Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-proġetti li hemm ippjanati mill-Kunsill Lokali tal-Marsa għall-poplu Marsi?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali
huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-
funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prijoritajiet,
esiġenzi u l-mezzi tagħhom.
Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi
l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill tal-Lokalita` konċernata.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li se jingħataw tarmac għas-sena 1999 fil-lokalita' ta' Ħal Tarxien?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li bħalissa d-Dipartiment tat-Toroq qed ifassal pjan għall-kisi ta` toroq madwar Malta, naturalment inkluż Hal Tarxien. Meta dan il-pjan ikun finaliżżat inkun nista nagħti l-informazzjoni meħtiega.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 2277?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li daħlu 35 talba għall-għajnuna għal iniżjattivi minn Ghaqdiet ta' Żgħażagħ. Dawn it-talbiet jaqgħu kollha taħt l-Item 4185 - Programmes and Initiatives.
L-għaqdiet li applikaw huma:
Uffiċċju Parrokkjali Bormla
Grupp Żgħażagħ Vittoriosani
Members in Christian Rights Organisation
Juventutis Domus Sacra Familia
Third World Group
Seminarju tal-Qalb ta' Ġesu'
Għaqda Voluntiera Sta Venera
Malta Canoe Club
Mosta Youth Centre
MUSEUM Subien Żebbuġ
Tony Lawrence Dance School
Moviment Era Ġdida
AIESEC
Malta University Sports Club
Żebbuġ Vikings Football Club
Tonio Bonello
Malta Shotokan Karate Int. Federation
Żgħażagħ Azzjoni Kattolika
Għaqda Korali u Orkestrali M. Bambina
Għaqda tal-Konsumaturi
ECO
Żgħażagħ għal Dinja Magħquda
Miriam Cauchi
Kumpanija Teatrali Talent Żebbuġi
SACES
Antonio Depasquale
Youth Centre B'Bugia
San Ġwann Scout Group
Dingli Parish Drama Circle
AEGEE Valletta
Inizjamed
Malta Girl Guides Association
Klabb Letterarju tal-Junior College
Don Bosco Youth Centre
Savio Vocational Club
Ma naħsibx li huwa etikament korrett li tixxandar informazzjoni dwar il-proġett jew l-attivita' ta' dawn l-għaqdiet u kemm hi s-somma li ġiet mitluba minn kull għaqda.
Id-deċiżjoni dwar kif jingħataw dawn il-fondi tittieħed minn Board Dipartimentali li jiġi maħtur għal dan il-għan u li fuqu jkun hemm ukoll rappreżentant tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 2276?
Response (GALEA, LOUIS)
Jien u s-Segretarju Parlamentari kellna diversi laqgħat ma' għaqdiet sportivi, taż-żgħażagħ u volontarji. L-għan prinċipali ta' dawn il-laqgħat kien lijkomplu jissaħħu r-rapporti eżistenti bejn dawn l-Assoċjazzjonijiet u l-Gvern f'kull qasam.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2092, jista' l-Ministru jgħid liema huma l-commitments li diġa' jeżistu u liema huma dawk il-proġetti kapitali l-oħra li qed ikunu ppjanati?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 2412.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentri numru 2060?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li din is-sena s-Sezzjoni Żgħażagħ tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport se torganizza skambju ma' Ċipru u madwar erba' skambji ma' l-Italja. Dawn l-iskambji huma regolati bi Protokolli mal-pajjiżi rispettivi. Intlaħaq ukoll qbil biex isiru żewġ skambji mal-Ġermanja, u wieħed ma' l-Ingilterra, Slovakia, Turkija u t-Tunisija rispettivament.
Se jiġu ffinanzjati numru kbir ta' attivitajiet fosthom il-ħarġiet kulturali, għajnuna finanzjarja lill-għaqdiet taż-żgħażagħ, il-Youth Specialisation Studies Scheme, ħlasijiet ta' membership għal Istituzzjonijiet Internazzjonali, kif ukoll exhibitions, pubblikazzjonijiet, seminars u konferenzi.
Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħgħ — Rapport "The right to work"
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 1964?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-membri li jagħmlu parti mill-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ huma dawn:
President: Lorraine Napier (Moviment Żgħażagħ Partit
Nazzjonalista)
Viċi-President: Anthony Cremona (Studenti Demokristjani
Maltin)
Segretarja
Ġenerali : Claudette Azzopardi (Kerygma Żgħażagħ)
Segretarja
Internazzjonali: Ruth Bajada (Għaqda tal-Malti Universita')
Teżorier: Andre' Chetcuti (Kunsill Studenti tal-
Junior College)
Youth Services
Secretary: David Muscat (Nixxiegħa Kulturali)
Youth Studies
Secretary: Maronia Scerri (Għaqda Studenti tal-Liġi)
Corporate Andrea Gera de Petri (Studenti Demokristjani
Relations: Maltin)
Projects
Secretaries: Maria Cassar (Żgħażagħ Ħaddiema Nsara)
Kevin Cutajar (Kunsill Studenti Universitarji)
Mario Sacco (CMTU Youths)
Dawn il-membri ġew nominati mill-għaqdiet imsemmija pero' fil-Kunsill ma jkunux qegħdin jirrappreżentaw lil dawn l-għaqdiet iżda liż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin.
It-tlett membri li kienu ġew nominati mis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ Sport Kultura u Arti jiġifieri Claudette Baldacchino, Brandon Pisani u Godwin Xuereb offrew ir-riżenja tagħhom wara l-bidla fil-Gvern. It-tlett rappreżentanti l-ġodda huma Vicky Spiteri, Alessandro Farrugia u Cedric Farrugia.
Il-ħidma li wettaq il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ tinkludi parteċipazzjoni f'diversi seminars u korsijiet dwar fatti u problemi li jolqtu liż-żgħażagħ fil-ħajja tal-lum u tal-ġejjieni u anke dwar ir-rwol tagħhom fis-soċjeta' fil-qasam lokali u internazzjonali. Il-membri tal-kunsill se jkomplu jimpenjaw ruħhom bil-ħidma tagħhom fl-aħjar interess taż-żgħażagħ. Din il-ħidma ser tinkludi konferenzi kemm Malta kif ukoll barra, organizazzjoni ta' Jum iż-Żgħażagħ u Seminar dwar il-Politika Nazzjonali fuq iż-Żgħażagħ.
Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-Rapport bit-titlu "The Right to Work" li ġie ppreżentat fil-laqgħa ġenerali annwali tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 2061?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fost l-attivitajiet sportivi li ser jiġu finanzjati mil-line item 4178 tal-Vot tad-Dipartiment ta' l-Isport hemm il-Konferenza Ewropeja ta' l-Isport, Skola Sport, Sport for All u inizjattivi oħra sportivi li jieħu d-Dipartiment matul is-sena.
L-organizazzjonijiet li ser jiġu mgħejuna huma l-Kumitat Olimpiku Malti u diversi għaqdiet sportivi. Din l-għajnuna tiġi offruta primarjament għal parteċipazzjoni f'tournaments internazzjonali, organizazzjoni ta' tournaments internazzjanali f'Malta u titjib tal-faċilitajiet. Kull talba tiġi kkunsidrata fuq il-merti tagħha.
Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji — Trasferimenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998, fid-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' jgħid ukoll jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998, fid-Dipartiment tad-Djar? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi matul il-perjodu indikat, ma ingħataw l-ebda trasferimenti mid-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali. It-trasferimenti fid-dipartimenti tal-Gvern huma regolati mill-esiġenzi tas-Servizz.
14.1.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998, fl-Awtorita' tad-Djar? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fl-Awtorita' tad-Djar ma sar ebda trasferimenti u ma hemm ebda ħsieb li jsiru.
14.1.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998, fid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Bejn id-29 ta' Ottubru u l-31 ta' Diċembru, 1998 saru 8 trasferimenti mid-Dipartiment u 2 trasferimenti għal mad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Dawn it-trasferimenti saru skond l-esiġenzi tas-servizz. Bħal ma jaf l-Onor. Interpellant, id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali qiegħed f'fażi fejn xogħol li kien qed isir Malta, beda jiġi proċessat ġo Għawdex. Fil-futur qarib hu ttamat li dan il-proċess jitkompla. Dan it-trasferiment ta' xogħol ser iġib miegħu trasferiment ta' ħaddiema, sew fid-Dipartiment kif ukoll barra mid-Dipartiment, skond kif ikun meħtieġ.
14.1.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998, fid-Djar ta' l-Anzjani? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fid-Djar ta' l-Anzjani bejn id-29 ta' Ottubru u l-31 ta' Diċembru, 1998 sar trasferiment wieħed. Dan sar fuq talba tal-persuna innifisha.
Għalissa, m'hemm l-ebda ħsieb li jsiru trasferimenti oħra.
14.1.99
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998 fid-DOI? Jista' l-Prim Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien infurmat illi matul il-perjodu msemmi kien hemm żewġ
trasferimenti mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni. Dawn it-
trasferimenti saru fuq talba personali ta' l-uffiċjali
nvoluti.
Fil-futur qarib jista' jkun hemm żewġ trasferimenti oħra,
wieħed biex jiġi uffiċjalizzat transfer għas-Segretarjat
Privat tiegħi u l-ieħor fuq talba ta' l-impjegat konċernat.
Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk Triq Raddet ir-Roti, Santa Margerita, Mosta hijiex taħt ir-responsabbilta' tal-kunsill jew tal-Gvern Ċentrali biex tiġi rranġata?
Billi din it-triq hi forma ta' għalqa u billi fiha hemm għad ta' djar bi trabi, possibbli li jsir xi ħaġa biex din it-triq tiġi rranġata?
Jaħseb il-Ministru li toroq bħal dawn għandhom jingħata priorita'?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-triq imsemmija għadha qatt ma ġiet asfaltata u għalhekk hija responsabilita` tad-Dipartiment tat-Toroq li jagħti l-asfalt lil din it-triq wara li jitlesta` l-izvilupp li qed isir fiha u jkunu tqiegħdu s-servizzi neċessarji ta` taħt l-art b`mod permanenti biex it-triq ma terġax tinqala`.
Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija id-Dipartiment tat-Toroq qed ifassal programm ta` prijoritajiet meħtiega sabiex jitwettqu x-xogħolijiet meħtieġa madwar Malta.
Jista' l-Ministru jgħid jekk: (a) hemmx grading tal-materja prima li jipproduċu l-barrieri tal-qawwi; u (b) issir sorveljanza sabiex jiġi stabilit li fil-planki u/jew konkos użat għas-soqfa jintużawx ramel u żrar ta' kwalita' rikjesta?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
14.01.99
Jista' l-Ministru jgħid: (a) kemm hemm plots fiż-Żurrieq li mhumiex żviluppati u li huma proprjeta' tal-gvern/Joint Office; (b) dawn il-plots jiġu allokati jew inkella żviluppati u wara allokati; u (ċ) jekk dan il-proċess m'huwiex pendenti, dawn il-plots se jiġu mdawra b'ħitan bħal ma jiġu mġiegħla jagħmlu s-sidien ta' plots oħra fil-lokalita'?
Response (BORG, TONIO)
Jien infurmat li mill-proprjeta' li ġiet trasferita lill-Gvern mill-Knisja, l-Uffiċċju Konġunt identifika 34 plot fiż-Żurrieq li m'humiex żviluppati. 20 minn dawn il-plots se jiġu trasferiti lill-Awtorita' tad-Djar biex jiġu żviluppati għal akkomodazzjoni soċjali. Hemm il-ħsieb li l-plots battala f'idejn l-Uffiċċju Konġunt jiġu kollha trasferiti lill-Awtorita' tad-Djar biex jiġu żviluppati.
14.01.99
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1466/98, jista' l-Ministru jinvestiga l-każ stante illi mid-dokumenti li qed jintbagħtu separatament, jirriżulta li l-Kummissarju tal-Pulizija eċċeda u biddel l-iskop li għalih inħareġ il-permess 4690/93? Jista' l-Ministru jgħid jekk l-istess Kummissarju setax ikollu tali fakulta' ladarba l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qatt ma tat l-awtorizzazzjoni tagħha? Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu sabiex dan il-permess u ċioe' TL/G/16/95 skorrettament konċess jiġi rtirat?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-kwestjoni li dwara qed issir il-Mistoqsija, hija s-suġġett ta' proċeduri fil-Qorti li għadhom sub judice u li fih l-Onorevoli Interpellant hu personalment involut.
14.01.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm pulizija on duty fl-arrivals section ta' l-Ajruport Internazzjonali sabiex jikkontrollaw il-folla dak inhar li wasal it-team tal-Juventus f'Malta?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li kien hemm 25 pulizija,
14.01.99