Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #3287 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

VAT II — Żieda fil-prezzijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu irrapportati żidiet fil-prezzijiet kemm ilha li daħlet fis-seħħ il-VAT II? Liema kienu dawn l-items? B'kemm għollew? Kemm kien hemm każi fejn il-Ministeru intervjena sabiex jassigura li ċerti prodotti jorħsu kemm suppost? Liema kienu dawn il-każi? X'miżuri konkreti qed jieħu l-Ministeru biex jiżgura jekk żidiet f'ċerti servizzi kenux ġustifikati jew le? Kemm saru investigazzjonijiet dwar żidiet konnessi mas-settur tas-servizzi? Kemm daħlu ilmenti fuq is-servizzi? Kemm daħlu ilmenti fuq il-freephone jum b'jum kemm ilha li reġgħet iddaħħlet il-VAT?

Response (BONNICI, JOSEF)

Minn meta daħlet fis-seħħ il-liġi tal-VAT, daħlu fil-Consumer Complaint Unit tad-Dipartiment għall-Affarijiet tal-Konsumatur 143 rapport dwar żidiet fil-prezzijiet. Ir-rapporti li daħlu fuq il-Freephone 120, jum b'jum, kienu kif ġej:- DATA NUMRU TA' LMENTI 4.01.1999 11 5.01.1999 12 6.01.1999 27 7.01.1999 16 8.01.1999 27 11.01.1999 39 12.01.1999 11 TOTAL 143
Leg 9 PQ #3289 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tat-Turiżmu

Lukandi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm lukandi li huma under construction? Kemm hemm li qed jiġu upgraded? Kemm mistennija jipprovdu sodod individwalment? F'liema kategoriji jinsabu? Kemm inbnew lukandi ġodda u saru upgradings mill-1995 sal-lum sena b'sena?

Response (REFALO, MICHAEL)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #3290 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu — Turisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-average durations tat-turisti li żaruna mill-1995 sal-lum, sena b'sena, skond il-kategorija tal-akkomodazzjoni?

Response (REFALO, MICHAEL)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Stamperija tal-Gvern — Ħaddiema

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra minn kemm persuni u f'liema gradi kienet komposta l-istamperija tal-Gvern għas-snin 1996, 1997 u 1998?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #3292 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Interim From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Stamperija tal-Gvern — Kotba stampati

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kotba ġew stampati mill-istamperija tal-Gvern mill-1945 sal-lum, liema huma t-titoli tagħhom u kemm minnhom inbiegħu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena infurmat li l-informazzjoni li tista' tinġabar tmur lura għall-aħħar ftit snin biss. Id-dettalji li għadhom qed jinġabru jingħataw f'xi seduta oħra.

Xgħajra — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jinkariga rappreżentanti tad-dipartiment tat-toroq sabiex jieħdu ħsieb jagħmlu rapport ta' l-istat tat-toroq ġewwa r-raħal tax-Xgħajra billi minn dawn hemm numru li ġew asfaltati u hemm oħrajn li għadhom ma ġewx asfaltati u hemm bżonn li jsiru?

Response (GALEA, ĊENSU)

Għaddejt is-suġġeriment ta` l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tat-Toroq biex issir l-ispezzjoni.
Leg 9 PQ #3331 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Lands Department — Kirjiet/ċnus

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm kirjiet u ċnus mogħtija mil-Lands Department lill-pubbliku in ġenerali li huma 'l fuq minn Lm100 iżda li ma jaqbżux il-Lm200 bħala ħlas fis-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta' kirjiet u ċnus li jirċievi l-ħlas tagħhom id-Dipartiment ta' l-Artijiet minn għand il-pubbliku in ġenerali li huma l' fuq minn Lm100, iżda li ma jaqbżux il-Lm200 fis-sena hu ta' 2,239. Dan in-numru jinkludi kirjiet u ċnus dwar flats, djar u plots li jiġu allokati mid-Dipartiment tas-Social Housing u l-Awtorita' tad-Djar. 14.01.99
Leg 9 PQ #3332 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Lands Department — Kirjiet/ċnus

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm kirjiet u ċnus mogħtija mil-Lands Department lill-pubbliku in ġenerali ta' fortizzi u partijiet minn fortizzi u jippreżenta elenku ta' l-imsemmija bid-data ta' meta dawn bdew u meta jispiċċaw?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta' kirjiet u ċnus ta' fortizzi u partijiet minn fortizzi mogħtija mid-Dipartiment ta' l-Artijiet hu ta' (22) tnejn u għoxrin. Id-dettalji mitluba mill-Onor. Interpellant huma kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 14.01.99
Leg 9 PQ #3354 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kalaxlokk — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema preżentement jaħdmu ma' Kalaxlokk? Kemm hemm ħaddiema li qegħdin jirċievu l-paga d-dar iżda ma jmorrux għax-xogħol? X'inhuma l-pjanijiet tal-gvern għall-ħaddiema kollha ta'Kalaxlokk?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #3363 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern

Klandestini

Question

Jista'l-Mnistru jgħid x'inhuwa n-numru ta' klandestini f'Malta? X'inhu jsir biex dawn jirritornaw lura pajjiżhom? Kemm qed jiswew lill-pajjiżna biex dawn jinżammu Malta? Kemm intnefqu flus fuq dawn in-nies f'dawn l-aħħar sitt xhur?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hawn 33 persuna li daħlu direttament Malta bħala klandestini. Dan in-numru ma jinkludix 51 barrani miżmuma mill-Armata li nġiebu Malta fuq vapur Russu fis-6 ta' Diċembru, 1998, u 31 barrani miżmuma mill-Pulizija li nġiebu Malta fuq vapur Libjan fit-28 ta' Diċembru, 1998. Meta barrani jinstab li jkun Malta klandestinament, l-ewwel li tagħmel il-Pulizija huwa li tipprova tistabillixi l-identita' u n-nazzjonalita', biex isir kuntatt ma' l-Ambaxxata konċernata sabiex ikun ripatrijat. Ikun hemm każi fejn jintalab status ta' refuġjat u għalhekk il-każ jiġi riferut lill-Uffiċċju ta' l-U.N.H.C.R. f'Malta. Rigward il-partijiet l-oħra tal-Mistoqsija ninsab infurmat li ma jinżammux kontijiet separati tan-nefqa fuq dawn il-klandestini u persuni oħra barranin miżmuma mill-Pulizija għal raġunijiet oħra. 14.01.99
Leg 9 PQ #3364 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Festin għar-residenti priġunieri żgħażagħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għaliex ma sarx il-festin għar-residenti priġunieri żgħażagħ? Għalfejn dan twaqqaf meta l-ftehim bejn il-voluntiera u l-ħabs għall-organizzazzjoni ta' l-attivita' sar tliet ġimgħat qabel id-data tal-festin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-festin li rreferit għalih l-Onor. Interpellanti ma sarx minħabba malintiż ġenwin. 14.01.99
Leg 9 PQ #3365 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Finanzi

Ħwienet — Prodotti

Question

Jaf il-Ministru li hemm ħwienet li għollew il-prodotti u s-servizz b'iktar minn 15% VAT? X'inhu jagħmel il-gvern biex jikkontrolla u ma jsirx abbuż? Jekk jinstab li jkun sar abbuż, x'se tkun il-penali?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant, li m`hemm ebda prodot jew servizz li minħabba l-introduzzjoni tal-VAT għandu jogħla b`iktar minn ħmistax fil-mija (15%). Dan għaliex taħt is-sistema tat-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa (CET) ħafna mill-prodotti importati kienu intaxxati b`wieħed u għoxrin fil-mija (21%), dawk li huma bil-levy b`ħamsa fil-mija (5%). Dan minbarra li wieħed irid jikkonsidra wkoll tax creep li ħafna prodotti u servizzi kellhom taħt is-sistema tas-CET minħabba li ma kienu jingħataw ebda refunds. Bħalissa għaddejja ħidma sħiħa mid-Dipartiment taħt il-Ministeru tas-Servizzi Ekonomiċi biex issir sorveljanza fuq ċaqliq ta` prezzijiet. Id-dipartiment tal-VAT ukoll qed jibgħat għadd ta` spetturi fi ħwienet u tabbilimenti biex jaraw li kull ċaqliq fil-prezzijiet ikun ġustifikat u jkun jirrifletti r-rati l-ġodda ta` taxxa anke fejn il-prezzijiet suppost jorħsu.
Leg 9 PQ #3366 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: RITA LAW To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Tħaffir għaż-żejt

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex wasal it-tħaffir u x-xogħol fuq il-proġett tat-tħaffir taż-żejt f'Għawdex fuq il-Bir Madonna taż-Żejt? Jista' l-Ministru jgħid humiex se jittieħdu xi deċiżjonijiet ġodda fuq it-tħaffir?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li t-tħaffir tal-bir f'Kerċem wasal fond ta' madwar 7,650 metru u li minn hawn u ftit ġranet oħra l- karatteristiċi tal-blat ser jiġu rreġistrati u studjati biex wara jsiru l-provi ta' produzzjoni meħtieġa. Ir- riżultati ta' dawn il-provi mistennija jkunu magħrufa kmieni fi Frar. Deċiżjonijiet dwar it-tħaffir jittieħdu kuljum, dejjem skond il-programm ta' tħaffir u l-eżiġenzi tax-xogħol.
Leg 9 PQ #3367 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern

Att dwar l-Immigrazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kwalifiki, gradi u x'xogħol se jagħmlu f'Malta dawk in-nies li ħarġilhom permess biex joqogħdu Malta skond l-artikolu 7 ta' l-Att dwar l-Immigrazzjoni (Kap 217) Nru. 951 li dehret fuq il-gazzetta tal-Gvern ta' Malta bin-numru 9186?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li dawk il-barranin li qed tirreferi għalihom l-Onor. Interpellanti huma persuni li għandhom permess biex joqogħdu Malta (residence permit holders). Dawn il-persuni ma jistgħux jaħdmu hawn Malta. 14.01.99
Leg 9 PQ #3388 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Grounds tal-football

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn grounds tal-football proprjeta' tal-Gvern f'Malta u f'Għawdex u liema huma?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal mid-Dipartiment konċernat, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #3389 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Clubs tal-football

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-clubs tal-football f'Malta u f'Għawdex li saru proprjetarji ta' grounds tal-football u meta ġew mgħoddija lilhom mill-gvern?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal mid-Dipartiment konċernat, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #3390 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Club tal-football tas-St. George's

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-club tal-football tas-St. George's ikollhom ground tal-football tagħhom hekk kif imwiegħed żmien ilu fil-bidu tas-snin disgħin minn Gvern Nazzjonalista?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ground tal-football li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant kien maħsub li seta' jifforma parti mill-kumpless sportiv li kien hemm propost għall-area tal-Kottonera. Qiegħda ssir evalwazzjoni tal-pjanijiet tal-proposti li saru s'issa.
Leg 9 PQ #3391 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Kindergarten - Applikazzjonijiet

Question

Jista'l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet minn ġenituri li matul din is-sena xtaqu jibagħtu lil uliedhom fil-kindergarten, lokalita' b'lokalita'?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li talbiet minn ġenituri biex idaħħlu lil uliedhom fil-kindergarten kienu kif jidhru fil-listi li ser jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni b'Diżabilita' — Blus sticker

Question

Jista'l-Ministru jgħid kemm-il persuna b'diżabilita' llum għandha l-blue sticker? Kemm hemm talbiet pendenti għal blue sticker?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fil-preżent hemm 1765 li għandhom il-Blue Sticker waqt li hemm 30 applikazzjoni li għadhom qed jiġu pproċessati. 14.1.99
Leg 9 PQ #3393 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Junior Lyceum - Studenti

Question

Jista'l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti f'kull Junior Lyceum, skola skola, sena b'sena minn kemm ilhom li twaqqfu?

Response (GALEA, LOUIS)

Se jibda l-proċess biex tinġabar din l-informazzjoni.