Legislature:
Category:
Reset
Active:

Informazzjoni u teknoloġija — Kumitat

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba hemmx il-ħsieb li jiġi mwaqqaf u stabilit kumitat ġdid ad hoc sabiex jara l-istrateġija nazzjonali tal-gvern preżenti rigward l-informazzjoni u t-teknoloġija?

Response (GALEA, LOUIS)

Bħalissa qed jiġu evalwati l-irwol u l-ħidma tal-kummissjoni Nazzjonali dwar it-Teknoloġija ta' l-Informatika biex imbagħad ikunu jistgħu jittieħdu l-aħjar deċiżjonijiet f'dan ir-rigward.

Zabbar — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jinkariga rappreżentanti tad-dipartiment tat-toroq sabiex jieħu ħsieb jagħmel rapport ta' l-istat tat-toroq ġewwa Ħaż-Żabbar, fil-parti magħrufa bħala ta' San Pietru minn Triq Alessio Erardi sal-konfini tal-Kalkara, billi dawn jinsabu fi stat diżastruż?

Response (GALEA, ĊENSU)

Inkarigajt lid-Dipartiment tat-Toroq sabiex jagħmel l-ispezzjonijiet issuġġeriti mill-Onor. Interpellant.

Libreriji Pubbliċi — Kotba bit-Taljan

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kotba bil-lingwa Taljana inxtraw tul dawn l-aħħar ħames snin għal libreriji pubbliċi u jekk kemm-il darba wħud minnhom tqassmux ġewwa l-librerija ta'l-Auberge D'Angleterre ġewwa l-Birgu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'dawn l-aħħar ħames snin inxtraw mit-Taqsima tal-Libreriji Pubbliċi tad-Dipartiemnt tal-Libreriji u Arkivji Nazzjonali, 1126 ktieb bl-ilsien Taljan. Minn dan in-numru, 22 tqassmu lil-librerija ta' l-Auberge D'Angleterre ġewwa l-Birgu.

Libreriji pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba hemmx il-ħsieb li jsiru libreriji pubbliċi ġewwa l-Kalkara, Xgħajra, Fgura u l-bliet ta' Senglea u Bormla billi l-preżenza ta' librerija pubblika ġewwa l-Birgu jidher li nrexxiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji Nazzjonali jinsab għaddej b'ħidma biex ikattar it-tixrid ta' l-aċċessibilita' għall-libreriji mal-gżejjer Maltin permezz ta' koperazzjoni bejn id-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji u l-Kunsilli Lokali. Dan il-proġett ġie varat permezz ta' ftehim mal-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ u hu ttamat li jinkseb suċċess biex Kunsilli Lokali oħra, fosthom dawk tal-lokalitajiet imsemmija mill-Onor. Membru, jidħlu huma wkoll għal din is-sħubija.

Palazz de La Salle — Restawr

Question

B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 961 rigward restawr ta' Palazzo de La Salle fejn hemm l-Malta Society of Arts, Manufactures and Commerce l-Belt,jista'l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk ġiex ippreżentat rapport fuq l-istat ta' l-istess u x'inhuwa l-ħsieb tal-futur ta'l-istess?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif ma laħaqx wasalli nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #3345 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru tal-Finanzi

Bini ta' dwana

Question

B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 960 rigward Mużew tad-Dwana u restawr tal-Bini tad-Dwana, jista'l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk sarx rapport jew ġiex ikkumissjonat rapport rigward dan u jekk iva, jista' dan ir-rapport jiġi ppreżentat għal konsiderazzjoni ta' din il-Kamra?

Response (DALLI, JOHN)

M`hemmx żviluppi x`wieħed jirraporta mit-tweġiba li kienet ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 960. L-ispazju fil-bini tad-Dwana huwa ristrett u kif inhu magħruf dana bilkemm hu biżżejjed biex jaqdi l-ħteġijiet ta` l-amministrazzjoni ċentrali tad-Dipartiment tad-Dwana. Dwar xi restawr li jista` jsir f`dal bini storiku d-Dipartiment se jfittex li jressaq dan il-punt quddiem l-awtoritajiet li jistgħu jkunu indikati f`din is-sitwazzjoni.
Leg 9 PQ #3369 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Permessi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-proċeduri biex wieħed jagħmel reklamar fit-toroq bħal streamers, notice boards, billboards, eċċ? X'inhuma r-rati għal dawn? Ir-rati jinħarġu skond il-kobor jew skond il-lokalita' fejn ikunu tqegħdu? Hemm xi kriterji għal dawk li jistgħu jiġu eżentati milli jħallsu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tip ta' reklamar li qed tirreferi għalih l-Onor. Interpellanti hu regolat permezz ta' l-Avviż Legali 171 ta' l-1993 - 'Ordni ta' l-1993 dwar Reklami'. Fost ħwejjeġ oħra l-Avviż Legali jelenka dawk it-tip ta' reklami li m'għandhomx bżonn permess u allura ma jsirx ħlas għalihom. Ninsab infurmat ukoll li r-rati ta' ħlas għal dan it-tip ta' reklamar hu regolat permezz ta' l-Avviż Legali 112 ta' l-1996 - 'Regolamenti ta' l-1996 dwar Rati ta' Taxxi dwar Żvilupp' (Kif amendati bl-Avviż Legali 138 ta' l-1997). Barra minn dawn, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, permezz tal-Policy and Design Guidance - Billboards and Signs, għandha l-linji gwida dwar is-suġġett. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn il-linji gwida. 18.01.99

Impjiegi — CSA's

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ministeru kkonċernat daħħalx CSA's ġodda f'dawn l-aħħar xhur ta' amministrazzjoni? Jekk iva, fejn ġew imqabda jaħdmu? B'liema kriterji ġew magħżula?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Mill-bidu ta' din l-amministrazzjoni sal-lum daħlu jaħdmu C.S.A's ġodda b'kollox 34; 28 minn dawn qegħdin jaħdmu fil-komunita' biex b'hekk inqdew aktar anzjani li kienu qed jistennew is-servizz u anke jimlew il-post ta' 13-il C.S.A.'s l-oħra qed jagħtu s-servizz tagħhom hekk: l fid-Day Centres; 1 fil-Homes; 2 fid-Dipartiment; 1 fir-Residenza ta' San Vinċenz de Paule; 1 fil-Blind Section. Il-kriterji kienu li daħlu dawk li jew kienu diġa C.S.A.'s jew inkella kienu ilhom li applikaw ħafna, saħansitra qabel 1995. Oħrajn daħlu fuq bażi ta' kompattibilta' mal-klijenti. 18.1.99
Leg 9 PQ #3371 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kalaxlokk — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'beħsiebu jagħmel il-gvern bin-nies ta' Kalaxlokk jekk dawn ma jiġux ingaġġati ma' NOVITA'? Xi proposti hemm għal dawn il-ħaddiema?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif spjegajt waqt is-seduta tal-Ħamis 14 ta' Jannar 1999, mea weġibt il-Mistoqsija Parlamentari numru 2881 u d-domandi supplimentari relattivi, l-amministrazzjoni preżenti qed tagħmel l-almu tagħha biex tinstab soluzzjoni ta' xogħol produttiv għall-ħaddiema tal-Kalaxlokk, ħaġa li l-Gvern Laburista jgħkien qata' qalbu li jagħmel.Jiena fiduċjuż li din is-soluzzjoni tinstab għas-sodisfazzjon ta' dawk kollha involuti.
Leg 9 PQ #3394 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tal-Knisja

Question

Jista'l-Ministru jgħid kemm kienet is-somma li tħallset lill-Knisja għall-iskejjel tagħha, sena b'sena, mis-sena 1992 sal-lum?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-somma li tħallset lill-Knisja għall-Iskejjel tagħha, sena b'sena, mis-sena 1992 sal-lum kienet hekk: SENA AMMONT 1992 Lm3,273,961 1993 Lm4,604,000 1994 Lm4,696,736 1995 Lm5,200,000 1996 Lm6,322,405 1997 Lm7,909,000 1998 Lm6,853,747
Leg 9 PQ #3395 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Manutenzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus, sena b'sena, minn 1987 sal-lum għall-maintenance ta'l-iskejjel tal-gvern kollha, primarji, sekondarji, tekniċi eċċ separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #3396 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

Income Tax

Question

Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena minn 1987 sal-lum, kemm inġabru flus mill-Income Tax?

Response (DALLI, JOHN)

Flus mill-Income Tax mill-1987 sal-lum inġabru dawn l-ammonti: Sena Totali Kalendarju Lm 1987 42,999,635 1988 46,740,811 1989 51,128,154 1990 57,291,812 1991 61,737,082 1992 71,353,357 1993 85,115,263 1994 87,852,191 1995 99,757,557 1996 93,307,549 1997 110,539,335 1998 (provisional) 110,266,544
Leg 9 PQ #3397 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Dawl fit-toroq

Question

Jista'l-Ministru jara li jissewwew żewġ bozoz li hemm fit-trejqa ta' Blokk 5 Fuq San Pawl, Bormla? X'inhi r-raġuni għaliex leħen ir-residenti, li għamlu diversi rapporti lil min hu kkonċernat, ma ġiex mismuħ? Jista' l-Ministru jgħid kif se negħlbu din l-isfida, sabiex bozoz maqtugħa fit-toroq ma jdumux ġimgħat qabel ma jiġu rranġati?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li ż-żewġ bozoz li għalihom qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant issewwew. Il-manutenzjoni tal-bozoz issir raħal b'raħal skond roster u għaldaqstant ikun hemm perjodu li wieħed ikun irid jistenna biex bozza partikulari tinbidel. Il-Korporazzjoni Enemalta qed tagħmel kull sforz biex dan id-dewmien jitnaqqas kemm jista' jkun.
Leg 9 PQ #3398 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Bormla

Question

Jista'l-Prim Ministru, li taħtu jaqgħu l-kunsilli lokali, jara li trejqa fi Blokk 5, Fuq San Pawl, Bormla tiġi rranġata peress li tinsab fi stat perikoluż għar-residenti? Jista' l-Prim Ministru jgħid x'isir meta ċerti kunsilli lokali ma jkollhomx il-fondi sabiex jagħmlu ċertu xogħlijiet ta' dan it-tip?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali u fil-qadi tal- funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l-mezzi tagħhom. Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill tal-lokalita billi l- funzjoni li qed jirreferi għaliha, fil-fatt hija waħda mir- responsabbilitajiet tal-Kunsilli.

Djar — Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista'l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' applikanti pendenti (sa l-aħħar tas-sena 1998) għall-akkomodazzjoni alternattiva lokal lokal, kategorija, kategorija mid-Dipartment għall-Akkomodazzjoni Soċjali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Inerpellant. 18.1.99
Leg 9 PQ #3454 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru ta' l-Ambjent — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-persuni kollha li qegħdin jaqdu d-dmirijiet tagħhom fis-segretarjat privat tiegħu u tas-segretarji parlamentari, fejn dan japplika? Għal kull persuna, jista' l-Ministru jindika d-dipartimenti jew azjendi parastatali li ġejjin minnhom, il-grad tagħhom u d-dmirijiet li qegħdin jaqdu bħalissa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-proċess biex jiġu ffirmati l-kuntratti/ftehim tal-persuni li għandhom jaqdu dmirijiet fil-Ministeru tiegħi għadu mhux konkluż. Hawn taħt qed nagħti l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant dwar dawk il-persuni li diġa' ffirmaw il-kuntratt/ftehim. Aktar dettalji fuq ir-responsabbiltajiet assoċjati mal-pożizzjonijiet ta' dawn l-individwi jinsabu fid-dokument 'Engagement of Staff for Private Secretariats' li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fit-2 ta' Novembru 1998. Risposta sħiħa għal din il-mistoqsija u għal mistoqsijiet oħra simili tingħata f'xi seduta oħra. POSITION NAME REMARKS ----------------------------------------- ----------------- Personal Assistant Perit Kevin Gatt Public Officer Private Secretary Joseph Farrugia Public Officer Ass. Private Secretary Michael Aquilina On contract Policy Co-Ordinator Ray Cachia Zammit On contract Office Co-Ordinator Godfrey Fenech Public Officer Secretariat Officer Charles Zammit Public Officer Secretariat Officer Kurt Guillaumier Public Officer Secretariat Officer Ch. Attard Biancardi Parastatal Secretariat Officer Joseph Cachia Public Officer Secretariat Officer Charmaine St John Public Officer Secretariat Member Josephine Abela Parastatal Secretariat Member Dorraine Ruffini Public Officer Secretariat Member Darleen Spiteri Public Officer Driver/Security Officer Joseph Dalmas On contract Driver/Security Officer Julian Sammut On contract Charperson Jesmond Vassallo Public Officer
Leg 9 PQ #3455 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-persuni kollha li qegħdin jaqdu d-dmirijiet tagħhom fis-segretarjat privat tiegħu u tas-segretarji parlamentari, fejn dan japplika? Għal kull persuna, jista' l-Ministru jindika d-dipartimenti jew azjendi parastatali li ġejjin minnhom, il-grad tagħhom u d-dmirijiet li qegħdin jaqdu bħalissa?

Response (REFALO, MICHAEL)

Il-proċess biex jiġu ffirmati l-kuntratti/ftehim tal-persuni li għandhom jaqdu dmirijiet fis-Segretarjat tiegħi għadu mhux konkluż. Qed nehmeż l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant dwar dawk il-persuni li diġa' ffirmaw il-kuntratt/ftehim. Aktar dettalji fuq ir-responsabbiltajiet assoċjati mal-pożizzjonijiet ta' dawn l-individwi jinsabu fid-dokument 'Engagement of Staff for Private Secretariats' li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fit-2 ta' Novembru 1998. Tweġiba sħiħa għal din il-Mistoqsija u għal Mistoqsijiet oħra simili tingħata f'xi seduta oħra. Isem tal-Persuna Fejn kienu qabel Grad Dmirijiet fis-Segretarjat fis-Segretarjat tal-Ministru Anthony J. Cachia Joint Office Senior Principal Private Secretary Charles Micallef Museums Senior Principal Assistant Private St. John Department Secretary Francis The Treasury Senior Principal Ministry Policy Albani Co-Ordinator Maria University Administrative Ministry Office Portelli of Malta Assistant Co-Ordinator John R. Joint Office Principal Secretariat Aquilina Officer Lucienne Camilleri Joint Office Executive Secretariat Officer Officer Vincent Tanti Public Senior Secretariat Broadcasting Tradesman Officer Services Ltd Romina Agius Ministry of Executive Secretariat Cutajar Justice Officer Pool Marie Louise Mediterranean Clerk Secretariat Grixti Conference Pool Centre Audrey Cummings Ministry of Clerk Secretariat Transport Pool and Ports Victor Bray Central Bank Messenger/Driver Secretariat of Malta Messenger John Cardona Central Bank Messenger/Driver Secretariat of Malta Messenger Joseph Bonello Private sector - Driver/Security Officer

Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-persuni kollha li qegħdin jaqdu d-dmirijiet tagħhom fis-segretarjat privat tiegħu u tas-segretarji parlamentari, fejn dan japplika? Għal kull persuna, jista' l-Ministru jindika d-dipartimenti jew azjendi parastatali li ġejjin minnhom, il-grad tagħhom u d-dmirijiet li qegħdin jaqdu bħalissa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Il-proċess biex jiġu ffirmati l-kuntratti-ftehim tal-persuni li għandhom jaqdu dmirijiet fis-Segretarjat tiegħi għadu mhux konkluż. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant dwar dawk il-persuni f`dan is-Segretarjat Privat li diġa ffirmaw il-kuntratt-ftehim. Aktar dettalji fuq ir-responsabilitajiet assoċjati mal-pożizzjonijiet ta` dawn l-individwi jinsabu fid-dokument `Engagement of Staff for Private Secretariats` li tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra fit-2 ta` Novembru 1998. Risposta sħiħa għal din il-mistoqsija u għall-mistoqsijiet oħra simili tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #3457 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-persuni kollha li qegħdin jaqdu d-dmirijiet tagħhom fis-segretarjat privat tiegħu u tas-segretarji parlamentari, fejn dan japplika? Għal kull persuna, jista' l-Ministru jindika d-dipartimenti jew azjendi parastatali li ġejjin minnhom, il-grad tagħhom u d-dmirijiet li qegħdin jaqdu bħalissa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-proċess biex jiġu ffirmati l-kuntratti/ftehim tal-persuni li għandhom jaqdu dmirijiet fis-Segretarjat tiegħi u f'dawk tas-Segretarji Parlamentari fil-Ministeru tiegħi għadu mhux konkluż. Qed nehmeż l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant dwar dawk il-persuni f'dawn it-tlett Segretarjati Privati li diġa' iffirmaw il-kuntratt/ftehim. Aktar dettalji fuq ir-responsabbiltajiet assoċjati mal-pożizzjonijiet ta' dawn l-individwi jinsabu fid-dokument 'Engagement of Staff for Private Secretariats' li tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra fit-2 ta' Novembru 1998. Risposta sħiħa għal din il-mistoqsija u għal mistoqsijiet oħra tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #3458 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-persuni kollha li qegħdin jaqdu d-dmirijiet tagħhom fis-segretarjat privat tiegħu u tas-segretarji paralmentari, fejn dan japplika? Għal kull persuna, jista' l-Ministru jindika d-dipartimenti jew azjendi parastatali li ġejjin minnhom, il-grad tagħhom u d-dmirijiet li qegħdin jaqdu bħalissa?

Response (BORG, TONIO)

Qed nehmeż l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant dwar dawk il-persuni f'dawn iż-żewġ Segretarjati Privati li diġa' ffirmaw il-kuntratt/ftehim. Aktar dettalji fuq ir-responsabbilitajiet assoċjati mal-pożizzjonijiet ta' dawn l-individwu jinsabu fid-dokument 'Engagement of Staff for Private Secretariats' li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fit-2 ta' Novembru, 1998. Risposta sħiħa għal din il-mistoqsija u għal mistoqsijiet oħra simili tingħata f'xi seduta oħra. 18.01.99