Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn żgħażagħ f'bordijiet governattivi li għandhom inqas minn 30 sena? Minn dawn kemm hemm nisa u kemm irġiel? Kemm hemm minnhom li qed jieħdu xi forma ta' onorarju? Il-Ministru għandu l-ħsieb li jkompli bil-politika tal-Gvern Laburista preċedenti li jinnomina kemm jista' jkun żgħażagħ f'bordijiet governattivi? Jista' l-Ministru jwieġeb dawn il-mistoqsijiet ukoll in kwantu għal nisa fil-bordijiet tal-gvern/korpi parastatali mingħajr l-enfasi ta' l-eta'?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn żgħażagħ f'bordijiet governattivi li għandhom inqas minn 30 sena? Minn dawn kemm hemm nisa u kemm irġiel? Kemm hemm minnhom li qed jieħdu xi forma ta' onorarju? Il-Ministru għandu l-ħsieb li jkompli bil-politika tal-Gvern Laburista preċedenti li jinnomina kemm jista' jkun żgħażagħ f'bordijiet governattivi? Jista' l-Ministru jwieġeb dawn il-mistoqsijiet ukoll in kwantu għal nisa fil-bordijiet tal-gvern/korpi parastatali mingħajr l-enfasi ta' l-eta'?
Response (BORG, TONIO)
In-numru ta' nisa appuntati bħala membri fuq bordijiet u kumitati li jaqgħu taħt il-Ministeru, ta' l-Intern, hu ta' 7.
Fost il-membri ta' dawn il-bordijiet/kumitati hemm żgħażugħ li għandu inqas minn 30 sena. Dan qed jirċievi ħlas bħall-membri l-oħra.
20.01.99
Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd — Bordijiet governattivi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn żgħażagħ f'bordijiet governattivi li għandhom inqas minn 30 sena? Minn dawn kemm hemm nisa u kemm irġiel? Kemm hemm minnhom li qed jieħdu xi forma ta' onorarju? Il-Ministru għandu l-ħsieb li jkompli bil-politika tal-Gvern Laburista preċedenti li jinnomina kemm jista' jkun żgħażagħ f'bordijiet governattivi? Jista' l-Ministru jwieġeb dawn il-mistoqsijiet ukoll in kwantu għal nisa fil-bordijiet tal-gvern/korpi parastatali mingħajr l-enfasi ta' l-eta'?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala pensjonanti ġewwa l-bliet ta' Bormla, Birgu, Senglea u l-irħula tax-Xgħajra u l-Kalkara li jirċievu xi forma ta' pensjoni? Jista' jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli, waħda dwar Pensjonijiet Kontributorji u oħra dwar Pensjonijiet mhux Kontributorji bl-istatistika mitluba mill-Onor. Interpellant.
Ninforma lil Onor. Interpellant li sabiex tinżamm il-kunfidenzjalita' ta' benefiċċjarji li qed jirċievu pensjoni mhux kontributorja bħala persuni b'diżabilita', l-istatistika għal dawn il-ħames lokalitajiet qed tingħata f'daqqa fl-aħħar kolonna tat-tieni tabella.
20.1.99
Jista' l-Ministru jwaqqaf kumitat ad hoc sabiex jistudja l-possibilta' li l-Birgu Fest li sar b'suċċess minn Gvern Nazzjonalista jiġi trasformat f'Kottonera Fest li jinkludi l-bliet ta' Bormla, Birgu u Senglea?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor Interpellant li, bħalma kien indikat fl-okkażjoni ta' l-ewwel edizzjoni tal-Festival tal-Birgu fl-1995, hija l-intenzjoni ta' l-N.T.O.M. li, 'l quddiem, din l-attivita' tkun żviluppata b'mod li tiġi trasformata fil-'Festival tat-Tlett Ibliet'.
Jista' l-Ministru jgħid u jinforma l-Kamra f'liema stadju ta' restawr u konservazzjoni wasal l-proġett marbut ma' Banjijiet Rumani li jinsabu fin-niżla lejn Għajn Tuffieħa?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bħalissa ma hemm għaddej ebda proġett kapitali għall-iżvilupp tal-Bajnijiet Rumani f'Għajn Tuffieħa. Dan hu minħabba li d-Dipartiment tal-Mużewijiet għandu f'idejh numru ta' proġetti oħrajn li qed jimpenjaw ir-riżorsi umani u finanzjarji għal din is-sena.
Minkejja dan, id-Dipartiment qed jieħu passi biex jikkonserva l-fdalijiet ta' mportanza arkeoloġika li jinsabu fuq is-sit.
Jista' l-Ministru jinkariga kumitat ad hoc sabiex jistudja l-possibbilta' li l-Knisja tal-Ħniena ġewwa r-raħal tal-Qrendi tiġi restawrata u sussegwentement miftuħa għall-pubbliku u t-turisti billi hija ta' wirt storiku kbir?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-Ministru talab lill-awtoritajiet responsabbli minnn dan il-wirt sabiex jikkonsidraw il-proposta ta' l-Onor. Membru u jagħmlu r-rakkommandazzjonijiet meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġu mfassla u jittieħdu inizjattivi mal-ministeri l-oħra biex niffaċjaw il-problemi ta' adoloxxenti u żgħażagħ li qabdu minn kmieni ħafna t-triq tal-kriminalita'?
Hemm xi ħsieb li jkollna xi istituzzjoni li taħseb speċifikament għall-bżonnijiet ta' dawn l-adoloxxenti u żgħażagħ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għalkemm diġa' ttieħdu xi inizjattivi tat-tip proposti mill-Onor. Membru, naqbel perfettament mas-suġġeriment li dan huwa qasam li jinħtieġlu aktar ħsieb u aktar attenzjoni.
B'mod aktar speċifiku, l-Aġenzija Sedqa ilha tħoss il-ħtieġa ta' programm għal żgħażagħ li jinqabdu f'rejati kriminali relatati mad-droga w l-alkoħol. Tant hu hekk, li fl-20 ta' Jannar, 1997, kienet bdiet programm jismu SPARK, li l-għan tiegħu kien li jgħin liż-żgħażagħ li jkunu qabdu din it-triq, jirriformaw ruħhom u jiżviluppaw bħala persuni sani u soċjalment sodi.
Il-programm kien jipprovdilhom attivitajiet rikrejattivi, sportivi u edukattivi, sabiex jittrawmu u jittħejjew għall-ħajja xierqa, l-bogħod mill-kriminalita'.
Iżda, minħabba n-numru żgħir ta' żgħażagħ li kienu jiġu riferuti għal dan il-programm, ma' baqax ekonomikament vijabbli li jitkompla, u kellu jitwaqqaf. Issa, minn din is-sena hemm il-ħsieb li jitwettaq servizz ta' 'Prevenzjoni Sekondarja' li fin-natura tiegħu hu intenzjonat li jindirizza l-ħtiġijiet ta' żgħażagħ li jkunu f'riskju w aktar vulnerabbli għal problema tad-droga w alkoħol. Dan is-servizz għandu wkoll jibni fuq relazzjonijiet inter-dipartimentali.
Fl-istess waqt, l-Aġenzija Sedqa għaddejja b'diskussjonijiet mall-Puluzija, bil-ħsieb li 'First Offenders' jiġu offruti servizz speċifikament għalihom.
Barra minn hekk, fuq suġġeriment tal-Bord Konsultattiv dwar it-Tfal u ż-Żgħażagħ, li jittratta ma' każijiet ta' Ordni tal-Ħarsien taż-żgħażagħ, tħejjiet proposta dettaljata dwar il-possibilita' li jiġi mwaqqaf 'Secure Therapeutic Establishment' għas-subien adolexxenti, issa li għall-bniet adoloxxenti diġa' nbeda l-Programm Fejda. Il-bżonn ta' post bħal dan inħass ukoll mill-Qorti tal-Minorenni li esprimiet kemm-il darba d-diffikulta' tagħha x'tista' tagħmel b'ċerti żgħażagħ li jidru quddiemha u li ma tkunx tixtieq li tibgħathom il-ħabs minħabba l-eta' tagħhom.
Hemm bżonn ukoll li tiġi kkunsidrata il-possibilita' li l-Qorti tal-Minorenni tingħata kompetenza usa kif ukoll aktar poteri biex il-ħarsien u l-protezzjoni ta' minuri jkunu aktar salvagwardjati.
19.1.99
Peress li fi stadju ta' kumitat waqt id-diskussjoni tal-liġi tal-VAT il-Ministru tal-Finanzi qal li bid-dħul ta' din it-taxxa se jonqsu sostanzjalment l-ispejjeż ta' l-iskejjel privati, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħjiel li dan se jwassal biex jonqsu l-miżati li jiċċarġjaw dawn l-iskejjel lill-istudenti li jattendu fihom?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li l-'component' ewlieni ta' l-ispejjeż rikurrenti ta' l-iskejjel huma l-pagi u s-salarji ta' l-impjegati, u mhux previst li l-pagi u s-salarji jonqsu, ma jirriżultalix li xi skola privata ser tnaqqas il-miżati.
Jista' l-Ministru jgħid x'kuntatti u x'rapporti saru lill-Ministeru u lill-pulizija mill-għaqda Birdlife Malta dwar abbużi minn kaċċaturi li sparaw fuq speċi ta' għasafar protetti u li daħlu f'santwarji bħal Buskett bejn l-10 ta' Settembru, 1998 u llum?
X'passi ttieħdu wara dawn il-kuntatti u rapporti?
Response (BORG, TONIO)
Saru żewġ laqgħat mal-Birdlife Malta. L-ewwel laqgħa saret fis-17 ta' Novembru, 1998. F'din il-laqgħa ġew diskussi problemi ta' infurzar tar-regolamenti dwar il-kaċċa. Ġiet ukoll diskussa l-possibilita' illi fil-Ħarifa u r-Rebbiegħa, biex jiġu evitati abbużi, tissaħħaħ temporanjament l-A.L.E. f'dawn l-istaġuni. It-tieni laqgħa saret fil-15 ta' Jannar, 1999, mal-Prim Ministru. Għal din il-laqgħa kont preżenti jien ukoll u fiha ġew dikussi suġġetti simili.
Fil-11 ta' Settembru, 1998, sar rapport mill-Birdlife dwar abbuż fil-Buskett fl-Għassa tar-Rabat. Saret inspection mill-Pulizija, iżda r-riżultat kien fin-negattiv.
19.01.99
Jista' l-Ministru jgħid jekk tlestiex ir-rapport mitlub dwar il-ħsarat li ġraw fit-tempju ta' Ħaġar Qim dan l-aħħar?
Jista' l-Ministru jpoġġi kopja ta' dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li r-rapport dwar jil-ħsarat li ġraw fit-tempju ta' Ħaġar Qim dan l-aħħar issa tlesta.
Minn dan ir-rapport, wieħed għandu jifhem li waqt li l-parti mġarrfa tista' tiġi rrestawrata, xorta waħda għad hemm periklu serju li jiġru krolli oħrajn f'setturi oħra tat-tempji megalitiċi, kemm il-darba ma jsirux interventi serji u fil-futur qrib.
Informat ukoll li l-UNESCO diġa' approvat li jingħataw $72,000 mill-fond ta' emerġenza għal siti ta' patrimonju dinji.
Kopji ta' dawn id-dokumenti ser jipoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħabsin li se jiskontaw/jispiċċaw mis-sentenza ta' ħabs matul l-1999, xahar b'xahar?
Kemm minnhom huma nisa u rġiel u żgħażagħ taħt il-35 sena?
X'għajnuna se jingħataw sabiex jintegraw mill-ġdid fid-dinja tax-xogħol?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub dwar il-ħabsin li ser jiskontaw is-sentenza ta' ħabs, xahar b'xahar, matul l-1999, hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Skond kif provdut f'Art 61 (f) tar-Regolamenti tal-Ħabs ta' l-1995, priġunieri li jkunu ser itemmu s-sentenza tagħhom jista' jingħatalhom Leave mill-Ħabs sabiex jaħdmu f'xi mpjieg jew sabiex jirċievu tagħlim jew taħriġ, tul l-aħħar tlett xhur tas-sentenza tagħhom.
19.01.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' barrieri f'Malta u Għawdex li jużaw splussivi skond il-kondizzjonijiet tal-pulizija sabiex ikun assigurat li ma ssirx ħsara lill-art u/jew bini residenzjali fil-madwar?
Kemm-il spezzjoni ssir mill-pulizija u minn min jinvestiga minn żmien għal żmien jekk l-isplussivi kkawżawx danni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li hawn tlieta u għoxrin barriera tal-qawwi f'Malta u erbgħa f'Għawdex li jużaw splussiv għat-tqattiegħ tal-blat. Kull barriera għandha ammont ta' splussiv u numru ta' detonaturi li tista' tuża waqt l-isparar, u dan l-ammont jiġi stabbilit mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, wara li jsiru t-testijiet meħtieġa bi strumenti apposta minn uffiċjali li huma esperti f'dan il-qasam. Dan biex jiġi assigurat illi ma ssir l-ebda ħsara lill-art jew bini ta' madwar. Ninsab infurmat ukoll li uffiċjali ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar jispezzjonaw dawn il-barrieri b'mod regolari.
Meta u jekk jiġu rrapurtati danni lill-Pulizija, issir l-investigazzjoni meħtieġa mill-Pulizija tad-distrett fejn tkun il-barriera, bl-għajnuna tal-Awtorita' ta' l-Ippjanar.
20.01.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' taxis, mini buses u karozzi tat-trasport pubbliku reġistrati matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena f'Malta u Għawdex?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġha fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema maċ-Ċivil li temmew l-impjieg tagħhom matul l-1998? Xi gradi kellhom u f'liema dipartimenti kienu jaħdmu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jiena nfurmat illi bejn Jannar u Novembru tas-sena li għada
kif spiċċat, elf ħaddiem full-time fis-Servizz Pubbliku
temmew l-impjieg tagħhom. L-informazzjoni għax-xahar ta'
Diċembru għada qegħda tinġabar.
Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra skeda bid-dettalji
ta' dawn l-impjegati kif mitlub.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra liema huma dawk l-iskejjel f'Malta u Għawdex li jestendu servizz tal-faċilitajiet ta' l-iskola wara l-ħin skolastiku?
X'għajnuna jitolbu dawn l-iskejjel lid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni sabiex jibqgħu jestendu dan is-servizz għall-komunitajiet u l-għaqdiet rispettivi?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li l-informazzjoni mitluba għadha ma waslitlix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' għaqdiet volontarji, MGO, eċċ li ressqu t-talba tagħhom lid-dipartimenti konċernati li jaqgħu taħt il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni li ma ġewx aċċettati?
X'kienu r-raġunijiet u min kienu l-għaqdiet li ma ġewx mogħtija l-għajnuna?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li kien hemm 12-il għaqda volontarja taż-żgħażagħ li ressqu talba għall-għajnuna lid-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport għall-perjodu bejn Jannar u Ġunju 1999 taħt il-Youth Support Programme u li ma ġewx aċċettati. Informat li r-raġuni prinċipali li ma ġewx aċċettati hija li dawn it-talbiet kienu ta' natura sportiva, kulturali jew kapitali. Kien hemm għaqda minnhom li ġiet mitluba tapplika permezz ta' l-organizazzjoni li tagħmel parti minnha.
L-għaqdiet kienu dawn:
Juventutis Domus Sacra Familia
Għaqda Voluntieri Santa Venera
MUSEUM Subien Żebbuġ
Tony Lawrence Dance School
Malta University Sports Club
Żebbuġ Vikings Football Club
Malta Shotokan Karate International Federation
Għaqda Korali u Orkestrali M. Bambina
Għaqda tal-Konsumaturi
Miriam Cauchi
Kumpanija Teatrali Talent Żebbuġi
Inizjamed.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija u ta' liema rank huma li llum qed jistennew biex jgħaddu proċeduri fil-Qrati Maltin? F'liema stadju wasal kull każ? Fuq liema akkużi qegħdin quddiem il-Qrati? Dawn il-membri tal-Korp tal-Pulizija kollha huma sospiżi mid-doveri tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
20.01.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm twaħħlu bozoz ġodda mill-5 ta' Settembru sal-lum, lokal b'lokal?
Response (BONNICI, JOSEF)
Mill-5 ta' Settembru 'l hawn twaħħlu 87 bozza ġdida mqassmin hekk:-
Kunsill Lokali Numru ta' bozoz installati
Attard 5
B'Kara 8
Għargħur 2
Floriana 1
Ħamrun 4
Isla 3
Kalkara 2
M'Skala 10
Mġarr 6
Mosta 23
Msida 1
Naxxar 2
Paola 5
San Ġwann 1
San Pawl il-Baħar 2
Sta. Venera 7
Tarxien 1
Valletta 1
Żabbar 3