Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #35141 Sitting 783 2002-09-16 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ġnien Argotti — Riabilitazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta wieħed iqis li fadal ammont sostanzjali ta' xogħol ta' restawr u riabilitazzjoni ġewwa l-ġnien tal-Argotti (fil-parti privata hekk imsejħa tal-universita'), x'fondi qed tiproġġetta li talloka l-universita' biex dan ix-xogħol jkun jista' jsir? Għaliex l-universita' qed iżżomm lura milli ċertu xogħol isir mill-ħaddiema fis-sezzjoni tal-manutenzjoni ta' l-universita' stess? Minħabba li jidher li hemm nuqqas sostanzjali ta' ħaddiema manwali u tekniċi għal xogħol li dan il-ġnien jeħtieġ, x'qed tipproġetta li tagħmel l-universita' fl-ingaġġ ta' nies kwalifikati biex jaħdmu f'dan il-ġnien u meta ser jittieħdu passi konkreti biex dan l-ingaġġ isir?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-parti ta' l-Universita` fl-Argotti diġa' sar xogħol estensiv li jammonta għal Lm68,000. Ix-xogħol fuq ir-restawr u reabilitazzjoni ġewwa l-ġnien ta' l-argotti qiegħed ikompli skond il-flus li kienu allokati. L-Universita` qegħda tistenna allokazzjoni għall-flus tas-sena 2003 biex tkun f'pożizzjoni li talloka l-flus għal dan it-tip ta' xogħol għall-Argotti. Is-sezzjoni tal-manutenzjoni ta' l-Universita` għamlet ċertu xogħol fl-Argotti u dan sar skond il-prioritajiet ta' l-Universita`. Qed jiġi kkunsidrat complement ta' nies li għandu bżonn l-Argotti vis-a`-vis mal-flus li se jkunu provduti.
Leg 9 PQ #35142 Sitting 783 2002-09-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

MCAST

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jibqgħalna mill-bini, faċilitajiet u spazju li kellha s'issa l-iskola primarja tax-Xagħra wara li fl-istess bini se jidħol l-MCAST, biex l-iskola tax-Xagħra tkun f'pożizzjoni li jintlaħqu l-għanijiet tal-kurrikulu minimu Nazzjonali li jessiġi ċerti spazji li se jitlef?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l­iskola Primarja tax­Xagħra ser jibqgħalha bini, faċilitajiet u spazju biżżejjed biex jintlaħqu l­għanijiet tal­kurrikulu Minimu Nazzjonali wara li fl­istess kumpless ser jidħol l­MCAST.

Ilma tat-Tisqija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistax jiġi organizzat li siġar u xtieli li hemm f'postijiet pubbliċi, fosthom proġetti ta' toroq ġodda, jiġu msaqqa' bl-ilma b'mod regolari partikolarment fix-xhur sħan tas-sajf?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #35144 Sitting 783 2002-09-16 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Xagħra tal-Furjana

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema xogħlijiet saru fix-Xagħra tal-Furjana matul din is-sena? Liema xogħlijiet huma programmati? Hemmx il-ħsieb li ssir xi applikazzjoni għall-underground car park?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħol li sar fix-Xagħra tal-Furjana jikkonsisti f'reseeding tat-turf u manutenzjoni tal-floodlights. Inxtrat ukoll pompa ta' l-ilma ġdida. Dan ix-xogħol sar bħala parti mill-preparazzjoni għat-tournament tal-Munidavocat. Is-Segretarjat Parlamentari alloka għotja ta' Lm3,500 sabiex sar xogħol estensiv sabiex ġew irranġati d-dressing rooms.

Sigurta' Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min ħadem għal bosta snin fil-Libja u ħallas kontribuzzjonijiet tas-sigurta’ soċjali sew hemm kif ukoll hawn Malta, se jibbenefika minn dan il-ħlas doppja? Il-Libja qiegħda tħallas b’xi mod lil dawn il-ħaddiema Maltin li kkontribwew hemmhekk?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li 'l-ftehim bejn Malta u l-Libja ikopri biss il-kontribuzzjonijiet dwar is-Sigurta' Soċjali u mhux benefiċċji. Mill-1990 kull min ħadem jew qed jaħdem il-Libja ried iħallas il-kontribuzzjoni hawn Malta, jekk ried li jgawdi il-benefiċċji taħt il-Liġi Maltija dwar is-Sigurta Soċjali. Il-Libja tħallas biss benefiċċju dwar korriment lil dawk il-ħaddiema li kkontribwew jew qed jikkontribwixxu hemmhekk jekk korrew fuq ix-xogħol f'dak il-pajjiż.
Leg 9 PQ #35149 Sitting 783 2002-09-16 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tal-Finanzi

Deheb — Dazzju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet ir-rata ta' dazzju fuq deheb u xogħol ta' ġojjelerija tnax-il xahar ilu? Kemm hi llum?

Response (DALLI, JOHN)

Nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rati ta' dazju preżenti fuq deheb u xogħol ta' ġojjellerija. Dawn kienu l-istess tnax-il xahar ilu.
Leg 9 PQ #35150 Sitting 783 2002-09-16 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Kuntrabandu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhu l-valur ta' kuntrabandu ta' deheb u ġojjelerija li nqabbdu mill-pulizija mill-1998 sal-lum kull sena separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma kelliex każi kif imsemmija mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #35154 Sitting 783 2002-09-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qormi — Dar għall-Anzjani

Question

B'riferenza għall-każ ta' l-Onor. s-segretarju parlamentari George Hyzler li jrid iwaqqaf fondazzjoni biex bi sħab man-negozjant Nazzareno Vassallo tinbena dar għall-anzjani f'Ħal Qormi, jista' l-Ministru jgħid meta u kif l-Onor. Hyzler mexa mal-kodiċi ta' etika għal segretarju parlamentari li skond sezzjoni G (l-interessi privati) p16 u 17 huwa obbligat jikseb l-approvazzjoni tal-Prim Ministru?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ma jirrizultax illi l-inizzjattiva li ha s-Segretarju Parlamentari George Hyzler bhala promotur tal-Fondazzjoni imsemmija tammonta b’xi mod ghal xi interess privat fit-termini tas-Sezzjoni G tal-Kodici ta’ Etika ghall-Ministri u Segretarji Parlamentari. In¿id nghid li s-Segretarju Parlamentari kien strumentali fit-twaqqif ta’ fondazzjoni li l-ghan ewlieni taghha huwa inkorporat fl-Art.3 tal-istatut li kopja tieghu qed titpogga fuq il-mejda tal-Kamra. Qabel ma twaqqfet il-fondazzjoni s-Segretarju Parlamentari agixxa ta’ promotur taghha u kiteb lill-Kummissarju tal-Artijiet dwar il-possibilita` li l-arja tac-centru tas-sahha ta’ Hal Qormi tinghata ghall-iskop li tinbena dar ghall-anzjani flimkien mal-privat. Hija politika tad-Dipartiment tal-Artijiet illi talbiet biex art tal-Gvern tigi kunsidrata li tinhareg bil-procedura tas-sejha ghall-offerti ma jigux kunsidrati fin-nuqqas ta’ “outline development permit” mill-MEPA (li huwa essenzjalment qbil fil-principju). Ghalhekk saret l-ap plikazzjoni (PA 01818/02) u sakemm giet trattata, il-fondazzjoni twaqqfet fl-10 ta’ Lulju 2002 meta l-Istatut gie tranzuntat fl-atti tan-Nutar Gerard Spiteri Maempel.

Exiles — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 34923, jista' jieħu l-passi kollha meħtieġa biex issir it-tindif meħtieġ fl-Exiles (fl-inħawi tal-kamra tas-sajjieda) peress li hemm numru ta' postijiet maħmuġa speċjalment bi fdalijiet ta' xogħol ta' kostruzzjoni li sar riċentament?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li t-tindif bejn l-Exiles u s-Surfside qiegħed isir kuljum fuq bażi regolari nkluż is-Sibtijiet u l-Ħdud fis-siegħat bikrin ta' filgħodu.
Leg 9 PQ #35159 Sitting 783 2002-09-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MPO — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid każ b'każ, kemm-il talba saret lill-MPO għal trasferimenti mill-1 ta' Jannar 2001 'l hawn? Jista' jgħid każ b'każ, mil-liema ministeri, dipartimenti u entitajiet saru dawn it-talbiet u f'liema dati? Jista' jgħid każ b'każ, ukoll kemm minn dawn it-talbiet ġew approvati u kemm minnhom ġew rifjutati u f'liema dati sar dan?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi trasferimenti fl-istess Ministeru isiru mis-Segretarju Permanenti tal-Ministeru rispettiv. Trasferimenti minn Ministeru ghal Ministeru iehor isiru mill-MPO. L-informazzjoni li qeghda tigi mitluba, wkoll dik biss ta’ trasferimenti li approva l-MPO, hija voluminuza u tirrikjedi zmien biex tingabar kif mitluba. Izda jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq informazzjoni fuq xi kaz partikulari ta’ trasferimenti li sar mill-MPO u jkun jista’ jaghtina d-dettalji, l-informazzjoni tkun tista’ tinghata minnufih. Jekk it-trasferiment huwa wiehed fl-istess Ministeru u mhux fl-Ufficcju tieghi, nitlob l-Onorevoli Interpellant jindirizza l-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Leg 9 PQ #35160 Sitting 783 2002-09-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Airconditioners

Question

B'riferenza għal mistoqsija 34898, jista' l-Ministru jwieġeb parti mit-tieni paragrafu tal-mistoqsija u cioe', kemm ġew jiswew l-airconditioners il-ġodda, minn fejn inxtraw?

Response (REFALO, MICHAEL)

Infurmat li l-airconditioners u l-impjant li jservi l-ufficini kollha bil-Berga ta’ l-Italia nxtraw minn ghand il-kumpanija Medairco liema kumpanija inghatat it-tender wara sejha pubblika mahruga mid-Dipartiment tax-Xogholijiet. Sal-lum thallas l-ammont ta’ Lm 63, 194.50 u ghad hemm l-ammont ta’ Lm 3,800.08 mizmuma mid-Dipartiment tax-Xogholijiet bhala Retention Money.
Leg 9 PQ #35161 Sitting 783 2002-09-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija 34903, jista' jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema jew ingaġġati konsulenti fil-ministeru, dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Ottubru 1998 'l hawn? Jista' f'kull każ jgħid: Min huma l-persuni li ġew impjegati? X'impjieg jew kariga ingħataw? X'salarju qed jirċievu? F'kull każ meta ġew impjegati? F'kull każ humiex b'kuntratt definit jew indefinit? F'kull każ xi kwalifiki għandhom? Kemm minnhom u min minnhom ġew impjegati wara sejħa pubblika jew interna? Kemm minnhom ġie impjegat mingħajr sejħa pubblika jew interna?

Response (REFALO, MICHAEL)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub mill-1 ta’ Ottubru 1998 · għal dak li għandu x’jaqsam ma’ uffiċjali u konsulenti ma’ l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta · għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-Istitut dwar l-Istudji Turistiċi · dwar uffiċjali impjegati fis-Segretarjat tiegħi u · dwar konsulenti, uffiċjali u labourers (ex-impressed drivers) ingaġġati mad-Dipartiment tat-Turiżmu. Qed inqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-għadd ta’ ħaddiema li ġew impjegati b’kuntratt definit minn Lulju 1998 sal-lum. Seduta 783
Leg 9 PQ #35162 Sitting 783 2002-09-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ħaddiema

Question

B'riferenza għal mistoqsija 34904, jista' l-Ministru jgħid liema xogħol ta' kostitwenza waqt il-ħin tax-xogħol qiegħed jagħmel il-persuna msemmija bħala parti mill-kuntratt li l-Ministru jżomm mal-kostitwenti tad-distret li jikkontesta?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija mghandhiex hinijiet stabiliti ta’ xoghol u tkun “on call” il-hin kollu. Ghalkemm taqdi d-dmirijiet taghha anki fil-weekends u festi ma tithallas ebda “allowances” aktar minn dawk stipulati fil-kuntratt u lanqas hi intitolata ghall-overtime. Ix-xoghol li l-imsemmija persuna taghmel fil-kostitwenza hu dak normali li wiehed jistenna minn ufficjal b’nomina politika f’segretarjat Privat ta’ Ministru.
Leg 9 PQ #35163 Sitting 783 2002-09-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ħaddiema

Question

B'riferenza għal mistoqsija 34905, jista' l-Ministru jgħid jekk is-salarju li qed tirċievi l-imsemmija persuna huwiex ta' projects co-ordinator jew ta' communications co-ordinator?

Response (REFALO, MICHAEL)

Infurmat li ma tezisti ebda differenza fis-salarju bejn dak ta' Projects Co-ordinator u Communications Co-ordinator.
Leg 9 PQ #35173 Sitting 783 2002-09-16 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Ħabs

Question

Jista' il-Ministru jgħid fejn qegħdin jispiċċaw is-sigaretti, videos u l-mobile phones li jinqabdu illegalment fil-pussess ta' priġunier fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-oġġetti kollha li jinqabdu illegalment fil-pussess tal-priġunieri jinżammu fil-kustodja tad-Direttur tal-Ħabs. Jekk il-każ ikun ta` xi sigaretti, li huwa ferm rari, dawn jingħataw lill-priġunieri oħra li ma jkollhomx flus biex ikunu jistgħu jixtru s-sigaretti.
Leg 9 PQ #35180 Sitting 783 2002-09-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

EXPO 2001

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern ħax deċiżjoni dwar lil liema pajjiż ser jagħti l-appoġġ tiegħu sabiex jorganizza l-EXPO 2010? Jista' jgħid jekk kienx hemm kuntatti ma' xi pajjiżi li huma nteressati li jorganizzaw l-EXPO 2010? Jekk iva, jista' jagħti xi dettalji ta' dak li ġie diskuss?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li bħala membru fuq il-Bureau International des Expositions, Malta ser ikollha sehem fid-deċiżjoni dwar liema belt ser tingħata d-dritt biex torganizza l-EXPO fis-sena 2010. Fil-fatt hemm mill-anqas ħamest ibliet li ddikjaraw il-kandidatura tagħhom biex jorganizzaw din l-attivita'. Malta għadha ma ħaditx pożizzjoni dwar lil liema belt ser tappoġġja. Għaldaqstant l-uniċi komunikazzjonijiet konnessi ma' dan is-suġġett kienu esklussivament min-naħa ta' xi wħud mill-ibliet involuti li għamlu rappreżentazzjonijiet dwar il-preparamenti tagħhom biex ikunu jistgħu jorganizzaw l-EXPO kemm il-darba tingħażel il-belt tagħhom.
Leg 9 PQ #35181 Sitting 783 2002-09-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Salarji/Overtime

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 34710, jista' jgħid mis-sena 1998 sal-lum, kemm tħallsu flus, sena b'sena, għal salarji u overtime separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 34710 f'Seduta 782.
Leg 9 PQ #35182 Sitting 783 2002-09-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

EU

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 34717, li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u cioe', b'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija 19834, jista' jgħid jekk il-liġi msemmija ġietx emendata jew le? Jekk iva, dan sar b'liema avviż legali? Jekk le, meta hu maħsub li dan isir?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-Liġi tal-kontroll tat-tipjip tat-tabakk għadha ma ġietx emendata u l-abbozz għad irid jiġi diskuss fil-Parlament.
Leg 9 PQ #35184 Sitting 783 2002-09-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali

Question

B'riferenza għall-mistoqsija 34734, jista' il-Ministru jgħid wara li l-kabinett Nazzjonalista kien iddeċieda li jagħti somma flus lill-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, x'inhi r-raġuni li l-każ għadu quddiem il-qorti, meta dan ħa s-somma li ried?

Response (GALEA, LOUIS)

Ma għandi xejn xi nżid mar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 34734.
Leg 9 PQ #35186 Sitting 783 2002-09-16 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jgħid jistax jieħu passi sabiex jassigura li l-uffiċjal tal-pulizija li d-dettalji tiegħu qegħdin jitbagħtu separatament jidħol għax-xogħol bħal ħaddieħor u dan billi minkejja d-detail officer joħroġ d-detail tiegħu l-ġurnata ta' qabel jibqa' ma jidħolx? Jaf il-Ministru li l-uffiċjal ikkonċernat jidħol biss nhar ta' Ħadd bl-uniformi u ma jersaqx lejn ix-xogħol matul il-ġimgħa? Jaf li dan l-uffiċjal suppost qiegħed special duty fl-għassa kkonċernata mhux jersaq għax-xogħol? Jista' jassigura li d-detail officer ikkonċernat jimponi d-dixxipplina neċessarja biex l-uffiċċjal kkonċernat jidħol għax-xogħol?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-allegazzjonijiet imsemmija mill-Onorevoli Interpellant ġew investigati mis-Supretendent inkarigat mid-Distrett ta` Għawdex, li irraporta li l-membru tal-Korp imsemmi, qed jirraporta għax-xogħol skond ma jkun ordnat.