Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #3423 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru tal-Finanzi

Borza ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jelabora dwar il-pjan li kien hemm sabiex il-Borsa ta' Malta titrasloka għal post ġdid f'Garrison Church fi Pjazza Castille? Jekk għad hemm dan il-ħsieb, meta huwa maħsub li se jitwettaq?

Response (DALLI, JOHN)

Il-ħsieb li l-Borża ta` Malta tiġi allokata post ġdid fil-Garrison Church f`Pjazza Kastillja jmur lura minn mindu beda n-negozju fuq il-Borza fl-1992. Pero`, kif jaf l-Onorevoli Membru, il-post ma setgħax jiġi rijabilitat qabel ma jiġi vakat mill-impjegati kollha tal-Posta. Fil-fatt, jien infurmat, li l-Posta għad fadlilha sezzjoni zgħira ta` mpjegati li tieħu ħsieb il-PO Boxes tal-Belt. Madanakollu, il-Kunsill tal-Borża ħa ħsieb jagħmel u jipprepara dak kollu li hu meħtieġ biex ikun f`pożizzjoni li meta joħorġu l-permessi neċessarji, u l-post ikun vakat għall-kollox, ix-xogħol jibda bla dewmien. Kif wieħed jista jantiċipa, il-preparazzjonijiet riedu jassiguraw li jiġu salvagwardjat il-valur storiku tal-post u tad-dintorni u għalhekk kien hemm il-ħtieġa li jintlaħaq ftehim, kemm ma` l-HAC u l-VRP, minbarra minn mal-PA. Jien infurmat li jidher li soluzzjonijiet li jissodisfaw l-partijiet kollha konċernati issa nstabu l-permessi neċessarji mistennijja li jinħarġu. Naħseb li l-Onorevoli Membru jifhem allura li l-ħsieb li jitwettaq il-proġett għadu hemm.

Maltacom — Customer Service Officer

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultat finali, bl-isem ta' kull kandidat, għall-eżami b'riferenza għall-internal call for customer service officer fil-Maltacom li ħarġet fil-11 ta' Settembru, 1998) Jista'l-Ministru jagħti l-breakdown ta' marki lil kull kandidat f'kull suġġett?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

B'Kara — Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb mill-gvern li l-private roads bl-isem ta' Santa Rita u F. Geveste f'Birkirkara jingħataw il-kisi ta' tarmac meħtieġ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol fi Triq Santa Rita għadu ma jistax isir għax il-`mains` ta` l-ilma għadhom temporanji fil-waqt li Triq Geveste għad jonqos żvilupp xi jsir qabel tkun tista` tiġi asfaltata.
Leg 9 PQ #3437 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni mressqa l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jara li meta l-pulizija tressaq u takkumpanja persuni fil-qorti b'xi akkuża ma ddaħħalhomx mill-bieb prinċipali tal-Qorti qisha xi media event u tagħmel show bihom? Jistgħu jiddaħħlu mill-entratura ta'wara l-qorti kif kien jiġri qabel, partikolarment għal raġunijiet ta' sigurta'?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li nħareġ digriet mill-Qorti dwar is-suġġett tal-Mistoqsija li qed jintalbu aktar kjarifiki dwaru. 14.01.99
Leg 9 PQ #3438 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Ambjent

Tarxien — Dar tal-Kejka

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 1815 dwar id-Dar tal-Kejka f'Ħal Tarxien, jista' l-Ministru jagħti breakdown taċ-ċifra ta' Lm54,224 biex ġiet restawrata? Jista' l-Ministru jwieġeb ukoll l-aħħar żewġ mistoqsijiet tal-misotqsija parlamentari numru 1815 ċioe' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm watchman u x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern għal din id-dar storika issa li tlestiet ir-restawrazzjoni? Din se tiġi mgħoddija lill-kunsilli lokali? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Skond l-informazzjoni li għandi l-ispiża ta' Lm54,224 biex ġiet restawrata d-dar tal-Kejka, hija maqsuma kif spjegat hawn taħt: Lm50,110 Labour Lm 3,224 Materjal Lm 500 Drenaġġ Lm 390 Professional Fees (Konsulent Privat) ------------ Lm54,224 ------------ Rigward l-aħħar parti, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Kunsilli Lokali.
Leg 9 PQ #3439 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Attard — Ground tal-football ta' l-iskola

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitranġa l-ground tal-football ta' l-iskola ta' H'Attard peress li fl-istat li hu ma jistax isir użu minnu la mill-istudenti ta' l-iskola u lanqas mill-club tal-football tar-raħal?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hu previst li l-itranġar tal-ground tal-football jinbeda la darba jkun lest ix-xogħol fuq il-bini tas-sala l-ġdida ta' l-iskola għaliex ma jkunx għaqli li jinbeda xogħol fuq il-ground qabel ikunu ħarġu l-inġenji kollha minnu. Sadanittant il-kuntrattur qed jiġi mitlub ineħħi t-terrapien li skava mill-post fejn ser issir is-sala biex parti mill-ispazju ta' dan il-ground ikun jista' jsir użu minnha mill-aktar fis possibbli.

Qawra

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol ta' triq ġdida quddiem il-boathouses fil-Qawra peress li fl-istat li tħalliet ma jistax isir użu mill-istess boathouses?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li din it-triq kienet qiegħda ssir bħala parti mill-proġett ta` l-Embellishment ta` Buġibba, iżda l-Planning Authority ħarġet `Enforcement Notice` fuq dan ix-xogħol għaliex ma kienitx qed tinbena skond il-pjanti.

Water Services Corporation — ISO9000

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet lill-Water Services Corporation biex akkwistat ISO9000?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Luqa — Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħataw servizz permanenti ta' l-ilma u dawl il-household fi Triq id-Dokkiena, Ħal-Luqa, peress li issa l-main prinċipali ġie mgħoddi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #3443 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru għall-Ambjent

Naxxar — Triq Konti Manduca - Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm milli jinbeda x-xogħol ta' drenaġġ fi Triq il-Konti Manduca, Naxxar, meta t-triq kollha hija mibnija u abitata?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi hemm kawża bejn xi residenti f'din it-triq li tirrigwarda propjeta' privata li rridu ngħaddu minnha biex inqabbdu l-main. Peress li din il-kawża qiegħda SUB-JUDICE, id-Dipartiment qed jistenna li tinqata' qabel ma x-xogħol jitkompla, għax fil-fatt kien inbeda u kellu jieqaf ħesrem minħabba din il-kwestjoni.

Enemalta — Linesmen

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' linesmen li mpjegat il-Korporazzjoni Enemalta matul is-sena 1998? Kemm hemm postijiet aktar vakanti ta' linesmen ma' l-Enemalta? Meta hemm il-ħsieb li jimtlew dawn il-vakanzi ta' linesmen?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #3446 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tal-Finanzi

Importazzjoni ta' ġelat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-ġelat importat għandu levy ta' 70% u impożizzjoni oħra ta' 3ċ-il unit u magħhom qiegħda tiġi nkluża VAT ta' 15%? Jikkonsidra l-Ministru li ammont daqstant għoli ta' taxxa fuq ġelat importat qiegħed jgħolli l-prezz b'mod esaġerat?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant, li l-levy ta` sebgħin fil-mija (70%) u ta` tlett ċenteżmi (3ċ) kull unit fuq il-ġelat importat ilha teżisti għal numru ta` snin, inkluż matul iż-żmien li kienet fis-seħħ il-liġi tat-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa (CET). Il-ħsieb tal-Gvern hu li, fil-waqt li jżomm kemm jista` jkun rata waħda ta` taxxa tal-VAT, jara jekk għandux isir aġġustament fil-levy biex il-prezzijiet jibqgħu stabbli kemm jista` jkun. Fil-każ tal-ġelat wieħed ifakkar li l-ġelat f`family packs ta` volum mhux inqas minn 500 millitru mhux taxxabbli.

Siġġiewi — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jikkunsidra serjament l-istat terribbli ta' triq ġdida ma' Triq Nikola Sauri u Triq Bari fis-Siġġiewi; kif jistgħu jixhdu r-ritratti li qed nibgħat under separate cover? Jikkunsidra l-Ministru li din it-triq tingħata prijorita' meta wieħed jikkonsidra li l-ilma tax-xita qiegħed jidħol saħansitra fid-djar tar-residenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jagħmel l-ispezzjoni meħtieġa f`din it-triq sabiex jiġi determinat x`livell ta` prijorita` tista` tingħata.

Ħaż-Żebbuġ — Dawl fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħtini data meta dawn il-lampi fit-toroq ta' Ħaż-Żebbuġ (lista qed tintbagħat separatament) sejrin jiġu msewwija peress li ma jixgħelux? Jikkonsidra l-Ministru li barra li tinbidel il-bozza jiġu ċċekkjati kemm il-fuse ta' kull bozza u kemm jekk hemmx xi wires maqtugħin f'kull każ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Enemalta — Cables tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jordna li jitneħħew il-cables tad-dawl minn mal-bini ta' 15a, Mamo Street, Ħaż-Żebbuġ, skond l-applikazzjoni magħmula mis-sid ta' l-istess dar li saret kmieni s-sena l-oħra? (Kopja ta' l-applikazzjoni u ittra hawnhekk qed jintbagħtu separatament) Minħabba l-fatt li dawn il-cables ġew dikjarati li huma unsafe ma jidhirlux li dawn għandhom jitneħħew mingħajr aktar dewmien?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Impjegati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lista tal-persuni kollha li qegħdin jaqdu d-dmirijiet tagħhom fis-segretarjat privati tiegħu u tas-segretarji parlamentari fejn dan japplika? Għal kull persuna, jista' l-Ministru jindika d-dipartimenti jew azjendi parastatali li ġejjin minnhom, il-grad tagħhom u d-dmirijiet li qegħdin jaqdu bħalissa?

Response (MARCO, GUIDO DE)

Qed nagħti fuq iż-żewġ Skedi annessi, immarkati 'A' u 'B', l-informazzjoni mitluba għar-rigward ta' l-impjegati fis-Segretarjati Privati kemm tiegħi kif ukoll tas-Segretarju Parlamentari fi ħdan il-Ministeru. Id-dmirijiet tad-diversi gradi msemmija huma skond ir-responsabbilitajiet elenkati għal dawn il-karigi fid-diversi Segretarjati Privati tal-Ministeri tal-Gvern, kif spjegat fil-ktejjeb li kopja tiegħu diġa' tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra fil-bidu ta' din il-leġislatura. Qed inpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra ż-żewġ skedi 'A' u 'B'.

Ministeru għall-Politika Soċjali — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-persuni kollha li qegħdin jaqdu d-dmirijiet tagħhom fis-segretarjat privat tiegħu u tas-segretarji parlamentari fejn dan japplika? Għal kull persuna, jista' l-Ministru jindika d-dipartimenti jew azjendi parastatali li ġejjin minnhom, il-grad tagħhom u d-dmirijiet li qegħdin jaqdu bħalissa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawk il-persuni li sal-lum iffirmaw il-kuntratt/ftehim meħtieġ sabiex jaqdu d-dmirijiet tagħhom fis-Segretarjat Privat tal-Ministru tal-Politika Soċjali u f'dak tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Politika Soċjali. Din il-lista tipprovdi wkoll l-informazzjoni l-oħra mitluba mill-Onor. Membru. 14.1.99
Leg 9 PQ #3452 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-persuni kollha li qegħdin jaqdu d-dmirijiet tagħhom fis-segretarjat privat tiegħu u tas-segretarji parlamentari, fejn dan japplika? Għal kull persuna, jista' l-Ministru jindika d-dipartimenti jew azjendi parastatali li ġejjin minnhom, il-grad tagħhom u d-dmirijiet li qegħdin jaqdu bħalissa?

Response (GALEA, LOUIS)

L-ismijiet tal-persuni kollha li qegħdin jaqdu d-dmirijiet tagħhom fis-Segretarjat Privat fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u tas-Segretarjat Parlamentari ser jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #3453 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-persuni kollha li qegħdin jaqdu d-dmirijiet tagħhom fis-segretarjat privat tiegħu u tas-segretarji parlamentari, fejn dan japplika? Għal kull persuna, jista' l -Ministru jindika d-dipartimenti jew azjendi parastatali li ġejjin minnhom, il-grad tagħhom u d-dmirijiet li qegħdin jaqdu bħalissa?

Response (DALLI, JOHN)

S`issa ġie ffirmat Private Secretariat Agreement ma` seba` persuni kif ġej: Grad Dipartiment\Aġenda Dmirijiet 1. Senior Principal Maltacom plc (on loan) Personal Assistant 2. Senior Principal Law Courts Private Secretary 3. Corp. Training Manager M.I.T.T.S. Asst. Private Secretary 4. Clerk Treasury Department Secretariat Officer 5. Clerk Local Council Department Secretariat Pool 6. n\a Minn barra Personal Driver \ Security 7. n\a Minn barra Personal Driver \ Security