Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #3459 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-persuni kollha li qegħdin jaqdu d-dmirijiet tagħhom fis-segretarjat privat tiegħu u tas-segretarji parlamentari fejn dan japplika? Għal kull persuna, jista' l-Ministru jindika d-dipartimenti jew azjendi parastatali li ġejjin minnhom, il-grad tagħhom u d-dmirijiet li qegħdin jaqdu bħalissa?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-persuni kollha li jaħdmu fis-Segretarjat tal-Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd huma dawn li ġejjin: ISEM IMPJIEG PRECEDENTI GRAD PREZENTI DIPARTIMENT/AZJENDA Abela George Settur Privat Personal Driver/ Mhux applikabbli Security Officer Aquilina Benny Settur Privat Secretariat Officer Mhux Applikabbli Bonnici Salvina General Hand Charwoman Dip.Agrikoltura Bugelli Martin Public Relations Communications Ufficcju tal- Officer Coordinator President Camilleri Carmen Accounts Clerk Secretariat Pool N.T.O.M. Camilleri Joseph Accredited Private Secretary Dip. Welfare Social Worker Ciantar Anthony Clerk Policy Coordinator Malta Drydocks Debono Elizabeth Clerk Secretariat Pool Min.Gustizzja Farrugia Rose General Hand Charwoman Dip.Edukazzjoni Galea Anthony Chief Messenger Secretariat Officer Dip. Artijiet Magro George Blaster Personal Driver/ Malta Drydocks Security Officer Micallef Tarcisio Trenching Secretariat Messenger Water Services Operator Corporation Mifsud Anthony Principal Scientific Assistant Private Dip. Agrikoltura Officer Secretary Pomroy William Settur Privat Secretariat Officer Mhux Applikabbli Vassallo Lucienne Assistant Secretariat Officer Maltacom p.l.c. Principal Dawn l-impjegati kollha jagħmlu dmirijiet skond il-"job description" li hemm fl-agreements ta' kull wieħed u waħda minnhom.

Mellieħa — St.Marija Est. - Street lighting

Question

Jista' l-Ministru jara li l-istreet lighting f'Santa Maria Estate, Mellieħa u fl-area fejn hemm il-boathouses bin-numri 93 et segwitu jitwaħħlu u dan peress li fin-nuqqas tagħhom hemm ċerta biża' fost il-persuni li jokkupawhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba magħmula mill-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3475 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Żabbar

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward talba għal permess ta' bini f'art saqwija u agrikola ferm tajba magħrufa bħala Dun Lanza ġewwa Ħaż-Żabbar (PA6738/88)?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma teżisti ebda applikazzjoni ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar bir-referenza PA 6738/88. Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal l-applikazzjoni PA 6738/98, din hija rigward talba għal permess ta' bini f'art viċin Dun Lanza ġewwa Ħaż Żabbar. Dan is-sit hu fl-iskema u l-applikazzjoni hija dwar internal alterations għal permess li kien maħruġ fl-1996. 18.01.99
Leg 9 PQ #3476 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Operations Manager

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' uffiċjali fi grad ta' operations manager mas-Servizz Ċivili u f'liema skala ta' pagi qegħdin? Kemm minn dawn l-uffiċjali qegħdin fi skala ogħla min oħrajn ta' l-istess grad fuq bażi personali? Jista' l-Prim Ministru jgħid meta din l-anomalija se tiġi rranġata?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena nfurmat li mal-Gvern hemm sitt impjegati fil-grad ta' Operations Manager. Tnejn minn dawn huma fuq skala ta' salarju 7 u l-erbgħa l- oħra fi skala 6 fuq bażi personali. Dawk li qegħdin fuq skala 6 huma ex-Works Managers II li fil-qafas ta' l-eżerċizzju korrettorju tpoġġew, bħal oħrajn bħalhom li qabel kienu temporanjament fuq skala 8, fuq skala 6 iżda dan b'effett mill-1 ta' Jannar 1996. Dan l-arranġament kien approvat f'Marzu tal-1997.
Leg 9 PQ #3480 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: RITA LAW To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Attard - Riżenja

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li ta s-Sur Henry Frendo għar-riżenja tiegħu mill-Kunsill Lokali ta' H'Attard? Jista' l-Ministru jpoġġi kopja ta' l-ittra tar-riżenja fuq il-Mejda tal-Kamra li ta lill-kunsill?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` Gvern Lokali u l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant tista` tinkiseb mill-Kunsill Lokali relattiv li lilu hija ndirizzata l-ittra msemmija mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #3481 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Car park

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex filwaqt li fis-CCF (Corradino Correctional Facility) għadu kif sar car park ġdid, ċerti impjegati li jaħdmu ġewwa l-ħabs, xorta waħda għadhom jipparkjaw fi Triq Valletta f'Raħal Ġdid, b'konsegwenza li r-residenti ta' din it-triq qed isibuha diffiċli biex isibu fejn jipparkjaw il-vetturi tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li meta xi mpjegati tal-Ħabs jipparkjaw il-karozzi tagħhom barra l-car park tal-Ħabs, dan ma jsirx b'kapriċċ iżda għax l-istess car park tkun mimlija. 18.01.99
Leg 9 PQ #3482 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qrati — Kumpens

Question

Jikkonsidra l-Prim Ministru li kulmin jiġi liberat mill-Qorti fuq akkużi ta' natura kriminali, għandu jkollu d-dritt li jitlob kumpens mill-Istat - anke sa ċertu limitu mpost b'liġi - għal kwalunkwe żmien li jkun għamel taħt arrest preventiv? Jikkonsidra li jkun idoneu li jitwaqqaf kumitat jew kummissjoni sabiex jevalwa l-implikazzjonijiet ġuridiċi ta' tali suġġeriment?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-materja in kwistjoni fiha ħafna problemi kemm ġuridici u finanzjarji u għalhekk wieħed irid jistudja fid-dettal dawn il-fatturi qabel ma ssir xi deċiżjoni dwar kumpens.
Leg 9 PQ #3485 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bye laws

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-Bye laws kollha approvati mill-gvern u esegwiti mill-kunsilli lokali minn Settembru 1998 sal-lum?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Minn Settembru 1998 sa llum ġew pubblikati żewġ Bye-Laws kif ġej: 1. K.L.B.L 53/3/98 - Bye-Laws ta` l-1998 dwar Reklami fuq Għamara tat-Toroq (Kunsill Lokali San Ġwann); 2. K.L.B.L. 8/4/98 - Bye Laws ta` l-1998 dwar Użu ta` Faċilitajiet (Kunsill Lokali Żabbar). Sta għall-Kunsill Lokali konċernat li jesegwixxi il-Bye Laws proposti mill-Kunsill stess. Ma narax il-bżonn li npoġġi dawn il-Bye-Laws fuq il-mejda ta` din il-Kamra peress li dawn ġew ippubblikati fil- Gazzetta tal-Gvern tat-3 ta` Settembru 1998.
Leg 9 PQ #3496 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Prodotti — Roħs

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-prodotti mill-40,000 li kellhom jorħsu (skond dak li l-Ministru qal fuq Xarabank) li fil-fatt roħsu bid-dħul tal-VAT? X'suppost raħas u ma raħax, x'għola meta kellu jogħla, x'għola meta ma kellux jogħla?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant, li l-prodotti kollha mportati li kienu taxxabbli taħt is-sistema tat-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa (CET) bir-rata ta` ħmistax fil-mija (15%) Taxxa tas-Sisa fuq l-Importazzjoni (ETI) u b`ħamsa fil-mija (5%) Taxxa tas-Sisa fuq il-Prodotti (ETP) huma fost il-prodotti li għandhom jorħsu bid-dħul ta-VAT. Ma` dawn wieħed irid iżid dawk il-prodotti mportati li m`humiex taxxabbli u li taħt is-sistema tas-CET kienu jġorru tax creep ta` madwar erbgħa fil-mija (4%) minħabba li taħt dik is-sistema ma kienx hemm refużjonijiet tat-taxxa fuq l-ispejjeż tan-negozju kif hemm fil-VAT. Dawn iż-żewġ kategoriji ta` prodotti flimkien jiffurmaw il-maġġoranza kbira tal-prodotti kkonsumati f`Malta. Infakkar ukoll lill-interpellant li l-prodotti kollha tal-ikel u l-prodotti kollha konnessi ma` saħħa u mediċina m`għandhom ebda VAT fuqhom. Bis-sistema tas-CET dawk li jissuplixxu dawn il-prodotti u servizzi kellhom spiża bit-taxxa li ma kienux jieħdu refunds fuqhom. Illum qegħdin jieħdu refund u għalhekk l-ispejjeż naqqsulhom.

Prodotti — Għoli fil-prezz

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-prodotti li roħsu matul ix-xahar ta'Diċembru 1998? B'kemm għollew? X'effett kellha il-VAT fuq il-value ta' dawn il-prodotti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif jaf tajjeb l-Onorevoli Interpellant, matul ix-xahar ta' Diċembru 1998 kien hemm numru kbir ta' 'sales' ta' ġeneri u marki differenti ta' prodotti u għalhekk mhux possibli li tingħata l-informazzjoni mitluba.

Kalaxlokk — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema tal-Kalaxlokk fuq il-kotba tal-kumpannija llum? Kemm minnhom qegħdin fuq forced leave? Kemm ilhom fuq il-leave? Kemm ħallas flus il-gvern għal dawn il-persuni li qegħdin fuq il-forced leave? Xi pjanijiet hemm imħejjija għalihom fil-futur viċin u fil-bogħod?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fil-preżent fuq il-kotba tal-Kalaxlokk Co. Ltd. hemm 474 ħaddiem, li 6 minnhom huma impjegati tal-gvern mislufa mal-kumpanija. Minn dan it-total ta' ħaddiema ħadd minnhom ma' jinsab fuq 'forced leave'. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2881 u għall-mistoqsijiet supplimentari relattivi.

Prodotti — Roħs/għoli fil-prezzijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'informazzjoni għandu l-Ministeru tiegħu dwar prezzijiet li għolew jew roħsu mill-ewwel tas-sena 'l hawn? X'effett kellha l-VAT fuq dan iċ-ċaqlieq?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta jimmonitorja l-prezzijiet ta' dawk il-prodotti li huma kkunsidrati bħala 'market leaders'. Iċ-ċaqlieq li seta' kien hemm fil-prezz ta' ċertu prodotti qed jiġi analizzat u għalhekk għad irid jiġi stabbilit jekk fil-fatt kienx hemm ċaqlieq u l-kwantita' ta' tali ċaqlieq.
Leg 9 PQ #3500 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Liġi tal-VAT — Persuni reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn kumpanniji u persuni reġistrati taħt il-Liġi tal-VAT li ma qabżux it-threshold, jista'l-Ministru jagħti breakdown ta'x'tip ta'xogħol jagħmlu dawk il-persuni u/jew kumpanniji?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant, li n-numru ta` persuni u kumpanniji reġistrati taħt il-liġi tal-VAT li ma qabżux it-threshold skond l-informazzjoni li kellu d-Dipartiment sa` s-27 ta` Novembru 1998 kien b`kollox 26,674. Dawn huma maqsumin skond in-natura tax-xogħol li jagħmlu kif jidher mill-lista li qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #3501 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Reati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' reati rrapportati lill-pulizija fix-xahar ta'Diċembru, 1998 u x'tip ta' reati kienu?

Response (BORG, TONIO)

Iċ-ċifra totali ta' reati għal Diċembru 1998 kienet ta' 1062, u ċioe', tnaqqis ta' 11.13% fuq Novembru 1998, u tnaqqis ta' 3.97% fuq Diċembru tas-sena ta' qabel. It-tagħrif mitlub fid-dettal mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 18.01.99
Leg 9 PQ #3507 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Dawl fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta sar rapport lill-Enemalta biex tinbidel lampa maqtugħa inti u dieħel Bruno Stores fejn il-pet shop Golden Eden, Kalkara, u l-lampa li qiegħda fi Triq Missjoni Taljana fid-daħla tal-Housing Estate Rinella bypass li qiegħda l-ħin kollha tixgħel u titfi? Għaliex ma sarx ix-xogħol li hemm bżonn isir?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Enemalta qatt ma waslulha rapporti dwar lampi maħruqa fl-inħawi msemmija. Il-manutenzjoni meħtieġa saret.
Leg 9 PQ #3509 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuni kollha li huma fis-segretarjat privat tiegħu u tas-segretarju parlamentari li jaqa' taħtu? Jista' l-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol ta' kull wieħed u f'liema impjieg kienu l-aħħar qabel ġew fis-segretarjat?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 3458 f'din l-istess Seduta. 18.01.99
Leg 9 PQ #3510 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuini kollha li huma fis-segretarjat privat tiegħu u tas-segretarju parlamentari li jaqa' taħtu? Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu x-xogħol ta' kull wieħed u f'liema impjieg kienu l-aħħar qabel ġew fis-segretarjat?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-proċess biex jiġu ffirmati l-kuntratti/ftehim tal- persuni li għandhom jaqdu dmirijiet fis-Segretarjat tiegħi u f'dak tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħi għadu mhux konkluż. Qed nehmeż l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant dwar dawk il-persuni f'dawn iz-żewġ Segretarjati Privati li diġa iffirmaw il-kuntratt/ftehim. Aktar dettalji fuq ir- responsabbiltajiet assoċjati mal-pożizzjonijiet ta' dawn l- individwi jinsabu fid-dokument Engagement of Staff for Private Secretariats li tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra fit-2 ta' Novembru 1998. Risposta sħiħa għal din il-mistoqsija u għal mistoqsijiet oħra simili tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuni kollha li huma fis-segretarjat privat tiegħu? Jista' l-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol ta' kull wieħed u f'liema impjieg kienu l-aħħar qabel ġew fis-segretarjat?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l- Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 3456.
Leg 9 PQ #3514 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuni kollha li huma fis-segretarjat privat tiegħu? Jista' l-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol ta' kull wieħed u f'liema impjieg kienu l-aħħar qabel ġew fis-segretarjat?

Response (DALLI, JOHN)

Il-proċess biex jiġu ffirmati l-kuntratt\ftehim tal-persuni li għandhom jaqdu dmirijiet fis-Segretarjat tiegħi għadu mhux konkluż. Qed nehmeż l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant dwar dawk il-persuni f`dan is-Segretarjat Privat li diġa iffirmaw il-Kuntratt\ftehim. Aktar dettalji fuq ir-responsabbiltajiet assoċjati mal-pożizzjonijiet ta` dawn l-individwi jinsabu fid-dokument `Engagement of Staff for Private Secretariats` li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fit-2 ta` Novembru 1998. Minister`s Private Secretariat Position Name Remarks Personal Assistant Michael Debono Corporation Private Secretary Antoine Attard Public Officer Assistant Private Secretary Anton Callus MITTS Secretariat Officer Giorgiana Mallia Public Officer Secretariat Pool Nadine Paris Public Officer Security \ Driver Chris Baldacchino On Contract Security \ Driver Arnold Farrugia On Contract

Ministeru għall-Politika Soċjali — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuni kollha li huma fis-segretarjat privat tiegħu u tas-segretarju parlamentari li jaqa' taħtu? Jista' l-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol ta' kull wieħed u f'liema impjieg kienu l-aħħar qabel ġew fis-segretarjat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru. 3451. 18.1.99