Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #3966 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Kanen ta' l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-Water Services Corporation għandha l-ħsieb li tbiddel xi kanen antiki li hemm fejn Cuschieri Street, B'Kara peress li l-kondizzjoni tal-kanen preżenti qed joħolqu inkonvenjent kbir għar-residenti tat-triq?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #3967 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — B'Kara

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid taħt liema titolu legali l-Kunsill Lokali ta' Birkirkara se jidħol fiċ-Ċentru Ċiviku?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali Birkirkara qiegħed f'diskussjoni mad-Dipartiment ta' l-Artijiet fuq kif dan iċ- ċentru ser jiġi amministrat. Għaldaqstant għadha ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni dwar it- titolu legali.

Pensjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna minn San Gwann li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament hijiex tieħu l-pensjoni kollha li ħaqqha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li l-każ li għalih għamel referenza l-Onor. Interpellant ġie nvestigat u nista' nikkonferma li r-rata tal-pensjoni mħallsa fil-każ hija korretta u li l-persuna kkonċernata ġiet nfurmata wkoll dwar dan.

Djar — Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-file no. H 14402, fejn l-applikanti qed jistennew akkomodazzjoni alternattiva?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-applikazzjoni indikata qiegħda tiġi kkunsidrata flimkien ma' l-oħrajn kollha li hemm pendenti, u fid-dawl tan-numru limitat ta' postijiet li jkollu d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.
Leg 9 PQ #16 Sitting 54 1999-01-21 Written · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — San Gwann

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema toroq ġewwa San Gwann se jiġu rranġati mill-kunsill lokali din is-sena?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet jaġixxu skond il-prioritajiet, esiġenzi u l-mezzi tagħhom. Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi għaliha, fil-fatt hija waħda mir-responsabbiltajiet tal-Kunsilli.
Leg 9 PQ #17 Sitting 54 1999-01-21 Written · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Gżira

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema toroq ġewwa l-Gżira se jiġu rranġati mill-kunsill lokali din is-sena?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet jaġixxu skond il-prioritajiet, esiġenzi u l-mezzi tagħhom. Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi għaliha, fil-fatt hija waħda mir-responsabbiltajiet tal-Kunsilli.
Leg 9 PQ #18 Sitting 54 1999-01-21 Written · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Msida

Question

Jista' l-Prim MInistru jgħid meta se tiġi rranġata Conception Street, u St. Louis Street, Msida mill-kunsill lokali?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet jaġixxu skond il-prioritajiet, esiġenzi u l-mezzi tagħhom. Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi għaliha, fil-fatt hija waħda mir-responsabbiltajiet tal-Kunsilli.
Leg 9 PQ #1059 Sitting 54 1999-01-21 Oral · Final From: ANTHONY ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — File No. PA 4817/96

Question

Jista' l-Ministru jispjega kif ħareġ permess tal-bini fuq File No. PA 4187/96 li jinkorpora fih li jinqala' t-taraġ tal-Gvern li mit-Triq tal-Vecca jinżel sa fuq il-moll u fejn se jintuża taħt it-taraġ u dan meta l-bini mhux proprjeta' tal-persuna li applikat imma li hu mikri u liema sidien ma ġiex riferut lilhom u lanqas hemm il-kunsens ta' l-amministratur ta' l-eredita'? Oltre dan, jaħseb il-Ministru li l-mod kif inħareġ il-permess ma kienx regolari u li bil-mod kif ħareġ se jkun diskriminatorju u ta' detriment għad-drittijiet tas-sidien tal-bini sovrapost u viċin? Oltre dan ukoll, se jingħalaq sqaq pubbliku.

Response (BORG, TONIO)

Minn informazzjoni li għandha l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, l-applikazzjoni fuq is-sit deskritt mill-Onor. Interpellant hija PA 4817/96 li ġiet sottomessa fit-12 ta' Awissu, 1996. Jien nfurmat li f'din l-applikazzjoni l-applikant iddikjara li l-art hija proprjeta' tal-Gvern u għalhekk id-Dipartiment tal-Artiijiet ġie kkonsultat fil-25 ta' Novembru, 1996. Wara 'reminder' fl-20 ta' Mejju 1997, id-Dipartiment tal-Artijiet wieġeb li joġġezzjona għax-xogħolijiet għax l-applikant ma applikax għal permess mingħand l-istess Dipartiment. Wara aktar korrispondenza rriżulta li l-art li kienet proprjeta' tal-Gvern kien taraġ pubbliku, li l-applikant ried jibni store taħtu, iżda l-limitu li ried juża' l-applikant ma kienx delinejat preċiż. Fl-ittra mid-Dipartiment tal-Artijiet ta' l-24 ta' Ġunju 1997, l-Awtorita' ġiet infurmata li l-linja tal-proprjeta' pubblika li seta' juża l-applikant kienet se tiġi determinata meta joħroġ il-permess għal 'encroachment'. Fid-19 ta' Novembru 1996, l-Awtorita' kienet irċeviet oġġezzjoni dwar din l-applikazzjoni minn terzi persuni peress li x-xogħol kien se jsir fuq art pubblika u fuq proprjeta' tagħhom. Fis-27 ta' Novembru 1996 l-applikant intalab jibgħat prova li hu kien is-sid tal-art. Fit-13 ta' Frar 1997 bagħat applikazzjoni ġdida, flimkien ma' dokumenti legali oħra, fejn fiha informa lil Dr. K. Mifsud Bonnici bħala amministratur ta' l-art li kien ser isir ix-xogħol. Fil-15 ta' Settembru 1997, Dr. Mifsud Bonnici kiteb lill-Awtorita' u nfurmaha li kien qed jagħti permess lill-applikant biex isir ix-xogħol. Fil-25 ta' Marzu, 1998, il-Kummissjoni għall-Kontroll ta' l-Iżvilupp approvat l-applikazzjoni bil-kundizzjoni li l-aċċess għall-pubbliku jibqa' garantit wara li jitlesta xogħol u li l-applikant irid iġib permess mingħand is-sidien kollha tal-art u li l-permess ma jorbotx lis-sidien bl-ebda mod. 21.01.99
Leg 9 PQ #1132 Sitting 54 1999-01-21 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru ta' l-Intern

Żurrieq — Triq Ta' Ciantar - Zona industrijali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fi Triq Ta' Ciantar, fiż-Żurrieq hemmx xi area li hija meqjusa bħala zona/area industrijali? Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' permessi nħarġu f'din it-triq? Jista' l-Ministru jgħid jekk qatt ġietx liċenzjata f'azjenda sabiex jiġi manufatturat ravjul, tortellini, lasagna u xogħol ieħor ta' l-għaġin?

Response (BORG, TONIO)

Rigward l-ewwel u t-tieni partijiet tal-Mistoqsija ninsab infurmat li ma hemm l-ebda area jew żona delineata għall-industrija fi Triq Ta' Ciantar, Żurrieq. Ninsab infurmat ukoll li fl-24 ta' Lulju, 1994, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ħarġet permess għall-bdil ta' użu minn garage għall-użu ta' confectionery fl-imsemmija triq. Tweġiba għall-aħħar parti tal-Mistoqija diġa' ngħatat f'Seduta 11 tas-16 ta' Novembru, 1998. 21.01.99

Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali — Inċidenti fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rrapportati inċidenti fuq il-post tax-xogħol lid-Diparitment tas-Sigurta' Soċjali bejn il-5 ta' Settembru u l-aħħar ta' Diċembru, 1998? Kemm kienu nisa u rġiel? Kemm kien in-numru ta' inċidenti fatali li sofrew il-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol u x'investigazzjonijiet isiru mid-dipartimenti f'ċirkostanzi bħal dawn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali rċieva, bejn il-5 ta' Settembru 1998 u l-31 ta' Diċembru 1998, 1446-il talba għal benefiċċju tal-korriment li 143 saru minn nisa u 1303 minn irġiel. Id-Dipartiment tax-Xogħol sar jaf, jew kien infurmat b'ħames inċidenti fuq il-post tax-xogħol li kkaġunaw fatalita'. F'ċirkustanzi bħal dawn, l-Ispetturi tat-Taqsima tas-Saħħa u s-Sigurta' tad-Dipartiment tax-Xogħol jagħmlu dawk l-investigazzjonijiet indikati biex tiġi stabbilita l-kawża tad-diżgrazzja. Dawn l-investigazzjonijiet isiru skond l-Att numru VII tal-1994, u jsiru separatament minn kwalunkwe Nkjesta Maġisterjali li tkun qed issir fl-istess ħin. 21.1.99

Maltacom — Transfers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, 1998 fil-Maltacom? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

MDC — Transfers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, 1998 fl-MDC? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-perjodu msemmi ma sarx trasferiment ta' ħaddiema fil-Malta Development Corporation. Rigward trasferimenti fil-futur, dawn isiru meta u jekk ikun meħtieġ.
Leg 9 PQ #3119 Sitting 54 1999-01-21 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

ITS — Transfers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, 1998 fl-ITS? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li ma saru l-ebda 'transfers' mill-'Institute of Tourism Studies' fil-perjodu msemmi fil-Mistoqsija.

Enemalta — Transfers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, 1998 fil-Korporazzjoni Enemalta? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-perjodu imsemmi saru 15-il trasferiment fil-Korporazzjoni Enemalta għar-raġunijet segwenti:- 2 wara li ħadu ħatra fi grad għola 2 wara li rritornaw wara perjodu jaħdmu f'dipartiment tal-Gvern 3 biex jimtlew vakanzi li nħolqu 3 fuq talba tagħhom stess 1 wara deċiżjoni dixxiplinarja 3 minħabba esiġenzi tas-servizz 1 minħabba kundizzjoni ta' saħħa Trasferimenti futuri jsiru skond l-esiġenzi tal-Korporazzjoni.

MIA — Transfers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, 1998 fil-Malta International Airport? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Matul il-perjodu msemmi, fil-Malta International Airport saru dawn it-trasferimenti: Żewġ Airport Attendants intbagħtu jaqdu d-doveri tagħhom relatati għall-grad li għandhom. Żewġ Security Assistant, minbarra x-xogħol normali tagħhom, ġew trasferiti biex jaqdu wkoll id-doveri ta' xufiera maċ-Chairman. Il-Manager Human Resources irritorna biex jaqdi d-doveri relatati għall-grad tiegħu wara li fl-4 ta' Awissu 1998 kien ġie trasferit biex jaqdi d-doveri relatati għall-grad ta' Manager Procurement & Supplies. Kull trasferiment li jista' jsir fil-futur ikun skond l-esiġenzi u l-ħtiġijiet tal-Kumpanija.
Leg 9 PQ #3155 Sitting 54 1999-01-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Marsa, bini ta' kamra

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx permess tal-bini maħruġ mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar għal kamra li qed tinbena u li tagħti għal ġo Racecourse Street, Marsa, quddiem London Yard? Meta saret l-applikazzjoni, minn min u meta nħareġ il-permess?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti aktar dettalji dwar il-kamra li qed jirreferi għaliha, preferibbilment billi jindika fuq site-plan, sabiex tkun tista' tingħata risposta. 21.01.99
Leg 9 PQ #3160 Sitting 54 1999-01-21 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Tarxien — Triq Ħal Għarrat - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Ħal Għarrat fuq dar "Peaceful Lodge" f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba magħmula mill-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3161 Sitting 54 1999-01-21 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarxien — Triq Sqajjaq - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fuq id-dar Numru 25A, Triq Sqajjaq, Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba magħmula mill-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3162 Sitting 54 1999-01-21 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Santa Lucia — Triq Ineż Soler - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa f'passaġġ bejn Triq Ineż Soler u Triq Lellux f'Santa Lucia?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba magħmula mill-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.