Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #3163 Sitting 54 1999-01-21 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Santa Lucija — Triq il-Margeriti - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq il-Margeriti f'Santa Lucija?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba magħmula mill-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3164 Sitting 54 1999-01-21 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Santa Luċija — Triq Kaħwiela - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Kaħwiela, ħdejn is-sub-station, f'Santa Luċija?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba magħmula mill-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3165 Sitting 54 1999-01-21 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Santa Luċija — Triq il-Fortizza - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Fortizza, c/w Triq il-Ġibjun, f'Santa Luċija?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba magħmula mill-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3337 Sitting 54 1999-01-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsa Racing Course — Pont

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jqum il-pont tad-dħul fil-Marsa Racing Course? Ħarġu quotations jew tenders? Jekk iva, min ġie magħżul u għaliex? Jekk ma nħarġux sejħiet għall-quotations jew tenders, min intgħażel u xi ftehim sar?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kumitat tal-Marsa Racing Club kien alloka kuntratt għall-upgrading tal-korsa lil Polidano Group li l-ispiża tiegħu kienet tammonta għal Lm105,000. Din kienet l-aktar offerta vantaġġjuża meta komparata ma' dik ta' Bonniċi Bros li kienu kkwotaw is-somma ta' Lm140,000. Billi kien meħtieġ ukoll li jsiru paddocks u entratura u pont mit-triq għall-korsa ġie deċiż li Polidano Group jiġi fdat ukoll b'dan ix-xogħol. Dan ix-xogħol sewa Lm26,640.
Leg 9 PQ #3338 Sitting 54 1999-01-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Korsa tal-Marsa — Doping tests fuq iż-żwiemel

Question

Jista'l-Ministru jgħid jekk isirux doping tests fuq iż-żwiemel li jieħdu sehem fit-tiġrijiet taż-żwiemel li jsiru fil-korsa tal-Marsa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s'issa għadhom qatt ma saru doping tests fuq iż-żwiemel li jieħdu sehem fit-tiġrijiet. Informat ukoll li l-Kumitat tal-Marsa Racing Club qed jistudja l-possibilitajiet dwar x'jista' jsir.
Leg 9 PQ #3339 Sitting 54 1999-01-21 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Lukandi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal lukandi ġodda, extensions u upgrading ta' lukandi eżistenti? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm kull kategorija mistennija li jkollhom sodod?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-preżent l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għandha quddiemha 41 applikazzjoni pendenti : għal lukandi ġodda (19), estensjonijiet (13), u 'upgrading' ta' lukandi eżistenti (9). Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba għad trid tinġabar. 21.01.99

Żejtun — Triq Minzel - Asfaltar

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta Triq Minzel fiż-Żejtun se tingħata wiċċ bit-tarmac minħabba li hi triq li bilfors trid tgħaddi minnha, speċjalment ir-residenti li joqogħdu fi Triq E. Attard Bezzina?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-isqaq indikat mill-Onor. Interpellant hu sempliċiment passaġġ temporanju u ma jistax jiġi asfaltat. Id-Dipartiment tat-Toroq ser jieħu passi biex tkun tista` tinbena l-biċċa ta` Triq il-Falkunier minn Triq San Klement sa Triq E. Attard Bezzina.
Leg 9 PQ #3356 Sitting 54 1999-01-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Istitut Tekniku M.A. Sapiano

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir dwar dawk l-istudenti ta' l-Istitut Tekniku M.A. Sapiano li għadhom ma bdewx il-kors ta' l-informatika minkejja li waslu biex jagħmlu l-eżami tas-City and Guilds li huwa importanti għall-futur tal-karriera tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kors ta' l-Informatika beda mal-ftuħ tas-sena skolastika. Dan il-kors fih disa' suġġetti u hemm diffikulta' kbira biex jinstab għalliem biex tieħu wieħed mis-suġġetti - Organisation and application of I.T. Għadhom qed isiru tentattivi biex tinstab soluzzjoni fattibbli.
Leg 9 PQ #3358 Sitting 54 1999-01-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Kors ta' l-Awdituri

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'beħsiebu jagħmel b'dawk l-uffiċjali li għaddew mill-kors ta' l-awdituri nterni f'Settembru li għadda u li s'issa ma nħatrux? F'każ li dawn se jiġu maħtura fi ftit żmien ieħor, jista' l-Ministru jgħid ukoll kif beħsiebu jutilizza lil dawn l-awdituri mal-gvern u jekk dawn humiex se jaqgħu dirett taħt il-Ministeru tiegħu? Jekk f'każ li l-għażla saret diġa', huwiex fil-kompitu jew le ta' xi kap ta' dipartiment jew direttur li jżomm xi uffiċjal mill-ħatra ta' awditur intern darba dan għadda mill-kors u ffirma kuntratt?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li preżentement, is-sistema ta` l-awdituri interni ma taqax taħt ir-responsibilita kompleta ta` dan il-Ministeru. Bħal ma hemm provdut fil-Manwal ta` l-Awdituri Interni dan il-Ministeru hu responsabbli, fost oħrajn, għat-taħriġ, organizzazzjoni u l-`monitoring` tas-sistema. Il-ħatriet u `transfers` fis-servizz Pubbliku jagħmel minnhom l-MPO fl-Uffiċju tal-Prim Ministru. It-talba biex dawk l-uffiċjali ġodda li spiċċaw it-taħriġ meħtieġ jiġu maħtura saret u qed tiġi pproċessata. Preżentement l-awdituri interni jagħmlu mas-Segretarju Permanenti tal-Ministeru fejn ikunu maħtura u dan il-Ministeru jara li uffiċjali kkonċernati jkunu qed jaqdu d-dmirijiet tagħhom kif suppost.
Leg 9 PQ #3359 Sitting 54 1999-01-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Assistenti kapijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-iskejjel li sas-7 ta' Jannar, 1999 kienu jinsabu mingħajr il-complement ta' assistenti kapijiet (primarji, sekondarji u total) minħabba d-dewmien fil-pubblikazzjoni tar-riżultat ta'l-intervisti? Kemm hu mistenni li jkun in-numru ta'vakanzi ta' assistent kap sa nofs is-sena skolastika? X'miżuri qed jittieħdu sabiex ir-riżultat ikun ippubblikat u l-vakanzi eżistenti jimtlew mill-aktar fis possibbli?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' skejjel fejn jeżistu 'vacancies' ta' Assistenti kapijiet huma: Skejjel Sekondarji 7 Skejjel Primarji 4 Ħlief fil-każ ta' tliet skejjel primarji u skola sekondarja, dan in-nuqqas kien dovut għaż-żmien meħtieġ biex jiġu appuntati nies f'din il-kariga. In-numru ta' vakanzi ta' assistenti kap sa l-aħħar ta' Frar hu mistenni li jiżdied b'żewġ assistenti kapijiet fl-iskejjel primarji u assistent kap fl-iskejjel sekondarji.

Tarzna — Ħaddiema

Question

Wara li deher tagħrif f'ġurnal lokali li għandha ssir żjara f'Malta ta' rappreżentant ta' Kumpannija Amerikana biex jiltaqa' ma'qraba ta'ħaddiema tat-Tarzna li mardu bil-kanċer minħabba li ħadmu qalb l-asbestos, jista'l-Ministru jgħid: (1) meta ġej dan ir-rappreżentant; (2) kif se jsir il-ġbir tat-tagħrif dwar il-ħaddiema li spiċċaw vittma ta' l-asbestos; u (3) x'se jsir dwar it-tagħrif miġbur?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li f'Marzu tas-sena l-oħra, t-Taqsima Tarznari tal-G.W.U. kellha kuntatti ma' persuna Irlandiża biex din tressaq talba lill-awtoritajiet fl-Amerka għal kumpens finanzjarju lil dawk il-ħaddiema tat-Tarzna li f'xi żmien ħadmu fuq vapuri Amerikani u spiċċaw vittmi ta' l-asbestos. Id-dettalji, kemm dwar dawk li mietu kif ukoll li għadhom ħajjin, anke jekk m'għadhomx fl-impjieg, qed tinġabar mill-imsemmija Taqsima u dawn ser jiġu mgħoddija lir-rappreżentant Irlandiż meta dan iżur Malta, fil-ġranet li ġejjin.
Leg 9 PQ #3361 Sitting 54 1999-01-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Studenti ta' l-Inġinerija

Question

Jista' l-Ministru jara jekk jistgħux jittieħdu passi urġenti biex l-istudenti universitarji ta' l-Inġinerija li waslu biex jagħmlu l-eżamijiet finali jkollhom dawn l-eżamijiet imqassma fuq tliet ġimgħat bħas-sena li għaddiet u mhux fuq 12-il ġurnata kif hemm maħsub għal din is-sena peress li din il-konġestjoni esaġerata toħloq tensjoni bla bżonn lill-istudenti?

Response (GALEA, LOUIS)

L-istudenti kkonċernati kienu ressqu l-każ għall-konjizzjoni tiegħi u jien kont tlabt lill-Universita' biex tara jekk kienx hemm lok li t-talba ta' l-istudenti tkun milqugħa. Jien infurmat li t-talba ta' l-istudenti ġiet diskussa fit-tul fl-aħħar laqgħa tas-Senat u kien hemm konsensus li, l-aktar għal raġunijiet edukattivi, it-talba biex l-eżamijiet ikunu mqassma fuq tliet ġimgħat ma kellhiex tintlaqa'. B'danakollu s-Senat qabel li jikkonċedi li l-eżamijiet isiru fuq tnax-il ġurnata, minflok fuq disat ijiem kif inhu l-każ għall-bqija ta' l-istudenti fl-Universita'. Fost il-konsiderazzjonijiet li qies is-Senat biex wasal għal din id-deċiżjoni kien hemm li: 1. kull ġimgħa ta' eżamijiet tfisser ġimgħa anqas ta' tagħlim; 2. eżamijiet mifruxa fuq perjodu twil jitenta lill-istudenti jħallu l-istudju għall-aħħar ġranet qabel l-eżami, fattur li jwassal għal iffullar bl-ammont ta' l-istudju (cramming); 3. tminn jew disa' eżamijiet fuq tnax-il ġurnata ma ġewx meqjusa li għandhom joħolqu xi pressjoni żejda fuq l-istudenti. Nemmen li l-Onor. Interpellant jaqbel li l-Ministru m'għandux jagħmel pressjoni biex tinbidel deċiżjoni li s-Senat ikun ħa wara deliberazzjoni xierqa u għal raġunijiet edukattivi u akkademiċi.

Benefiċċji soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li fl-aħħar ġimgħat tnaqqset l-għajnuna soċjali lill-persuna minn Tas-Sliema li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament peress li dan it-tnaqqis qed joħloqilha problemi serji?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-persuna kkonċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tal-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali. 21.1.99

Djar — Lifts

Question

B'riferenza għall-policy ġdida li l-Gvern qed ifassal sabiex jiġu stallati lifts ġodda fil-Housing Estate, jista' l-Ministru jinformani kemm saru laqgħat mill-5 ta' Settembru, 'il hawn dwar din il-policy? Ma' min saru dawn il-laqgħat, x'ġie diskuss u meta huwa pproġettat li l-gvern jwettaq din il-policy? Huwa f'pożizzjoni l-Ministru li jgħid meta se jiġu stallati l-lifts fil-Housing Estates tal-Mellieħa, Mġarr, San Pawl il-Baħar u tar-Rabat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fit-3 ta' Novembru 1998, saret l-ewwel laqgħa tiegħi mal-Bord il-ġdid ta' l-Awtorita' tad-Djar. L-iskop ta' dik il-laqgħa kien biex l-Awtorita' tibda proċess ta' revizjoni ta' skemi u inizjattivi ġodda fil-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali f'pajjizna, nkluz skema għall-istallazzjoni ta' lifts fi Blocks tal-Gvern. Minn dak in-nhar, il-Bord ta' l-Awtorita' tad-Djar żamm diversi laqgħat u ddiskuta skema gdida li hi maħsuba li tiġi implimentata f'fażijiet differenti. Għalkemm id-deċiżjoni finali għada ma tteħditx, x'aktarx li l-ewwel fażi tkun miftuħa għal bini li jinsab fi bliet u rħula fejn teżisti l-akbar problema ta' akkomodazzjoni soċjali. Dettalji oħra jitħabbru fiż-żmien opportun. 21.1.99
Leg 9 PQ #3374 Sitting 54 1999-01-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Rabat — Lunzjata - Spluzzjonijiet

Question

Peress li l-ilmenti minn residenti tal-Lunzjata, l/o Rabat dwar l-isplużjonijiet u l-inkonvjent kawżat mill-attivita' tal-barriera fl-inħawi żdiedu sostanzjalment, tant li taqtiegħ tal-blat avvanza sew lejn il-bini residenzjali u dan b'detriment li qed jikkawża ħsara fil-bini u ħsarat estensivi fil-gwiebi u kanali ta' l-ilma tal-bdiewa fl-inħawi, jista' l-Ministru jinvestiga s-sitwazzjoni u jara li tiġi rrispettata l-liġi u d-drittijiet tar-residenti tal-Lunzjata?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-qtugħ tal-blat bl-esplussiv fil-barrieri jiġi mmoniterjat mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, permezz ta' apparat li jkejjel il-qawwa tal-vibrazzjoni (peak particle velocity) li tiġi kawżata mill-esplussiv. Ninsab infurmat ukoll li minn dan il-monitoring jirriżulta li l-qtugħ kollu ta' blat li sar sa issa, fil-barriera li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, dejjem kien fil-limitu stabbilit mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar skond standards internazzjonali u ma kienx ta' ħsara. 21.01.99
Leg 9 PQ #3375 Sitting 54 1999-01-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Dipartiment ta'l-Agrikoltura — Sistema ta'laboratorji

Question

Peress li d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura jenħtieġ sistema ta' laboratorji speċjalizzati sabiex ikunu jistgħu jiġu ntejba s-servizzi xjentifiċi li jagħti lill-bdiewa, jista' l-Ministru jinformani lill-Kamra bil-programm tal-Gvern sabiex jegħleb din il-problema tad-dipartiment? Se jsir l-investiment meħtieġ sabiex id-dipartiment ikun jista' jissokta bl-Agri Eco Survey?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ġew allokati LM15,000 għall-1999 sabiex jitjiebu l-faċilitajiet tal-Laboratorju tal-Kimika Agraria. Id-Dipartiment qed jissokta bl-Agro Ecological Survey. Dan jikkuntrasta maż-żmien li kien Ministru l-Onorevoli Interpellant, meta ma kienu allokati l-ebda fondi speċjali għal dan il-għan, iżdafl-1997 kienu jittieħdu mill-vot ġenerali tad-Diviżjoni tal-Kura tal-Pjanti għal ħtiġijiet komuni. Fl-1998 kienu ittieħdu ukoll LM950.74 mill-vot kapitali tal-Farm Sperimentali. Qed jitħejja ukoll proġett sabiex il-Laboratorju tal-Kimika Agraria jiġi attrezzat kif jixraq.
Leg 9 PQ #3376 Sitting 54 1999-01-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Industrija tal-Laħam

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm huwa kkalkolat li l-Industrija lokali pproċessat laħam, taċ-ċanga, tal-majjal u tat-tjur matul l-1997 u l-1998?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-laħam li nxtara mill-biċċerija mill-proċessuri fis-snin 1997 u 1998 kien skond kif jidher hawn taħt. LAĦAM TAĊ-ĊANGA 1997 290 metric tons 1998 216 metric tons L-industrija tat-tjur ħadmet il-produzzjoni kollha tul dawn is-sentejn, jiġifieri 5525 tunnellata fl-1997 u 6148 tunnellata fl-1998. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba dwar il-laħam tal-majjal tinżamm mill-KIM (Kooperattiva ta' min Irabbi l-Majjali) u mhux mid-Dipartiment tas-Servizz Veterinarju.
Leg 9 PQ #3377 Sitting 54 1999-01-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Beef Intervention Scheme — Tender

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien il-prezz tat-tender tal-laħam tal-Beef Intervention Scheme f'dawn l-aħħar erba' snin, sena b'sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

It-tender tal-laħam tal-BIS nħarġet biss fis-sena 1998, fejn il-prezz kien ta' 78cents kull kilo. Fis-snin ta' qabel, il-laħam kien jinbiegħ direttament lill-proċessur interessat bi prezz ta' 65cents, liema prezz kien kompetittiv ma' dak tal-laħam impurtat.
Leg 9 PQ #3412 Sitting 54 1999-01-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Towing ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ittowjati karozzi xahar b'xahar minn meta daħlet fis-seħħ? Jista'l-Ministru jgħid ukoll minn liema lokalita' ġew towed?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 21.01.99
Leg 9 PQ #3413 Sitting 54 1999-01-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bormla — Ground

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 2241?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li nhar it-Tnejn 14 ta' Diċembru 1998 tkompla x-xogħol tat-twaħħil tal-fencing wara li tqiegħdu l-pajpijiet meħtieġa. Ix-xogħol li fadal hu antiċipat li jdum tlett ġimgħat.