Legislature:
Category:
Reset
Active:

Siġġiewi — Triq Mons. M. Azzopardi - Pelican lights

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar mit-talba li saret mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi għat-twaħħil ta' pelican lights fil-Bypass jew kif inhu magħruf Triq Mons. M. Azzopardi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-approvazzjoni għal żewġ installazzjonijiet ta` `Pelican Lights` fi Triq Mons. M. Azzopardi, Siġġiewi, ġiet mogħtija mill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku lill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi diversi xhur ilu. Il-Kunsill Lokali kellu jitlob ukoll l-approvazzjoni tal-`Planning Authority` għal dawn l-installazjonijiet. Il-Kunsill issa għandu l-permessi kollha neċċessarji, u l-proċess sabiex jitwaħlu dawn il-`Pekican Lights` dan l-aħħar nbeda.

Attard — Mosta Road

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex aktar minn nofs tal-culvert li jaqsam Mosta Road, bejn il-palma u l-iskola ġie magħluq permess tax-xogħlijiet li qegħdin isiru bħalissa? Jaf li minħabba f'hekk jekk tkun ix-xita l-parti l-qadima tar-raħal ta'Ħ'Attard tegħreq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-culvert ġiet spezzjonata u ma jirriżultax li hi mblukkata b`xi materjal iżda parti minnha tgħattit bil-bankina li hija parti mill-proġett li qiegħed jagħmel il-Gvern. Ta` min isemmi li l-ilma li jinżel fi Triq Ħal Warda naqas drastikament u l-periklu li l-parti l-qadima ta` Ħ`Attard tegħreq ġie eliminat.
Leg 9 PQ #2995 Sitting 53 1999-01-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fabbriki

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-fabbriki lokali f'Malta u Għawdex li mistennija jżidu n-numru ta' ħaddiema matul l-1999?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li hemm diversi fabbriki li taw indikazzjoni li għandhom il-ħsieb li jżidu n-numru ta' ħaddiema. L-informazzjoni dettaljata li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant mhux possibli li tingħata minħabba d-dispożizzjonijiet kontemplati fl-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali (Kap 325) għal dak li jirrigwarda l-kunfidenzjalita'.
Leg 9 PQ #2996 Sitting 53 1999-01-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fabbriki

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' fabbriki li mistennija jiftħu matul l-1999? Kemm se jimpjegaw ħaddiema, fabbrika b'fabbrika, u x'se jipproduċu? Kemm hu kkalkolat li jimpjegaw aktar ħaddiema fil-ħames snin li ġejjin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mhuwiex possibli li wieħed jagħti informazzjoni dwar in-numru ta' fabbriki li ser jiftħu matul l-1999 peress li l-proġetti jidħlu għand l-MDC minn żmien għal żmien matul is-sena kollha. Fil-preżent l-MDC għandha sittax-il proġett li qed ikunu kkunsidrati, filwaqt li hemm numru ieħor li jidhru interessati li jissottomettu applikazzjoni. Informazzjoni fabbrika b'fabbrika ma tistax tingħata minħabba d-dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalita kontemplati fl-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali (Kap 325)
Leg 9 PQ #2997 Sitting 53 1999-01-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Koperazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' kunsilli lokali f'Malta u Għawdex li għandhom ftehim ta' koperazzjoni ma' lokalitajiet/kunsilli oħra ta' pajjiżi barranin? X'għajnuna jestendi l-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin f'dan ir-rigward u x'għajnuna tintalab normalment mill-kunsilli lokali għar-rigward ta' dawn il-kuntatti?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li sitt (6) Kunsilli, kollha Maltin, għandhom ġemellaġġ iffirmat u attiv ma' muniċipalitajiet barranin. Tliet (3) Kunsilli oħra wkoll Maltin, għandhom l- approvazzjoni meħtieġa biex jikkonkludu l-ġemellaġġ mixtieq. Il-Kunsilli Lokali normalment jitolbu għajnuna finanzjarja biex isiefru għall-iffirmar tal-ġemellaġġ. Pero la d- Dipartiment tal-Kunsilli Lokali u lanqas il-Ministeru għall- Affarijiet Barranin m'għandhom fondi allokati għal dan l- iskop. Ta' min jgħid li l-Kummissjoni Ewropea toffri għajnuna għal dan il-għan ibbażata fuq ċerti kriterji u l-Kunsilli Lokali, bl-appoġġ tal-Kunsill ta' l-Ewropa, jistgħu japplikaw għal din l-għajnuna.
Leg 9 PQ #2999 Sitting 53 1999-01-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru totali ta' membri fil-Korp tal-Pulizija llum? Kemm minnhom huma nisa? Kemm hemm vakanzi f'kull grad tal-Korp? Meta se jimtlew dawn il-vakanzi?

Response (BORG, TONIO)

Rigward l-ewwel u t-tieni partijiet tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li fil-31 ta' Diċembru, 1998, in-numru totali ta' membri fil-Korp tal-Pulizija u n-numru ta' dawk fosthom li huma nisa, huwa stess kif jidher fit-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1929 f'Seduta 24. Dwar it-tielet parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 2879 f'Seduta 49. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-ewwel parti tat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 3043 f'Seduta 52. 20.01.99
Leg 9 PQ #3013 Sitting 53 1999-01-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Istitut Tekniku M.A. Sapiano

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li applikaw fl-Istitut tekniku M.A. Sapiano biex joqogħdu għall-eżami Applied Information Technology tas-City & Guilds? Kemm hemm għalliema f'dan is-suġġett f'dan l-istitut? Mindu bdiet is-sena skolastika kemm kien hemm lezzjonijiet bla għalliema f'dan is-suġġett f'dan l-istitut?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm 25 student mill-Istitut Tekniku Mikielanġ Sapiano li applikaw biex joqgħodu għall-eżami ta' l-ewwel sena ta' l-Applied Information Technoloġy. Hemm erba' għalliema li jgħallmu suġġetti direttament marbuta mal-kors, filwaqt li hemm ħamsa oħra li jgħallmu suġġetti anċillari f'dan il-kors. Hemm nuqqas ta' għalliem f'wieħed mis-suġġetti. Saru u għadhom isiru tentattivi biex tinstab persuna adatta biex tgħallem dan is-suġġett.
Leg 9 PQ #3014 Sitting 53 1999-01-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Eżamijiet tas-City & Guilds

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li applikaw biex jagħmlu l-eżamijiet tas-City & Guilds fis-sessjoni li ġejja? F'liema suġġetti? Kemm kien hemm studenti f'kull suġġett?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li r-reġistrazzjoni għall-eżamijiet tas-City and Guilds Mejju/Ġunju 1999 kienet bejn it-30 ta' Novembru u l-14 ta' Diċembru 1998. Billi l-proċess kollu ta' reġistrazzjoni għadu mhux konkluż, L-informazzjoni mitluba tingħata hekk kif il-proċess kollu jkun intemm.
Leg 9 PQ #3015 Sitting 53 1999-01-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Eżamijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' studenti li applikaw biex joqogħdu għall-eżamijiet f'Mejju/Ġunju li ġej: a) tas-SEC u tal-Matsec f'livell ordinarju, intermediate u avvanzat; b) ta' bordijiet barranin? Kemm minnhom huma subien u kemm bniet? Kemm minn dawn l-istudenti huma mill-iskejjel: i) ta' l-istat; ii) tal-Knisja; u iii) indipendenti? F'liema suġġetti saru l-applikazzjonijiet u kemm hemm studenti għal kull suġġett differenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li l-proċess ta' l-applikazzjonijiet għadu mhux komplet, it-tagħrif mitlub għadu ma jistax jiġi kompilat.
Leg 9 PQ #3016 Sitting 53 1999-01-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Membri

Question

Matul l-1998, jista' l-Ministru jgħid kemm-il membru tal-pulizija spiċċa minħabba: 1) li laħaq eta' ta' 60 sena; 2) għamel 25 sena servizz jew aktar; 3) li telaq qabel l-eta' ta' 25 sena; u 4) li tkeċċa mill-pulizija? Kemm, f'kull każ, kienu membri nisa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-membri tal-Korp tal-Pulizija li spiċċaw mis-servizz matul l-1998 għar-raġunijiet speċifikati mill-Onor. Interpellant kienu kif ġej : Irġiel Nisa ------ ---- a. bl-eta' ta' 60 sena 7 xejn b. wara 25 sena servizz 33 xejn c. qabel l-eta' ta' 25 sena 5 2 d. tkeċċew 3 xejn 20.01.99

Sigurta' Soċjali — Children allowance

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' familji f'Malta u Għawdex li bbenefikaw miċ-children allowance matul l-1998? Kemm kien in-numru ta' tfal eliġibbli f'Malta u Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' familji f'Malta u Għawdex li bbenefikaw mill-Allowance tat-Tfal matul is-sena 1998 kien ta' 42,581. L-Allowance ġiet imħallsa għan-nom ta' 73,726 tifel u tifla. 20.1.99
Leg 9 PQ #3019 Sitting 53 1999-01-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Inċidenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu n-numru ta' inċidenti rrapportati fl-iskejjel primarji u sekondarji li kienu nvoluti t-tfal/studenti li jattendu l-iskejjel ta' l-Istat? X'natura ta' inċidenti kienu u kemm-il darba ssejħet l-assistenza tat-tobba u/jew l-ambulanza?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' inċidenti li fihom kienu nvoluti studenti u li kien jeħtieġu assistenza medika kienu 147. L-inċidenti jvarjaw minn tfekkik, 'fits', attakki ta' 'asthma' u ksur. Issejjħet l-assistenza ta' tabib 8 Issejjħet ambulanza 9 Issejjaħ tabib u ambulanza 9
Leg 9 PQ #3024 Sitting 53 1999-01-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Lezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jiġbed l-attenzjoni tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni biex l-uffiċjal inkarigat ikellem lill-għalliema, li isimha qed jintbagħat separatament, biex waqt il-lezzjonijiet tagħha ma tagħmilx rimarki partiġjani anti-laburisti ma' l-istudenti tagħha għax żgur mhux mod kif nedukaw lill-istudenti tagħna f'kuxjenza politika sana?

Response (GALEA, LOUIS)

Naqbel li rimarki politikament partiġjani minn għalliema waqt il-qadi ta' dmirijiethom fit-tagħlim ta' kwalunkwe suġġett imorru kontra l-proċess edukattiv u huma ta' eżempju ħażin għall-istudenti. Fil-każ imqanqal mill-Onor. Membru, l-għalliema konċernata tiċħad kategorikament li hi tagħmel rimarki partiġjani anti-laburisti ma' l-istudenti tagħha. Din l-għalliema tgħallem l-Istudji Soċjali li fih tiġi diskussa l-politika iżda mhux b'mod partiġjan. Wieħed irid jikkonsidra wkoll kif l-istudenti jipperċepixxu l-kontenut oġġettiv tal-lezzjonijiet qabel wieħed jasal għal ċertu konklużjonijiet.
Leg 9 PQ #3049 Sitting 53 1999-01-20 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Port Ħieles — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu ħaddiema ġodda mal-Freeport mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

In-numru ta' ħaddiema li daħlu jaħdmu mal-Malta Freeport mill-5 ta' Settembru 1998 sa llum kien ta' tmienja (8).
Leg 9 PQ #3050 Sitting 53 1999-01-20 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Stazzjon tar-radju — Liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-persuni li qegħdin jintalbu liċenzja għal stazzjon tar-radju?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Mistoqsija għandha tiġi riferita lill-Prim Ministru li fid-dikasteru tiegħu hemm l-Awtorita' tax-Xandir.
Leg 9 PQ #3051 Sitting 53 1999-01-20 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Clubs/discos - Ħinijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu t-taħdidiet għar-regolamenti dwar il-ħinijiet tal-clubs u discos f'Paceville?

Response (BORG, TONIO)

Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Soċjali, li saru wara li jien u l-Ministru għall-Politika Soċjali bgħatnilu il-proposti tagħna għad-diskussjoni, intbagħtu lill-uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali biex jingħataw sura ta' Regolamenti b'forza ta' liġi. Ir-Regolamenti jirreferu għal kull post ta' divertiment. 20.01.99
Leg 9 PQ #3052 Sitting 53 1999-01-20 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni taħt l-effett ta' l-alkoħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni li nqabdu jsuqu taħt l-effett ta' l-alkoħol mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u s-6 ta' Jannar, 1999, kien hemm 45 persuna li nqabdu jsuqu taħt l-effett ta' l-alkoħol. 20.01.99
Leg 9 PQ #3053 Sitting 53 1999-01-20 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Vetturi ttowjati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew towed vetturi mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn il-5 ta' Settembru, u l-31 ta' Diċembru, 1998, ġew irmunkati mill-Pulizija 921 vettura. 20.01.99
Leg 9 PQ #3111 Sitting 53 1999-01-20 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — Transfers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, 1998 fid-Dipartiment ta' l-Artijiet? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn id-29 ta' Ottubru u l-31 ta' Diċembru, 1998, fid-Dipartiment ta' l-Artijiet ġie approvat transfer wieħed fuq talba tal-persuna nvoluta. Bħal f'kull dipartiment ieħor, transfers minn u lejn dan id-dipartiment isiru skond l-esiġenzi tas-Servizz fiċ-ċirkostanzi prevalenti. 20.01.99
Leg 9 PQ #3112 Sitting 53 1999-01-20 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Transfers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998 fost il-gwardjani tal-Ħabs? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 477 f'Seduta 16. 20.01.99