Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #2971 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Palazz tal-President — Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sehem qed ikollhom l-awtoritajiet tal-Mużewijiet fis-sorvelja tax-xogħol li qed isir fuq il-fresco tal-Paladini fil-Palazz fejn jiltaqa' il-Parlament? X'xogħol sar s'issa? Xi jmiss isir? X'sigurta' qed ikun hemm fejn qed isir ix-xogħol? Ta min hi r-responsabbilta' tal-post waqt li qed isir ix-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kappella antika tal-Palazz, mibnija mill-Gran Mastru Verdalle - illum magħrufa bħala l-kappella tal-Paladini minħabba l-affreski li għamel fiha dan l-artist, u li kienu gravament iddanneġġati bil-bombardamenti ta' żmien il-gwerra 1940 - 1945 - ilhom fil-ħsieb ta' l-awtoritajiet tal-Mużew minn wara l-gwerra. Fil-fatt, fl-1971 saret investigazzjoni mill-Istituto Centrale del Restauro ta' Ruma. Sar ukoll rapport minn Paolo Mora. Fl-1981 saret investigazzjoni u rapport ieħor minn personnel imqabbad mill-ICROM. Pero' minħabba li l-operazzjoni kienet tirrikjedi grad għoli ta' expertise, kif ukoll ta' equipe li jaħdmu flimkien - li kollox naturalment jirrikjedi finanzjament sostanzjali - dawn iż-żewġ attentati ta' restawr qatt ma mxew il-quddiem iktar mill-istadju ta' l-investigazzjoni preliminari. Fl-1997, il-ko-ordinatur tal-Valletta Rehabilitation Project għamel kuntratt ma' rappreżentant għoli tal-Getty Foundation li wrew interess li jiffinanzjaw proġett ta' restawr artistiku f'Malta. Lura f'Malta, il-ko-ordinatur tal-VRP ikkuntattja lill-Kuratur tal-Mużew ta' l-Arti li mill-ewwel irrakkomanda l-Kappella antika tal-Palazz u l-affreski ta' l-Assedju ta' Matteo Perez d'Aleccio. F'Mejju 1997, wasal Malta Dr Giora Solar (Director - Special Project) tal-Getty Foundation Institute li spezzjona ż-żewġ proġetti proposti. F'Novembru 1997, ġew Malta l-istaff tekniku li eżaminaw mill-viċin iż-żewġ ċikli ta' affreski u għamlu r-rakkomandazzjonijiet tagħhom. Il-Getty Foundation għażlet li tiffinanzja l-proġett tal-Kappella tal-Paladini, u għal din l-operazzjoni ġie kkummisjonat il-Laboratorju tar-Restawr tal-famuż Courtauld Institute f'Londra. Il-proġett ser jitwettaq f'serje ta' kampanji ta' 3 jew 4 ġimgħat għat-tlitt snin li ġejjin, jew aktar skond kif ix-xogħol ikun meħtieġ. Matul l-ewwel fażi ta' din l-operazzjoni, teknikament komplessa ħafna - l-ewwel waħda mid-19 ta' Novembru 1998 sat-18 ta' Diċembru 1998, u l-oħra li ser issir mill-25 ta' Jannar 1999 sad-19 ta' Frar 1999 - hu ppjanat li jsir id-dokumentazzjoni preliminari dwar l-istat fiżiku ta' l-affresk. Rappreżentant tal-Mużew ta' l-Arti ħa parti f'dawn l-indaġini u nżammet ko-ordinazzjoni sħiħa bejn il-VRP, il-Mużew ta' l-Arti, u t-tim mill-Courtauld Institute. Fi Frar 1999, hu ppjanat li ssir konsultazzjoni sħiħa bejn dawn il-partijiet, ibbażata fuq dawn l-indaġini biex jiġu deċiżi d-dettalji tekniċi ta' l-intervent restorattiv. Għal dawn l-operazzjonijiet intalbet Security Clearance kemm mill-uffiċċju ta' l-ispeaker u mill-uffiċċju tal-President. L-Onor. Interpellant bla dubju jifhem li l-iskop ta' din l-operazzjoni kollha hija li tirrijabilita u ssalva ambjent ieħor ta' karattru storiku u artistiku eċċezzjonali fil-Palazz tal-Gran Mastri, li liu mitluq u ddegratat għal dawn l-aħħar mitejn sena.

Msida — Triq Reġjonali - Arbli

Question

Jistgħu jiġu ċċekkjati l-arbli tad-dawl fis-centre strip ta' Triq Reġjonali mill-Imsida għas-Swieqi, peress li hemm arbli msaddin u wħud minnhom mgħawġin għax daħlu karozzi ġo fihom u jidher li hemm perikli li jaqgħu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-arbli li għalihom qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant inbidlu ftit tal-ġranet ilu.
Leg 9 PQ #2975 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

San Pawl il-Baħar — Pompa tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru l-istudji li semma' il-Ministru fit-tweġiba li tani għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2850 dwar il-passi li għandhom jittieħdu biex titneħħa l-intiena ħierġa mill-pompa tad-drenaġġ li hemm ħdejn l-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tad-Drenaġġ qiegħed jinkorpora l-istudju biex tissolva l-problema ta' intejjen li ħerġien mill-pompa tad-drenaġġ f'Tax-Xama ma' tender ieħor biex titkabbar din l-istess pompa. Jekk dan jissokta, il-problemi li jirrigwardaw din il-pompa ikun jistgħu jiġu indirizzati kollettivament.

Tarzna

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għar-riforma tat-Tarzna tal-Marsa biex tissaħħaħ it-tmexxija u l-organizzazzjoni tax-xogħol? Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-proposti li hemm għar-riforma tat-Tarzna tal-Marsa? Min se jmexxi din ir-riforma?

Response (BONNICI, JOSEF)

Sabiex tissaħħaħ it-tmexxija u l-organizzazzjoni tax-xogħol fit-Tarzna tal-Marsa, ser jitwettaq pjan ta' riforma. L-ewwel riformi mistennija li jsiru fl-istruttura tal-management. Għal dan il-għan ser jiġu mpjegati tlett managers eżekuttivi u ser tintalab l-għajnuna tal-konsulenti Norveġiżi li bħalissa jinsabu fit-Tarzna tal-Marsa. Il-pjanijiet dettaljati ta' dawn ir-riformi, li ser jitmexxew mill-Bord tad-Diretturi tal-kumpanija flimkien ma' l-uffiċjali msemmija fuq, għad iridu jiġu finalizzati.

Vapuri ta' Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'irriżulta miż-żjara li żewġ uffiċjali tekniċi kellhom jagħmlu fid-Danimarka biex jiddiskutu l-problema tad-dewmien tad-disinji għall-vapuri ta' Għawdex mal-kumpannija Carl tad-Danimarka? X'passi se jittieħdu biex ix-xogħol fuq il-bini tal-vapuri ma jkomplix jaqa' lura? X'penali hemm għat-Tarzna tal-Marsa jekk ma tlestix il-vapuri fil-ħin miftiehem?

Response (BONNICI, JOSEF)

Bejn is-6 u d-9 ta' Jannar 1999 uffiċjali mill-Malta Shipbuilding u l-kumpanija Gozo Channel żaru d-Danimarka biex jiddiskutu mal-kumpanija Carl Bro l-kwistjoni li hemm dwar id-disinji tal-vapuri t'Għawdex. Il-Bord tad-Diretturi taż-żewġ kumpaniji lokali ġew mitluba jirrevedu l-pjanijiet tax-xogħol fuq il-vapuri bil-għan li jsir aktar progress u x-xogħol ma jkomplix jaqa' lura. Peress li dawn il-pjanijiet għadhom mhux finalizzati, mhinix f'pożizzjoni li nagħti aktar dettalji. Skond il-kuntratt bejn il-Malta Shipbuilding u l-kumpanija Gozo Channel, ma hemmx penali marbutin mad-dewmien fit-tlestija tal-vapuri.
Leg 9 PQ #2978 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Laqgħat ma' sedqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat f'Settembru, Ottubru, Novembru u Diċembru, 1998 bejn sedqa u l-pulizija dwar l-aħjar metodi ta' prevenzjoni li jistgħu jittieħdu ma' adoloxxenti dwar il-kriminalita'? X'kienu l-esperjenzi li ressqu min-naħa tagħhom il-pulizija biex jgħinu jitfasslu inizjattivi ġodda f'dan il-qasam?

Response (BORG, TONIO)

Matul is-sena jsiru diversi laqgħat fejn kemm uffiċjali għolja tas-Sedqa, kif ukoll tal-Pulizija jkunu preżenti. Dawn il-laqgħat jittrattaw diversi suġġetti partikolarment dwar metodi ta' prevenzjoni, dwar l-abbuż u traffikar tad-drogi kif ukoll dwar l-infurzar tal-liġijiet. Saret laqgħa formali f'Ottubru 1998 li għaliha attendew il-Ministri rispettivi. F'dil-laqgħa il-Pulizija ressqu diversi proposti partikolarment dwar il-kundizzjonijiet ġodda li għandhom jirregolaw ir-Rave Parties li l-għan ewlieni tagħhom kienu sabiex jitrażżan l-abbuż u t-traffikar tad-droga. Uħud minn dawn il-proposti ġew diskussi anke f'kumitat tal-Kamra tad-Deputati li għalih attendew uffiċjali ta' Sedqa u l-Pulizija. 18.01.99
Leg 9 PQ #2987 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Mtarfa/Mdina — Bridge

Question

Billi l-bridge ta' bejn l-Imtarfa u l-Imdina fejn hemm l-istazzjon tal-ferrovija l-antika jeħtieġ li ssirlu manutenzjoni strutturali qabel jiġġarraf kompletament u jikkawża xi nċidenti fatali, jista' l-Ministru jinvestiga u jirrimedja bi programm ta' xogħlijiet meħtieġa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li t-Taqsima tax-Xogħlijiet għamlet spezzjoni fuq il-bridge imsemmi li nstab li huwa fi stat strutturali tajjeb iżda jinħtieġ li jsirulu xogħlijiet ta' manutenzjoni li jinkludu: 1. Kisi tat-triq 2. Qtugħ ta' siġar li l-għeruq tagħhom jikkawżaw ħsara fl-istruttura 3. Tikħil tal-fili kollha 4. Rikostruzzjoni tal-'concrete security railing' eżistenti. Minħabba li l-fondi meħtieġa għal xogħol ta' dan it-tip iridu jiġu pprovduti mid-Dipartiment tat-Toroq, it-Taqsima tax-Xogħlijiet ħadet ħsieb tinforma bir-riżultat ta' l-ispezzjoni msemmija lill-istess Dipartiment.

Djar — Talbiet mill-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet mill-kunsilli lokali lid-Dipartiment tad-Djar sabiex isiru lifts fil-housing estate tal-lokal tagħhom? Liema huma dawk il-kunsilli u fiex waslet il-policy li qed ifassal id-dipartiment/awtorita' sabiex testendi dan is-servizz liċ-ċittadini?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma jirriżultax li hemm xi talbiet pendenti magħmula minn Kunsilli Lokali, kif imsemmi mill-Onor. Interpellant, apparti s-suġġeriment li sar mill-Kunsill Lokali tal-Floriana fl-laqgħa li nżammet f'Diċembru 1998. L-Awtorita' tad-Djar qed tiffinalizza Skema għall-installar ta' "lifts" fi blokki tal-Gvern. Meta din l-iskema tkun finalizzata tiġi ppubblikata u minn hu nteressat ser jiġi mitlub japplika. 18.1.99

Marsa — Albertown

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-area ta' Albertown, fil-Marsa tingħata tindifa ġenerali u jsiru l-bankini ġodda?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant jaqa` taħt ir-responsabilta` tal-Kunsill Lokali, għalhekk l-Onor. Interpellant hu mitlub li jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #3041 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Permessi għal rave parties

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn permessi għal rave parties fil-lejl tal-25 ta' Diċembru u l-31 ta' Diċembru u x'kienu l-kondizzjonijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma kellhiex talbiet għall-permessi għal rave parties fil-ġranet speċifikati mill-Onor. Interpellant u għalhekk ma nħarġux permessi. 18.01.99
Leg 9 PQ #3075 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Lotterija Super Five

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1965, jista' l-Ministru jgħid min ibbenefika u kemm kien l-ammont li rċevew, mill-1990 sa Novembru, 1998? Fuq liema bażi jiġu dawn imqassma u min iqassamhom, il-Ministru tal-Finanzi stess jew xi ħaddieħor?

Response (DALLI, JOHN)

Qiegħed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ listi, waħda ta` `Super Five` u l-oħra tal-`Lotto` li juru min ibbenifika u kemm kien l-ammont mill-1990 sa Novembru 1998. Dawn jiġu mqassma wara li ssir talba mis-soċjeta rispettiva u din tiġi ikkunsidrata fuq il-merti tagħha. Dawn id-donazzjonijiet ġieli tqassmu mill-Ministeru u ġieli tqassmu mid-Dipartiment.
Leg 9 PQ #3076 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Swimming Promotion Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal l-istudju għas-set-up ġdid tas-Swimming Promotion Unit?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif ma laħaqx wasalli nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #3077 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ — Rappreżentanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx appuntati t-tlett rappreżentanti ġodda tal-gvern fil-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ? Jekk iva, min huma? Jekk le, meta hemm il-ħsieb li jiġu appuntati?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tlett rappreżentanti tal-Gvern fuq il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ huma Cedric Farrugia, Alessandro Farrugia u Vicky Spiteri.
Leg 9 PQ #3078 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għaqdiet sportivi

Question

B'riferenza għall-aħħar parti tat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 380, jista' l-Ministru jgħid min kienu s-16-il għaqda li bbenefikaw minn għotjiet u kemm ħadu kull wieħed? Tista' l-informazzjoni mitluba tingħata separata skond meta dawn l-għotjiet kienu approvati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għaqdiet imsemmija fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 380 li bbenefikaw minn għotjiet u li kienu approvati qabel il-5 ta' Settembru huma: Sta Luċia Football Club Lm5,200 Għaqda għat-Trobbija tal-Ħut Lm 500 Malta Triathlon Association Lm1,200 B'Kara St Joseph Sports Club Lm1,800 Sliema Wanderers Football Club Lm1.000 Naxxar Local Council Lm3,000 Malta Darts Association Lm 700 Msida St Joseph Lm 600 Valleta United Waterpolo Club Lm 500 Għaqda Żgħażagħ Pawlisti Lm1,000 Alex Borg Lm 500 L-għaqdiet l-oħra li ħadu għajnuna huma: Malta Netball Association Lm2,000 Billiards/Snooker Association Lm1,500 Malta Amateur Athletic Association Lm 40 Mellieħa Athletic Club Lm 500 Malta Amateur Wrestling Association Lm 800 L-għotjiet lil dawn l-għaqdiet kienu approvati wara l-ħatra tas-Segretarju Parlamentari J. Mugliett.
Leg 9 PQ #3079 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma wettaq il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ minn Settembru, 1998 sal-lum?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ kellu tlett laqgħat mas-Segretarju Parlamentari li matulhom ġiet diskussa l-ħidma tal-Kunsill. Din il-ħidma kienet tinkludi: * Organizazzjoni tal-Kampanja Donazzjoni b'Differenza * Għajnuna fl-organizazzjoni tal-Premju Żgħażugħ tas-Sena mnedija mill-Fondazzjoni OASI * Ħruġ ta' stqarrija dwar il-mewt tal-vittmi tad-droga waqt rave parties. Il-KNZ kien ukoll rappreżentat fid- diskussjonijiet li saru mis-Sotto Kumitat Parlamentari għall- Affarijiet Soċjali u ġiet ippreżentata wkoll paper. * Intlaqgħu emendi minn diversi għaqdiet u qed isir xogħol flimkien mad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport bi preparazzjoni għall-Konferenza Nazzjonali dwar il-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ f'Marzu 1999 * Ġie ppreżentat studju dwar iż-Żgħażagħ u l-Qgħad bit-titlu "Id-Dritt tax-Xogħol" waqt l-Assemblea Ġenerali Annwali li għaliha attenda wkoll is-Segretarju Parlamentari * F'Ottubru, l-KNZ organizza l-Evaluation Meeting tal- Mediterranean Youth Forum * Rappreżentanta tal-Kunsill attendiet laqgħa li saret fit- Turkija fejn tat presentations dwar il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ, il-Mediterranean Youth Forum u l-Euro-Med Youth Action Programme * Parteċipazzjoni f'laqgħa li saret Barcellona li matulha saret preżentazzjoni dwar il-European Voluntary Services * F'Ottubru il-KNZ organizza wkoll is-Southern Yuth Councils' Meeting f'Malta * Il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ innomina lill-ex President għall-elezzjonijiet tal-European Youth Forum u dan ġie elett bħala Bureau Member fi ħdan l-istess għaqda.
Leg 9 PQ #3099 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qorti — Trasferimenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998 fost l-impjegati tal-Qorti? Jista' l-Prim Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

B'referenza għall-ewwel u t-tieni parti tal-mistoqsija ta' l-Onorevoli Interpellant, kien hemm impjegat wieħed li ġie ttrasferit mill-Qorti għad-diviżjoni tas-Saħħa fi ħdan il- Ministeru tas-Saħħa mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998 u dan wara talba ta' l-istess impjegat. Dwar l-aħħar parti ta' l-imsemmija mistoqsija parlamentari, s'issa mhux previst li jsiru xi trasferimenti oħra għalkemm id-Dipartiment jikkonsidra kwalunkwe trasferiment skond l- esiġenzi tas-Servizz in ġenerali u ta' l-operat tal-Qrati in partikolari.
Leg 9 PQ #3100 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forsi Armati ta' Malta — Trasferimenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998 fil-Forzi Armati ta' Malta? Jista' l-Prim MInistru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li fil-perijodu msemmi kien hemm sitt postings ta' individwi bejn Reġiment u ieħor fl-Armata. Kien hemm ukoll 38 posting bejn Kumpaniji fl-istess Reġiment, li wieħed minnhom kien jinvolvi ħaddiem pajżan. Bħal ma għidt meta weġibt il-Mistoqsija Parlamentari Numru 441 fil-11 ta' Novembru 1998, il-postings kollha fil- Forzi Armati ta' Malta jsiru fuq bażi regolari, skond il- kundizzjonijiet tas-Servizz tal-Forza Regolari u jieħdu in kunsiderazzjoni l-effiċjenza u l-effettivita ta' l-Armata kif ukoll l-aħjar interess tas-Servizz.
Leg 9 PQ #3101 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Kunsilli Lokali — Trasferimenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998 fid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali? Jista' l-Prim Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998 saru tliet trasferimenti ta' impjegati mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali għal Dipartimenti tal-Gvern oħra. Kull trasferiment sar fuq talba ta' l-impjegati stess. Trasferimenti ta' impjegati minn Dipartimenti tal-Gvern, inkluż id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, jsiru skond l- esiġenzi tas-servizz pubbliku.
Leg 9 PQ #3142 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Korporazzjonijiet — Chairpersons

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma fil-preżent iċ-chairpersons tal-korporazzjonijiet, kumpanniji, entitajiet, banek u tad-diversi bordijiet, eċċ. li jiġu maħtura mill-gvern? Meta ġew maħtura u għal kemm żmien?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jn infurmat li ċ-Chairpersons li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi huma dawn: b'seħħ perijod minn u L-Imħallef Albert - Kummissjoni 16/11/98 5 snin Manche Permanenti Kontra l- Korruzzjoni L-Imħallef Dott - Kummissjoni 1993 indefinit Riccardo Farrugia Permanenti għal Riforma fil-Liġi L-Imħallef Carmel A - Commission for 22/05/98 indefinit Agius Childrens Evidence L-Imħallef Noel Arrigo - Court Advisory 27/05/97 indefinit Commission Is-Sur J R Grima - Malta Information 14/09/98 indefinit Technology and Training Services Ltd Prof David Attard LLD - Malta Maritime 09/10/90 indefinit Jurisdiction Commission - Ċentru ta' 23/02/98 6 snin l-Arbitraġġ ta' Malta Dott Edgar Mizzi LLD - Kummissjoni tal- 1980/81 indefinit Liġijiet Is-Sur Alfred Fiorini - Kumitat tan-Nomini 20/10/98 sa tmiem Lowell (Att dwar Ġieħ ir- l-1999 Repubblika) Is-Sur Stephen - Bord tad-Dixxiplina 25/08/98 sena Sant Angelo tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku Is-Sur Joseph Bartolo - Master Antenna Ltd 11/04/91 indefinit Rigward bordijt u entitajt oħra, nistieden lill-Onor Membru biex jirreferi l-mistoqsijiet tiegħu lill-Ministri responsabbli.