kemm kien il-valur totali tagħhom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba għall-perjodu mill-11 ta' Novembru 1998 sal-1 ta' Diċembru 1998. Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1260 għall-perjodu 5 ta' Settembru 1998 sal-10 ta' Novembru 1998.
Leg 9 PQ #2160 Sitting 49 1999-01-13 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Kuntratti

Question

Jista' l-Ministru, għall-perijodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sa l-1 ta' Diċembru, 1998, jagħti lista ta' kuntratti li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt: (a) jindika x'kien il-kuntratt; (b) min għamel l-ispecifications; (ċ) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (d) lil min intalbu l-quotations; (e) kemm kienet kull quote; (f) min rebaħ il-kuntratt; (g) ingħataw extensions fuq il-kuntratt oriġinali; u (h) kemm kien il-valur totali tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għall-perjodu 5 ta' Settembru 1998 sa l-10 ta' Novembru 1998 ngħatat permezz tar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1268. Għall-perjodu mill-10 ta' Novembru 1998 sal-1 ta' Diċembru 1998 ma ngħata l-ebda kuntratt b'direct order.
Leg 9 PQ #2398 Sitting 49 1999-01-13 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa? Kemm ilhom jaħdmu mal-gvern? Kemm minnhom ġew ingaġġati matul dawn l-aħħar sentejn? X'tip ta' kuntratti għandhom u x'salary scale għandhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-uniku tip ta' konsulenti li jaħdmu fid-Diviżjoni tas-Saħħa b'kuntratt huma tobba barranin. Minn dawn hemm tlieta. L-informazzjoni mitluba dwarhom hija kif ġej: Data ta' Tip ta' Kuntratt Salarju l-Ingaġġ __________________________________________________ __________ 1. 30/08/84 Ta' sena, imbagħad LM7,391 fis-sena jiġġedded bla taxxa 2. 01/04/95 Ta' Sena Snin LM35,000 fis-sena bla taxxa. Is-salarju jiġi rivedut fis-sena 2001. 3. 01/03/97 Ta' tlett snin LM42,000 fis-sena, taxxabbli

Non-government Organisations — Tqassim ta' flus

Question

Jista' l-Ministru jinforma jekk ġiex ifformat minnu l-kumitat li jieħu ħsieb il-Vot 4070 dwar it-tqassim tal-flus lil Non-government Organisations? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħidilna min huma l-persuni u x'inhi l-kariga tagħhom f'dan il-kumitat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Bi ħsiebni naħtar mill-ġdid il-kumitat imsemmi mill-Onor. Membru mill-aktar fis fis-sena l-ġdida. 13.1.99

ETC — Żjarat mill-ispettorat

Question

Jista' l-Ministru jelenka kemm saru żjarat mill-ispettorat ta' l-ETC, sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin? Kemm minn dawn ġew solvuti u kemm minnhom għadhom sub judice? X'inhi l-preskrizzjoni ta' dawk il-każi li għadhom sub judice? Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li xi każi li għadhom sub judice jiġu xolti qabel ma tgħaddi l-preskrizzjoni minn fuqhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar ħames snin, in-numru ta' żjarat li saru mill-ispettorat tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ hu kif ġej: SENA TOTAL 1994 3,541 1995 4,272 1996 5,308 1997 5,252 1998 (sa Novembru) 6,336 ------ 24,709 Il-figura preċiża ta' kemm ġew solvuti każi ma tistax tingħata għaliex għad hemm 685 każ li għadhom ma tressqux il-qorti u 29 każ li ġew diferiti mill-Qorti waqt li hemm numru ta' każi li l-akkuża għad trid tiġi preparata. Il-preskrizzjoni hi ta' 6 snin. Peress li hemm ammont kbir ta' każi li għadhom pendenti u dawn imorru lura għal numru ta' snin, il-Korporazzjoni qed taħseb li l-każi kollha li seħħew qabel l-1 ta' Ġunju 1997 jiġu rtirati u b'hekk każi relattivament riċenti jistgħu jiġu trattati malajr u b'aktar effiċjenza. 13.1.99

Stituti reliġjużi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' tfal li qegħdin jgħixu ġewwa xi istitut reliġuż illum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Minn tagħrif miġbur mid-Dipartiment Għall-Ħarsien tal-Familja jirriżulta li preżentament hemm 282 tifel u tifla ta' eta' bejn 0 snin u 18-il sena jgħixu fi sbatax (17)-il dar residenzjali mmexxija minn reliġjużi. 13.1.99

Sigurta' Soċjali — Vot għal Family Therapy Support Services

Question

Ma jidhirlux il-Ministru li l-vot ta' Lm1,000 għal Family Therapy Support Services huwa ftit wisq għal dan is-servizz tant importanti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nippreżumi li l-Onor. Membru qed tirreferi għall-allokazzjoni li tidher fl-estimi ta' l-1999 bħala Item Nru. 4340 taħt il-Vot 16 (Rikorrenti) għad-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Familja. Dan l-ammont huwa identiku għal dak li ġie vvutat is-sena l-oħra għal dan is-Servizz taħt il-vot ta' dan id-Dipartiment. B'danakollu, irrid inżid li dan it-tip ta' Servizz (Family Therapy Service) jiġi pprovdut wkoll mill-Programm Ħidma Soċjali (SWDP) li, kif taf l-Onor. Membru, għal din is-sena żidnielu l-Vot b'mod sostanzjali. 13.1.99
Leg 9 PQ #2677 Sitting 49 1999-01-13 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Livell ta' ċomb

Question

Jista' l-Ministru jagħti figuri tal-livelli ta' ċomb: (i) fl-atmosfera; (ii) fil-ħobż Malti; u (ii) fil-ħamrija għas-snin li dawn huma available?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aħħar studju fuq livelli ta' ċomb fl-atmosfera u fil-ħamrija sar fis-snin 1983 u 1984 u fil-ħobż Malti fl-1993. Dan l-istudju fuq il-livelli ta' ċomb fl-atmosfera u ħamrija kien parti minn studju nternazzjonali mniedi mill-UNEP u l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa. Informazzjoni li ħarġet mill-istudju tindika li f'kampjuni li ttieħdu il-`mean' tal-konċentrazzjoni ta' ċomb f'mikrogrammi kull metru kubu kien hekk: i. fl-arja Area minn fejn ittieħdu l-kampjuni mean ugPb/Metru kubu ____________________________________________ ___________________ Residential/Industrial 0.17 Background 0.08 Heavy Traffic 1.17 ____________________________________________ ____________________ ii. fil-ħamrija Area minn fejn ittieħdu l-kampjuni mean ugPb/Metru kubu ____________________________________________ ______________________ Ħamrija metru 'l bogħod mix-xifer tat-triq 138 Ħamrija minn 5 sa 40 metru ' bogħod mix-xifer tat-triq 54 ______________________________________________ _____________________ iii. Minn studju ieħor li sar bejn id-Dipartiment tas-Saħħa u d-Dipartiment tat-Tossikoloġija tal-Fakulta' tal-Mediċina u Kirurġija ta' l-Universita' ta' Malta fuq livelli ta' ċomb fil-ħobż Malti li sar fl-1993, irriżulta li l-`mean' ta' konċentrazzjoni ta' ċomb fil-ħobż kien hekk: Ħobż Malti li nħema mean ug Pb/kg ___________________________________________ ________________________ Fi fran imħaddma bl-elettriku 281 Fi fran imħaddma b'mezzi oħra 4063 ________________________________________________ ___________________

Anzjani — Day centres

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-attendenza fuq bażi ta' daily average f'dawn l-aħħar tmien xhur f'kull day centre ta' l-anzjani taħt it-tmexxija tal-Gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tindika l-attendenza fuq bażi ta' "daily average" ta' kull Day Centre ta' l-anzjani bejn Marzu u Novembru 1998 kif mitlub fil-mistoqsija. 13.1.99

Anzjani — Day centre f'Tas-Sliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn min hu magħmul il-kumitat tat-tmexxija ta' l-anzjani fid-day centre ta' Tas-Sliema li kien twaqqaf b'inizjattiva tal-Gvern preċedenti? X'suġġerimenti qiegħed jagħmel għat-titjib fit-tmexxija tal-post?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Kumitat tat-tmexxija tad-Day Centre ta' tas-Sliema jikkonsisti minn dawn il-persuni: Chairperson Ms Sylvia Muscat Vice Chairperson Mr Edward Cuschieri Secretary Mr Albert Giglio Vice Secretary Ms Ċettina Mallia Treasurer Mr Vince Portelli Vice Treasurer Mr Charles Aquilina Public Relations Officer Mr Alfred Gera Membri: Ms S Catania; Ms C Agius; Ms J Sloan; Ms V Vella; Mr J Doggett; Mr F Saliba; Mr A Spiteri. Il-Kumitat kien issuġġerixxa li l-post jinfetaħ mit-8.30 a.m. sas-7.00 p.m. kuljum, kif fil fatt beda jsir mill-1 ta' Diċembru, 1998. Il-Kumitat jixtieq iżid l-attivitajiet f'dan id-Day Centre, pero' jrid jagħmel dan skond il-finanzi li jkollu minn żmien għall-żmien. 13.1.99
Leg 9 PQ #2746 Sitting 49 1999-01-13 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Infermiera li ngħataw transfer

Question

Mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum, jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-infermiera li ngħataw transfer? Kemm minnhom kienu staff nurses u kemm kienu enrolled nurses? Jista' l-Ministru jagħti wkoll id-dati ta' meta kienu ħarġu dawn it-tranfsers u kemm kienu l-infermiera trasferiti kull darba? Jista' l-Ministru jgħid minn fejn u għal-liema post ġew trasferiti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' infermiera li ngħataw transfer mill-5 ta' Settembru 1998 sa llum huwa 31. Minnhom kien hemm 17 enrolled Nurses u 8 Staff Nurses. Data ta' transfer Nru. Minn Għall ___________________________________________ _____________________ 13.10.98 1 SLH Director Nursing Services Office 19.10.98 SLH SLH (MOT) (Gynae Ward) 1 SLH SLH (MOT) (Gynae Ward) 1 MCH SLH (O/P Dept) 23.10.98 1 SLH (ITU) SLH (Renal Unit) 1 SLH SLH (ITU) (Renal Unit) 1 SLH MCH (Day duty roster) 30.10.98 1 SLH (Customer SLH (MOP) Care) 1 CGMO's Office Dental O/P CLinic 03.11.98 1 Tal-Ferħa MCH 1 Minister for Health Division Social Policy (Centru Ħidma Soċjali) 05.11.98 1 Health SLH (M3) Promotion Unit 1 SLH Karen Grech Theatre (E & A Dept) (Anaesthetic Day Duty) 10.11.98 1 HIU SLH (SCBU) 12.11.98 1 SLH (Medical SLH (MSI) Records) 17.11.98 1 SVPR MCH 25.11.98 1 SLH (Urology) SLH (MOT) 26.11.98 1 SLH MCH 02.12.98 1 SLH (Gynae) SLH (M2) 07.12.98 1 HIU SLH (Post-Natal) 1 MCH Dental Clinic Floriana 1 SLH Boffa Hospital (Ward 4) (Ophthalmic Ward) 1 SLH (Dayward) SLH (Ward M3) 09.12.98 1 MCH (MW 10) MCH (Administration) 1 MCH (MW 10) MCH (Juvenile) 1 MCH (MW 5) MCH (MW 6) 2 MCH (MW 10) MCH (MW 3A) 10.12.98 1 SLH (MOP) Boffa Hospital 16.12.98 1 SLH (Dental OHU O/P) 1 MCH SLH (Orthopaedic Theatre) ______ 31 ______ Minn dawn it-13 il-transfer indikati hawn fuq, 14 minnhom saru fuq talba mill-individwi stess.
Leg 9 PQ #2839 Sitting 49 1999-01-13 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru tas-Saħħa

Ministru tas-Saħħa — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba siefer il-Ministru tas-Saħħa fil-perijodu bejn Novembru 1996 u Awissu 1998? Min kienu l-persuni li akkumpanjawh kull darba? Kemm swiet kull safra u kemm kien il-perijodu li l-Ministru dam barra minn Malta kull darba?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-Ministru tas-Saħħa siefer seba' darbiet fil-perjodu bejn l-1 ta' Novembru 1996 u l-31 ta' Awissu 1998 kif jidher hawn taħt: Geneva: Pre-Health Conference of Commonwealth Health Ministers 03/05/97 - 15/05/97 Hon Dr. Michael Farrugia Mr. Mario Azzopardi Mr. Godfrey Xuereb Dr. Malcolm Micallef Total minfuq: Lm3894 Geneva: Meeting with WHO Officials 17/08/97 - 20/08/97 Hon. Dr. Michael Farrugia Mr. Mario Azzopardi Dr. Malcolm Micallef Total minfuq: Lm2454 Copenhagen: Meeting with WHO Officials 03/09/97 - 05/09/97 Hon. Dr. Michael Farrugia Mr. Mario Azzopardi Ms Amy Genovese Mr. Godfrey Xuereb Total minfuq: Lm5423 Turkey: 47th Session WHO Regional Committee for Europe 14/09/97 - 18/09/97 Hon. Dr. Michael Farrugia Mr. Mario Azzopardi Mr. Godfey Xuereb Total minfuq: Lm5128 Geneva: Ministerial Delegation to attend 50th Assembly of WHO 08/05/98 - 12/05/98 Hon. Dr. Michael Farrugia Mr. Mario Azzopardi Total minfuq: Lm2809 Geneva: Ministerial Delegation to attend WHO Convention 14/05/98 - 16/05/98 Hon. Dr. Michael Farrugia Mr. Mario Azzopardi Total minfuq: Lm2748 Palermo: International Congress - Lo Statuto dell'Immagine 28/06/98 - 29/06/98 Hon. Dr. Michael Farrugia Mr. Mario Azzopardi Total minfuq: Lm407
Leg 9 PQ #2843 Sitting 49 1999-01-13 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Ċentri tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex iċ-Ċentru Ċiviku ta' Birkirkara se jiftaħ biss bħala Ċentru tas-Saħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Din il-mistoqsija għandha ssir lill-Ministru kkonċernat minn dawn is-servizzi.
Leg 9 PQ #2847 Sitting 49 1999-01-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Beef burgers — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex il-levy li tħallset skond il-mistoqsija parlamentari numru 993, Seduta Nru. 26, ma tħallsitx skond l-Avviż Legali Nru. 68/98 ta' l-Att tal-Protezzjoni ta' l-Industrija Lokali CAP 336 u fid-dawl ta' l-ewwel qari ta' dan l-avviż kien tressaq fil-Parlament fil-25 ta' Mejju, 1998?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 993 kienet tirreferi għall-levy imħallsa bejn il-25 ta' Mejju 1998 u t-30 ta' Novembru 1998, jiġifieri mid-data effettiva ta' l-Avviż Legali numru 68/98 sad-data tat-tweġiba. F'dan il-perjodu l-levy inġabret skond l-imsemmi Avviż Legali, jiġifieri 80 ċenteżmu kull kilo impurtat. Pero` parti minn din il-levy, jiġifieri 70 ċenteżmu kull kilo, inġabret bħala 'depożitu'. Dan id-depożitu issa ser jiġi mgħoddi lura lill-importaturi konċernati peress li l-Abbozz ta' Liġi imsemmi mill-Onorevoli Interpellant spiċċa max-xoljiment tal-leġislatura preċedenti.