Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, 1998 fid-Dipartiemnt tal-Passaporti? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li, fil-perijodu msemmi fil-Mistoqsija, ma ngħata ebda transfer mill-uffiċċju tal-Passaporti f'Malta, li jaqa' taħt ir-responsabbilita' tad-Dipartiment tar-Reġistrazzjoni Ċivili. Bħal f'kull dipartiment ieħor, transfers minn u lejn dan l-uffiċċju jsiru skond l-eżiġenzi tas-Servizz fiċ-ċirkostanzi prevalenti.
20.01.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, 1998 fil-Korp tal-Pulizija? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (BORG, TONIO)
Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li bejn id-29 ta' Ottubru u l-31 ta' Diċembru, 1998, kien hemm 110 membru tal-Korp tal-Pulizija li tbiddlilhom ix-xogħol tagħhom.
Rigward il-kumplament tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 523 f'Seduta 10.
20.01.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, 1998 fid-Dipartiment ta' l-Immigrazzjoni? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma jeżistix Dipartiment ta' l-Immigrazzjoni fi ħdan il-Ministeru ta' l-Intern.
Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għat-taqsima ta' l-Immigrazzjoni tad-Dipartiment tal-Pulizija, ninsab infurmat li bejn id-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, 1998, kien hemm 18 il-membru tal-Korp tal-Pulizija f'din it-taqsima li tbiddlilhom ix-xogħol tagħhom.
Rigward il-kumplament tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 523.
20.01.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, 1998 fl-Air Malta? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu r-rwol tal-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, fil-Marsa Racing Club u jekk huwiex qed jitħallas? Jekk qed jitħallas, kemm u ta' xiex?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-persuna msemmija tirrapreżenta lid-Dipartiment ta' l-Isport fuq il-Kumitat imsemmi.
Tajjeb jiġi ċċarat li l-Gvern ma joħroġ ebda fondi pubbliċi għall-ispejjeż rikorrenti ta' l-organizazzjoni tat-tiġrijiet taż-żwiemel u m'hemm ebda ħsieb li jsir xi kontribut din is-sena għal dawn l-ispejjeż. Għaldaqstant kwalsiasi ħlas li jsir lil kull min jista' jiġi mqabbad jagħti xi servizz in konnessjoni ma' l-amministrazzjoni ta' dawn it-tiġrijiet isir minn fondi li ma jaqgħux fl-Estimi approvati minn dan il-Parlament.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li minn dawk kollha li applikaw bħala judges fil-Marsa Racing Club, wieħed biss ma ġiex aċċettat? X'kienet ir-raġuni? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' dawk kollha li applikaw bħala judges u lista ta' dawk li ġew magħżula? Min ħa ħsieb li jagħmel l-għażla u fuq liema bażi saret din l-għażla?
Response (GALEA, LOUIS)
Infurmat li ma saret ebda sejħa għall-applikazzjonijiet għall-judges fil-Marsa Racing Club. Il-judges baqgħu l-istess li kienu qabel ħlief għal tnejn li kienu reġgħu daħlu bħala judges fl-1997 wara li kienu tneħħew għal snin twal, u issa ma ġewx konfermati.
Ta' min jgħid li minbarra li jridu jkunu jafu sew ir-regolamenti tat-tiġrija, il-judges irid ikollhom fiduċja sħiħa tal-Kumitat Eżekuttiv, li huwa responsabbli mit-tmexxija tal-Club.
Jista' l-Ministru jgħid kemm qed titħallas il-PRO tal-Marsa Racing Club u jekk hux qed tieħu xi allowances oħra? Kemm huma dawn l-allowances u ta' xiex qed teħodhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi għat-tieni parti tat-tweġiba għall-Mistoqsija numru 3150.
Dipartiment tal-Kultura/Mużewijiet — Skilled workers
Question
Jista'l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm u kien hemm skilled workers jaħdmu ġewwa d-Dipartiment tal-Kultura u Mużewijiet u ta'liema grad u sengħa huma fis-snin 1995, 1996, 1997 u 1998?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li għal dak li jirrigwarda d-Dipartiment tal-Kultura l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru hija kif se nsemmi:
1995 1996 1997 1998
Technical Officer 1 1 1 1
Ass. Technical Officer 3 3 3 3
Senior Tradesman 4 4 4 4
Industrial Group II (men) 19 19 19 19
(women) 2 2 2 2
Industrial Group III 8 8 8 8
Industrial Group IV 3 3 3 3
Gardener 1 1 1 1
Timekeeper 1 1 1 1
Il-lista ta' ħaddiema "Skilled Workers" li kienu/għadhom jaħdmu ġewwa d-Dipartiment tal-Mużewijiet fis-snin 1995, 1996, 1997 u 1998, skond il-grad u sengħa ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm kirijiet u ċnus mogħtija mill-Joint Office lill-pubbliku in ġenerali li ma jaqbżux l-mitt lira (Lm100) bħala ħlas fis-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li, skond Annex 8 (il-lista ta' proprjeta' li l-Knisja għaddiet lill-Gvern), l-Uffiċċju Konġunt għandu 10,248 kirjiet u 13,421 ċnus li ma jaqbżux il-Lm100.
Ninsab infurmat ukoll li l-imsemmija lista hi suġġetta għal numru kbir ta' korrezzjonijiet li jirriżultaw meħtieġa wara verifiki dwar il-proprjeta' elenkata.
20.01.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm snieter u armi oħra maqbuda mill-pulizija u għadhom id-depot? Kemm minnhom ingħataw lura, sena b'sena, fis-snin 1996, 1997 u 1998? Kemm hemm minnhom li għadhom pendenti quddiem il-qorti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li bis-saħħa tax-xogħol li wettqet it-Taqsima ta' l-A.L.E. hemm 38 arma miżmuma mill-Pulizija, waqt li 18 l-arma oħra huma miżmuma in konnessjoni ma' każijiet pendenti quddiem il-Qorti.
L-armi li ngħataw lura wara li kienu miżmuma mill-istess Taqsima kienu kif ġej :
1996 16
1997 133
1998 43
20.01.99
Jista' l-Ministru jgħid x'numru ta'talbiet pendenti hemm għad-dħul fi djar residenzjali għall-anzjani, dar b'dar, u komporat man-numru ta' postijiet f'kull dar? Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti għad-dħul fi djar ta'l-anzjani, minn persuni ġejjien mill-lokalitajiet fit-tieni distrett elettorali, lokal b'lokal?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Numru ta' talbiet pendenti għad-dħul fi djar residenzjali għall-anzjani, dar b'dar. Komparat man-numru ta' postijiet eżistenti f'kull dar:
Talbiet Pendenti: Kemm Tesa':
Floriana 58 47
Gżira 29 32
Mosta 60 67
Msida 161 50
Mtarfa 136 105
Żejtun 128 60
Talbiet pendenti mit-tieni distrett:
Birgu 6
Bormla 13
Fgura 11
Isla 6
Kalkara 1
Xgħajra 0
Żabbar 16
20.1.99
Jista'l -Ministru jgħid lil din il-Kamra, x'inhuma l-proġetti ta' kostruzzjoni mill-Gvern għas-sena 1999, u jista' jagħti wkoll indikazzjoni dwar il-prijoritajiet skond kif jaħseb il-gvern li għandhom isiru?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-Proġetti ta' kostruzzjoni għas-sena 1999 huma dawk li jidhru fl-estimi ġenerali u la darba jidhru hemm hekk huma ta' prijorita' minnhom infushom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn żgħażagħ f'bordijiet governattivi li għandhom inqas minn 30 sena? Minn dawn kemm hemm nisa u kemm irġiel? Kemm hemm minnhom li qed jieħdu xi forma ta' onorarju? Il-Ministru għandu ħsieb li jkompli bil-politika tal-Gvern Laburista preċedenti li jinnomina kemm jista' jkun żgħażagħ f'bordijiet governattivi? Jista' l-Ministru jwieġeb dawn il-mistoqsijiet ukoll in kwantu għal nisa fil-bordijiet tal-gvern/korpi parastatali mingħajr l-enfasi ta' l-eta'?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Fiż-żewġ bordijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-Ministeru għall-Ambjent m'hemmx membri la nisa u lanqas irġiel li l-eta' tagħhom hija ta' anqas minn tletin sena. Fl-istess żewġ bordijiet m'hemmx membri nisa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn żgħażagħ f'bordijiet governattivi li għandhom inqas minn 30 sena? Minn dawn kemm hemm nisa u kemm irġiel? Kemm hemm minnhom li qed jieħdu xi forma ta' onorarju? Il-Ministru għandu l-ħsieb li jkompli bil-politika tal-Gvern Laburista preċedenti li jinnomina kemm jista' jkun żgħażagħ f'bordijiet governattivi? Jista' l-Ministru jwieġeb dawn il-mistoqsijiet ukoll in kwantu għal nisa fil-bordijiet tal-gvern/korpi parastatali mingħajr l-enfasi ta' l-eta'?
Response (REFALO, MICHAEL)
Fuq it-tliet Bordijiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi, jiġifieri l-'Executive Board' tan-'National Tourism Organisation - Malta', il-'Hotels and Catering Establishments Board' u l-'Institute of Tourism Studies', hemm żewġ membri t-tnejn irġiel li għandhom inqas minn tletin sena. Wieħed minnhom għandu rimunerazzjoni.
Jirriżultali li fl-amministrazzjoni ta' qabel fuq l-istess tliet Bordijiet kien hemm tliet membri t-tlieta rġiel li kellhom inqas minn tletin sena.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija nirreferi lil-Onor Membru għat-tweġiba li kont tajtu għall-Mistoqsija tiegħu numru 794 minn fejn jirriżulta li hemm żewġ nisa maħtura mill-Gvern fuq il-'Hotels and Catering Establishments Board' u tnejn oħra fuq il-'Board of Governors ta' l-'Institute of Tourism Studies'.
Ħafna mill-Membri ta' dawn il-'Boards' jiġu nominati minn għaqdiet fis-settur privat iżda sew il-membri żgħażagħ kif ukoll il-membri nisa ġew nominati lkoll mill-Gvern.
Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Bordijiet governattivi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn żgħażagħ f'bordijiet governattivi li għandhom inqas minn 30 sena? Minn dawn kemm hemm nisa u kemm irġiel? Kemm hemm minnhom li qed jieħdu xi forma ta' onorarju? Il-Ministru għandu l-ħsieb li jkompli bil-politika tal-Gvern Laburista preċedenti li jinnomina kemm jista' jkun żgħażagħ f'bordijiet governattivi? Jista' l-Ministru jwieġeb għal dawn il-mistoqsijiet ukoll in kwantu għal nisa fil-bordijiet tal-gvern/korpi parastatali mingħajr l-enfasi ta' l-eta'?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li minn sbatax il-Bord Governativ fid-dikasteru tal-Ministeru ghat-Trasport u Komunikazzjoni hemm biss persuna waħda li għandha anqas minn 30 sena. Din il-persuna, li huwa raġel, jagħmel xogħol ta` sostitut tas-Segretarju tal-Port Disputes Board u ma jieħu ebda remunerazzjoni.
Jien infurmat ukoll li n-numru ta` nisa fl-istess Bordijiet huwa tmienja li seba` minnhom jieħdu xi forma ta` Onorarja.
Ser nipprova nara li fil-Bordijiet imsemmija jkun hemm żieda kemm fin-numru ta` żagħżagħ, kif ukoll fin-numru ta` nisa.