Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sliema — Playing Fields

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra liema xogħol ta' tisbiħ sar sabiex jiġu msebbħa l-playing fields li hemm ġewwa t-torri u ġnien l-Indipendenza, Sliema u jistax jingħad kemm flejjes intefqu u jekk kienx hemm ukoll installazzjoni ta' sistemi ġodda ta' dawl?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-playing field ta' fejn it-Torri ġie 'upgraded' fuq disinn ġdid li kien jinkorpora 'play equipment' b'disinn modern u tapiti ta' 'safety material' kuluriti. Saret ukoll sistema ta' dwal dekorattivi ġodda. Ġiet ukoll irranġata l-latrina pubblika biex tinkludi faċilitajiet għal nies bi bżonnijiet speċjali. Il-parti l-kbira tax-xogħol saret minn ħaddiema tat-Taqsima tax-Xogħlijiet inkluż ix-xogħol ta' pavimentar. Is-'safety material' sewa Lm17,564. Il-'play equipment' sar mid-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi u l-ħlas għalih sar mill-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema. Il-playing field fi Ġnien Indipendenza ġie rranġat. Saret manutenzjoni tal-'play equipment' u ġew irranġati l-passaġġi. Twaħħlu wkoll dwal dekorattivi. Dan ix-xogħol sar kollu minn ħaddiema fit-Taqsima tax-Xogħlijiet.

Sliema — Triq it-Torri

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xi spejjeż intefqu u x'xogħol sar sabiex jinbidlu l-bankini fuq in-naħa residenzjali ta' Triq it-Torri Sliema?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol li sar fuq in-naħa residenzjali ta' Triq it-Torri, Sliema kien jikkonsisti f'bankini ġodda, rilokazzjoni tas-servizzi kollha u 're-surfacing' u 're-instatement' tal-wiċċ tat-triq bit-tarmak kif meħtieġ. Ix-xogħol sar in kollaborazzjoni mad-Dipartiment tat-Toroq fil-Ministeru tat-Trasport u Komunikazzjoni. In-nefqa fuq dan ix-xogħol kienet kif jidher hawn taħt: L-Ewwel Fażi Kurduna, servizzi u wiċċ ġdid tat-triq bit-tarmak minn fejn il-Fortizza sa Fond Għadir Lm 52,233. Pavimentar ġdid fil-bankini (minn ħdejn il-Fortizza sat-Torri) Lm 29,059. 'Reinstatement' tat-trinek (minn Fond Għadir sat-Torri) Lm 18,431. Sar xogħol fuq il-bankini u servizzi minn ħaddiema tal-Gvern (minn Fond Għadir sat-Torri) It-Tieni Fażi (minn ħdejn it-Torri sa ħdejn il-Kunvent tal-Karmnu) Sar xogħol fuq il-bankini u servizzi minn ħaddiema tal-Gvern Pavimentar ġdid fil-bankini Lm 12,720. 'Reinstatement' ta' trinek Lm 5,709. ---------------- Valur Totali ta' xogħol bil-kuntrattur Lm118,152. ----------------

Sliema — Ferro Beach

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm intefqu flus sabiex issir public convenience ġdida ħdejn Ferro Beach Sliema?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-latrina pubblika ħdejn Ferro Beach, Sliema kellha tinbena mill-ġdid għax dik li kien hemm kienet ta' ostakolu għall-veduta fuq il-promenade. Saret ukoll sistema ġdida tad-drenaġġ b'pompi ġodda u sentina taħt l-art. In-nefqa totali fuq ix-xogħol kollu kienet tammonta għal madwar Lm46,118.

Torri ta' Tas-Sliema

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'xogħol ta' restawr sar fit-Torri ta' Tas-Sliema u kemm dam sabiex dan isir u kemm intefqu flejjes?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol ta' dan it-Torri beda f'Jannar 2001 u spiċċa fi Frar 2001. Ix-xogħol ikkonsista f'tibdil ta' ammont żgħir ta' ġebel li kien spiċċa għal kollox u kien ta' periklu għan-nies li jippassiġġaw regolarment f'dan il-post, tindif tal-faċċati minn tikħil ta' cement li kien sar fil-passat, tberfil tal-fili u tiswija ta' ħafna ġebel li ma kellux għalfejn jinbidel. Ix-xogħol ġie jiswa madwar Lm11,000.

Sliema Exiles

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra liema ħidma twettqet u kemm intefqu flus fit-tkomplija tat-tisbiħ tax-xatt ta' l-Exiles f'Tas-Sliema?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol tat-tkomplija tat-tisbiħ tax-Xatt ta' l-Exiles f'Tas-Sliema kien jikkonsisti f'dan li ġej: Ġunju - Lulju 2000 - Sar proġett konġunt ma' l-Awtorita' tat-Turiżmu li kien jikkonsisti f'tindif tax-xtajta u l-blat, pavimentar fil-passaġġi, railings u tined ta' l-injam u dwal dekorattivi. Il-materjal għal dan ix-xogħol inxtara mill-Awtorita' tat-Turiżmu u t-Taqsima tax-Xogħlijiet provdiet il-ħaddiema biex isir dan ix-xogħol. Għal ħabta ta' Mejju ta' din is-sena reġa' nbeda xi xogħol fuq il-passaġġi li issa mistenni jitkompla f'Ottubru li ġej.

Pensjoni — Attard

Question

Jista' Viċi Prim Ministru jivverifika jekk l-ammont ta' pensjoni li qiegħed jingħata l-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament huwiex korrett peress li dan l-ammont jidher żgħir ħafna meta tqis li din il-persuna u martu għad għandhom tifel ta' ħdax-il sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ tal-persuna ndikata minnu ġie investigat u nstab li r-rata tal-pensjoni hija korretta.

Senior Technical Officer — Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid l-ammont ta' overtime li inħadem u x'ħin inħadem mis-senior technical officer li qiegħed fil-ministeru u li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament fil-ġranet li ġejjien, kull ġurnata separatament: 23/10/01, 27/10/01, 6/11/01, 18/11/01, 21/11/01, 26/11/01, 30/11/01, 21/12/01, 22/12/01, 4/1/02, 8/1/02, 26/1/02, 5/2/02, 16/2/02, 23/2/02, 26/2/02, 17/3/02, 18/3/02, 6/4/02, 9/4/02, 23/4/02, 24/4/02, 11/5/02, 14/5/02, 29/5/02?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ammont ta' overtime li nħadem mis-Senior Technical Officer imsemmi huwa kif jidher hawn taħt: 2001 2002 DATA SIGĦAT DATA SIGĦAT 23/10 5 04/01 4 27/10 8 08/01 4 06/11 6 26/01 8 18/11 0 05/02 2 21/11 5 16/02 8 26/11 5 23/02 8 30/11 5 26/02 4 21/12 0 17/03 0 22/12 0 18/03 2 06/04 8 09/04 2 23/04 5 24/04 2 11/05 8 14/05 2 29/05 5
Leg 9 PQ #35122 Sitting 783 2002-09-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kuntratturi — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kuntratturi li għadhom ma tħallsux tax-xogħol li għamlu mad-dipartiment, kemm hija l-ispiża u f'hiex kien jikkonsisti x-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-pagamenti jiġu proċessti ladarba kontijiet pendenti jiġu ċ-ċertifikati għall-pagament. Lista ta' xogħlijiet li ġew ċertifikati s'issa għall-pagament u li huma pendenti qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

St. Vincent de Paule Residence — Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sar overtime ġewwa St. Vincent de Paule minn SRNS u f'liema swali saru għas-sena 2002?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-overtime li sar fir-Residenza San Vinċenz minn 'SRNs' kien jammonta għal 2,813 il-siegħa. L-'overtime' sar fit-28 sala ta' din ir-residenza.

St. Vincent de Paule Residence — Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sar overtime minn SENS f'St. Vincent de Paule Residence għas-sena 2002 u f'liema swali saru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-overtime li sar fir-Residenza San Vinċenz minn 'SENs' kien jammonta għal 15,655 siegħa. L-'overtime' sar fit-28 sala ta' din ir-residenza.

St. Vincent de Paule Residence — Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sar overtime minn hospital auxiliaries f'St. Vincent de Paule Residence għas-sena 2002 u f'liema swali saru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-overtime li sar fir-Residenza San Vinċenz minn 'hospital auxiliaries' kien jammonta għal 7,563 siegħa. L-overtime sar fit-28 sala ta' din ir-residenza.

St. Vincent de Paule Residence — Impjegati Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu impjeġati ġodda ġewwa St. Vincent de Paule Residence u xi gradi kienu għas-sena 2002?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' impjegati ġodda ġewwa SVPR għas-sena 2002 jammonta għal 16 -- erbatax (14) care workers, wiehed (1) part-time enrolled nurse u wieħed (1) trainee ESTS.
Leg 9 PQ #35132 Sitting 783 2002-09-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi spazju se jieħu l-MCAST li s'issa kien qed jintuża mill-iskola primarja tax-Xagħra, Għawdex?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ispazju li ħa l-MCAST li kien jintuża mill-iskola Primarja tax-Xagħra ġewwa Għawdex huma żewġt ikmamar u li nstab spazju biżżejjed fl-istess skola għall-użu li kien isir minnhom.
Leg 9 PQ #35133 Sitting 783 2002-09-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'faċilitajiet (sala, klassijiet, playground) se jieħu l-MCAST mill-bini tal-iskola primarja tax-Xagħra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-MCAST se juża dawk il-faċilitajiet li kienu jappartjenu lill-iskola tas-Snajja' Mary Mejlaq.
Leg 9 PQ #35135 Sitting 783 2002-09-16 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jara li tiddawwal Triq Vincenzo Adrario, il-parti ta' ġewwa li tingħaqad ma' Triq Luret Cutajar, Żebbuġ peress li mal-lejl din tinstab fi dlam ċappa b'konsegwenza li anke jsiru ċertu abbużi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li x-xogħol meħtieġ għandu jsir flimkien ma' xogħolijiet oħra simili.
Leg 9 PQ #35137 Sitting 783 2002-09-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżami tas-SEC

Question

Jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub fil-mistoqsija 34914, jista' jgħid kemm għaddew studenti fl-eżami tas-SEC fis-suġġetti kollha fis-sessjoni ta' Mejju 2002: 1) mill-iskejjel sekondarji subien tal-gvern 2) mill-junior lyceum subien 3) mill-iskejjel tal-knisja subien 4) mill-iskejjel privati subien a) f'Malta b) f'Għawdex?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #35138 Sitting 783 2002-09-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżami tas-SEC

Question

Jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub fil-mistoqsija 34913, jista' jgħid kemm għaddew studenti fl-eżami SEC (sessjoni Mejju 2002) fis-suġġetti kollha: 1) mill-iskejjel sekondarji bniet tal-gvern 2) mill-junior lyceum bniet 3) mill-iskejjel tal-knisja bniet 4) mill-iskejjel privati bniet a) f'Malta b) f'Għawdex?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 35137.

Floriana — Żbir ta' Siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistgħux jinżabru s-siġar fi Triq Sir Luigi Preziosi Floriana peress li dan ilu ħafna ma jsir u hu ta' nkonvenjent għar-residenti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li s-siġar li hemm ħdejn il-ġnien Sir Luigi Preziosi nżabru f'Diċembru 2000. Peress li bħalissa dawn is-siġar, li huma Oleander, huma jkunu bil-fjuri, se jerġgħu jinżabru lejn l-aħħar ta' Settembru.

Sant Iermu — Bini ta' Ċint

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jerġa' jittella' ċ-ċint f'Sant Iermu biswit l-akkademja tal-pulizija fil-Belt?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-post imsemmi mill-Onorevoli Interpellant jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni tal-Pulizija u għalhekk nitolbu jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.