Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #38425 Sitting 865 2003-02-04 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Impjegati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm impjegati jaħdmu fil-Ministeru tagħha? Xi grad għandhom u x'funzjoni jaqdu? Kemm hemm on loan minn xi dipartiment ieħor? Kemm hemm bil-kuntratt? X'inhu s-salarju tagħhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi l-onorevoli interpellant ghat-twegiba li ta' l-Prim Ministru ghall-mistoqsija Nru. 38415.
Leg 9 PQ #38426 Sitting 865 2003-02-04 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati jaħdmu fil-Ministeru tiegħu? Xi grad għandhom u x'funzjoni jaqdu? Kemm hemm on loan minn xi dipartiment ieħor? Kemm hemm bil-kuntratt? X'inhu s-salarju tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ta l-Prim Ministru għall-mistoqsija Nru: 38415.

Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati jaħdmu fil-Ministeru tiegħu? Xi grad għandhom u x'funzjoni jaqdu? Kemm hemm on loan minn xi dipartiment ieħor? Kemm hemm bil-kuntratt? X'inhu s-salarju tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ta l-Prim Ministru għall-mistoqsija Nru. 38415.
Leg 9 PQ #38428 Sitting 865 2003-02-04 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati jaħdmu fil-Ministeru tiegħu? Xi grad għandhom u x'funzjoni jaqdu? Kemm hemm on loan minn xi dipartiment ieħor? Kemm hemm bil-kuntratt? X'inhu s-salarju tagħhom?

Response (BORG, JOE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ta l-Prim Ministru għall-Mistoqsija numru 38415.

Taxxa tal-VAT

Question

X'inhi r-reazzjoni tal-istrutturi li jaqgħu taħt il-Ministeru u huma responsabbli mill-qasam tal-informatika għall-effetti tat-taxxa tal-VAT fuq is-settur, anki meta mqabbel ma pajjiżi oħra li jeżentaw is-settur mill-VAT u għalhekk huma iżjed kompettittivi anke biex jiġbdu lejhom investiment ġdid?

Response (GATT, AUSTIN)

Għalkemm il-mistoqsija ma' tispecifikax ghal liema prodotti jew servizzi qieghed jirreferi ghalihom l-Onor. Interpellant, ngharrfu illi fl-UE permezz tad-direttiva 2002/38/EC, il-VAT ma' tiġix imposta skond fejn il-prodott jew servizz jinħadem, iżda skond fejn jiġi kkunsmat jew mixtri. Għaldaqstant, il-VAT ma' taffettwa bl-ebda mod il-kompetittivita ta' pajjiż fil-qasam tal-ICT.
Leg 9 PQ #38190 Sitting 864 2003-02-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Importazzjoni ta' prodotti — Introduzzjoni ta' levy

Question

Fil-każ ta' ġobon u butir, jista' l-Ministru jgħid kif l-ewwel intqal lill-poplu li l-prezzijiet fl-UE huma orħos u se jorħsu aktar għaliex se titneħħa l-levy u issa ddaħlet levy fejn ma kienx hemm fuq dawn il-prodotti meta mpurtati minn barra l-UE kif ukoll se joħorġu flus għal sussidji sabiex jissussidjaw il-prezzijiet għoljin ta' dawn il-prodotti mpurtati mill-UE meta llum minn barra pajjiżna jixtruhom diġa' orħos? Għaliex se jiddaħħlu levy u sussidji fuq prodotti li ma nipproduċux la llum u lanqas wara s-sħubija? Kemm fil-fatt huma l-prezzijiet interni u esterni ta' dawn il-prodotti sija meta sar l-istudju fuqhom mill-Istitut ta' Bari u kif ukoll fiż-żmien meta ġew finalizzati n-negozjati?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li Malta nnegozjat biex għal seba’ snin wara s-sħubija Malta tibqa’ timporta l-ħtiġiet tagħha ta’ ġobon u butir bi prezzijiet preferenzjali billi d-differenza bejn il-prezz dinji u dak fl-Unjoni Ewropea tkun issussidjata nofs bin-nofs bejn Malta u l-Unjoni Ewropea. Għar-rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 38118.
Leg 9 PQ #38191 Sitting 864 2003-02-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Importazzjoni ta' prodotti — Introduzzjoni ta' levy

Question

Fil-każ ta' qmuħ u ċerejali, jista' l-Ministru jgħid kif l-ewwel intqal lill-poplu li l-prezzijiet fl-UE huma orħos u se jorħsu aktar għaliex se titneħħa l-levy u issa ddaħlet levy fejn ma kienx hemm fuq dawn il-prodotti meta mpurtati minn barra l-UE kif ukoll se joħorġu flus għal sussidji sabiex jissussidjaw il-prezzijiet għoljin ta' dawn il-prodotti mpurtati mill-UE meta llum minn barra pajjiżna jixtruhom diġa' orħos? Għaliex se jiddaħħlu levy u sussidji fuq prodotti li ma nipproduċux la llum u lanqas wara s-sħubija? Kemm fil-fatt huma l-prezzijiet interni u esterni ta' dawn il-prodotti sija meta sar l-istudju fuqhom mill-Istitut ta' Bari u kif ukoll fiż-żmien meta ġew finalizzati n-negozjati?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li Malta nnegozjat biex għal seba’ snin wara s-sħubija Malta tibqa’ timporta l-ħtiġiet tagħha ta’ qmuħ u ċerejali bi prezzijiet preferenzjali billi d-differenza bejn il-prezz dinji u dak fl-Unjoni Ewropea tkun issussidjata nofs bin-nofs bejn Malta u l-Unjoni Ewropea. Għar-rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 38118.
Leg 9 PQ #38192 Sitting 864 2003-02-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Importazzjoni ta' prodotti — Introduzzjoni ta' levy

Question

Fil-każ ta' ross u whey, jista' l-Ministru jgħid kif l-ewwel intqal lill-poplu li l-prezzijiet fl-UE huma orħos u se jorħsu aktar għaliex se titneħħa l-levy u issa ddaħlet levy fejn ma kienx hemm fuq dawn il-prodotti meta mpurtati minn barra l-UE kif ukoll se joħorġu flus għal sussidji sabiex jissussidjaw il-prezzijiet għoljin ta' dawn il-prodotti mpurtati mill-UE meta llum minn barra pajjiżna jixtruhom diġa' orħos? Għaliex se jiddaħħlu levy u sussidji fuq prodotti li ma nipproduċux la llum u lanqas wara s-sħubija? Kemm fil-fatt huma l-prezzijiet interni u esterni ta' dawn il-prodotti sija meta sar l-istudju fuqhom mill-Istitut ta' Bari u kif ukoll fiż-żmien meta ġew finalizzati n-negozjati?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li Malta nnegozjat biex għal seba’ snin wara s-sħubija Malta tibqa’ timporta l-ħtiġiet tagħha ta’ ross u whey bi prezzijiet preferenzjali billi d-differenza bejn il-prezz dinji u dak fl-Unjoni Ewropea tkun issussidjata nofs bin-nofs bejn Malta u l-Unjoni Ewropea. Għar-rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 38118.
Leg 9 PQ #38196 Sitting 864 2003-02-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Private Secretaries

Question

Jista' l-Onor. Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 37927 u ċioe' fil-preżent kemm hu n-numru ta' kuntratti għal securities privati li għandu l-Ministeru, dipartimenti, kumpanniji, eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru? Kemm kienet iċ-ċifra tas-sigħat u ta' flus li tħallsu għal dawn il-kuntratti matul is-snin 2002, 2001 u s-sena 2000 separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni ħallsu l-ammonti li jidhru hawn taħt dwar kuntratti għall-provvista ta' servizz ta' sicurezza minn ditti privati:- Sena Ammont LM MCST 2002 3,176.36 P.B.S. * 2000 29,802 } 2001 30,473 } 2002 34,672 } Universita' 2000 21,054.88 & 2001 26,622.68 Junior College 2002 34,347.51 MCAST 2001(Nov) 3,960.70 2002 14,233.92 Patrimonju Malta 2001 17,806 (Muż. Nazz. ta' l- 2002 22,601** Arkeologija u ta' l-Arti) Informat ukoll li s-Segretarju Parlamentari għadu kemm iffinalizza kuntratt biex jiġu provduti s-servizzi ta' Security Officer. * F'dawn iċ-ċifri hemm inkluż is-sehem li l-PBS tħallas lill-Awtorita' tax-Xandir għas-servizz ta' Security fl-istazzjon tal-Għargħur. Is-sehem tal-PBS huwa ta' 30% ta' l-ammonti globali li l-Awtorita' tax-Xandir tħallas għal dan is-servizz. ** Ma jinkludix il-ħlas għal Diċembru 2002.
Leg 9 PQ #38201 Sitting 864 2003-02-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Bdiewa — Ċensiment

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' bdiewa li fuqhom sar iċ-ċensiment imsemmi fil-budget ? Kemm minnhom kienu part-time u full-time u kemm Maltin u Għawdxin?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi fiċ-Ċensiment ta' l-Agrikoltura li sar f'Ottubru 2001, f'Malta ġew irreġistrati 1,269 bidwi u rahhal full time u 10,368 bidwi u rahhal part time. F'Ghawdex gew irreġistrati 202 u 2,837 bidwi u raħħal full-time u part-time rispettivament.
Leg 9 PQ #38202 Sitting 864 2003-02-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Għaqdiet — Kooperattivi tal-bdiewa

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 37388 u cioe' jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-għaqdiet/ kooperattivi tal-bdiewa li qablu jew ma qablux mad-dħul ta' 80% mill-produzzjoni tagħhom, jista' l-Ministru jinformani liema kienu l-għaqdiet/kooperattivi tal-bdiewa li qablu u dawk li ma qablux mal-kalkoli ta' Lm80 qliegħ mill-bejgħ tal-prodotti li jipproduċu l-bdiewa?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kif spjegajt fid-Diskors tal-Budget, il-medja ta' 80 fil-mija kienet ibbażata fuq ir-riżultat taċ-ċensiment li sar mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika.
Leg 9 PQ #38333 Sitting 864 2003-02-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skrivana maċ-ċivil

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm applikaw għall-aħħar sejħa ta' skrivani maċ-ċivil? Minn liema lokalita' kienu? Kemm għaddew mir-written exam? Minn liema lokalita' kienu dawk li għaddew? Meta ser isiru l-interviews?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-għażla għall-mili ta’ postijiet ta’ Skrivan fis-Servizz Pubbliku qiegħda titmexxa mid-Dipartiment tal-Eżamijiet fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni u għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli interpellant iressaq id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli.

Fgura — Traffic lights

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta ser jibdew jaħdmu t-traffic lights li saru ma ġenb il-knisja tal-Fgura?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol kollu lest u l-Korporazzjoni Enemalta qegħda fil-proċess li tipprovdi l-istallazjoni tad-dawl. Għalhekk huwa iminenti li dawn id-dwal jinxtegħlu.

Bormla — Dawl fuq iż-zebra crossing

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta ser isir xi dawl fuq iż-zebra crossing li hemm fi Triq Santa Tereża Bormla, peress li ta' spiss qed ikun hemm xi nċidenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Għaddejt is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant lill-Awtorita' dwar it-Trasport biex jaraw x' l-aħjar li jsir.
Leg 9 PQ #38336 Sitting 864 2003-02-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Baċir numru 1 — Vapuri għat-tiswija

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta daħal l-aħħar vapur għat-tiswija fil-baċir numru 1? Issa li għadda dan iż-żmien kollu, jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet konkreti għall dan il-baċir?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-aħħar vapur li daħal fil-baċir numru wieħed kien madwar sena ilu. Tajjeb jingħad li dan il-baċir għandu limitazzjonijiet kbar għat-tiswija tal-vapuri. Huwa ttamat li fi żmien mhux il-bogħod wisq, l-Awtorita' Maltija ta' l-Ambjent u l-Ippjanar toħroġ outline development plan.

Burmarrad — Stima ta' triq

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra meta ser titlesta t-triq li tagħti minn Burmarrad sa Tarġa Gap? Meta suppost li kient ippjanata li tkun lesta? Kemm intefaq s'issa fuq din it-triq? Kemm kienet l-istima sabiex titlesta din it-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Fir-rigward ta' partijiet minn din il-mistoqsija m'għandi xejn xi nżid fuq ir-risposti mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 36507 u 38061. S'issa fit-triq hu stmat li sar xogħol li jammonta għal Lm1,196,000 li minnhom s'issa tħallsu Lm897,000.

Naxxar — Toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta ser tkun lesta t-triq li tagħti mis-Salina għan-Naxxar speċjalment dil il-parti magħrufa bħala t-Telgħa t'Alla u Ommu? Meta kienet ippjanata li kella tkun lesta? Kemm intefaq s'issa globalment? Kemm tħallas s'issa u kemm kienet l-istima oriġinali sabiex it-triq tkun lesta minn kollox?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi l-parti tal-proġett tat-triq li mis-Salina tagħti għan-Naxxar li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant hi ppjanata li titlesta fil-ġimgħat li ġejjin wara li titneħħa s-sistema tat-traffiku tal-one way fit-telgħa ta' Tarġa Gap. S'issa l-kuntrattur tħallas Lm847,000 għax-xogħol f'dan il-proġett. Fir-rigward tax-xogħlijiet li tlestew, dawn huma stmati li jammontaw għal Lm1,130,000. Il-proġett kollu hu stmat li ha jiswa Lm1,690,000.

Kuntratturi — Toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-kuntratturi li qed jaħdmu jew li ħadmu fuq: It-Triq li minn Burmarrad tagħti għal Tarġa Gap? It-Triq li tagħti mis-Salina għan-Naxxar? Jista' jgħid kemm tħallas kull wieħed minnhom s'issa u kemm għad fadallu jieħu kull wieħed? Kemm kienet l-istima oriġinali ta' kull biċċa xogħol? X'inhu ix-xogħol li għamel kull wieħed?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposti mogħtija fil-Mistoqsijiet Parlamentari numri 35050 u 36505.

Kuntratturi — Penali

Question

Jista' il-Ministru jgħid fil-każ tat-triq li tagħti minn Burmarrad għal Tarġa Gap u dik li tagħti mis-Salina għan-Naxxar, separatament kemm, jekk kien hemm, kuntratturi li twaħħlu xi penali minħabba xogħol ħażin, jew li ma sarx fil-ħin etc? Kemm kienet kull penali? Min kien il-kuntrattur?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fil-każ in kwestjoni fejn kien hemm xi xogħol ħażin dan inqala u sar a spejjeż tal-kuntrattur.
Leg 9 PQ #38348 Sitting 864 2003-02-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Sustanzi abbużati — Pulizija u Sedqa

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija numru 37864, jista' il-Ministru jgħid eżattament kemm kienu l-każi? X'kienu l-etajiet f'kull każ? Kemm kienu subien u kemm bniet? X'kienu s-sustanzi li ġew abbużati u dan dejjem fejn daħlet il-pulizija u s-Sedqa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kien hemm tmien studenti bniet u tmien subien li dwarhom kien hemm rapporti ta' suspetti ta' teħid ta' droga minn studenti. L-etajiet varja bejn 13 u 15 il-sena u s-suspett kien dwar ħaxixa jew ecstasy. Il-proċeduri li ttieħdu kienu dejjem skond iċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ u skond il-policy stabbilita fid-dokument ta' Settembru 2001 "Tackling Substance Abuse - Procedures for Schools".